|
30.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 312/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Novembru 2007
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE biex testendi d-deroga dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott minn pajjiżi terzi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5693)
(2007/776/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott, maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni hija obbligata skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/34/KEE tiddeċiedi jekk il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti f’pajjiż terz u li joffru l-istess garanziji rigward l-obbligi dwar il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz ta’ tkabbir, il-pakkettjar, l-arranġamenti ta’ l-ispezzjoni, il-marka u s-siġill, humiex ekwivalenti f’dawn ir-rigwardi kollha għall-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti fil-Komunità u li jħarsu l-ħtiġiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. |
|
(2) |
Minkejja dan, l-informazzjoni disponibbli attwalment dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw f’pajjiżi terzi għadha mhix biżżejjed biex tħalli lill-Kummissjoni tadotta xi deċiżjoni bħal din dwar xi pajjiż terz f’dan l-istadju. |
|
(3) |
Sabiex ikun hemm inibizzjoni li jitħarbtu xejriet kummerċjali, l-Istati Membri li jimportaw il-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott minn pajjiżi terzi għandhom jitħallew ikomplu japplikaw kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għal prodotti simili tal-Komunità skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE. Il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-deroga stipulat fid-Direttiva 92/34/KEE għal importazzjonijiet bħal dawn għandu għalhekk jiġi estiż għal wara l-31 ta’ Diċembru 2007. |
|
(4) |
Id-Direttiva 92/34/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Materjal tal-Propagazzjoni u l-Ġeneri u l-Ispeċji tal-Pjanti tal-Frott, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, id-data “31 ta’ Diċembru 2007” tinbidel b’ “31 ta’ Diċembru 2010”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/54/KE (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 16).