|
24.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 307/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Novembru 2007
dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-iskwalifiki tas-sewqan
(2007/765/KE)
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-iskwalifiki tas-sewqan (2) (minn hawn 'il quddem imsejħa “l-Konvenzjoni dwar l-iskwalifiki tas-sewqan”) ġiet magħmula fil-Lussemburgu fis-17 ta’ Ġunju ta’ l-1998 iżda għadha ma daħlitx fis-seħħ. |
|
(2) |
L-Artikolu 3(3) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni jipprovdi li l-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu mal-konvenzjonijiet u protokolli, elenkati fl-Anness I ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, li jinkludi, inter alia, il-Konvenzjoni dwar l-Iskwalifiki tas-Sewqan. Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data deċiża mill-Kunsill. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 3(4) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, il-Kunsill għandu jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni ma’ dawk il-konvenzjonijiet u protokolli, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Konvenzjoni fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-iskwalifiki tas-sewqan għandha tidħol fis-seħħ fid-data li tidħol fis-seħħ għall-Istati Membri li oriġinarjament kienu firmatarji.
Artikolu 2
It-test tal-Konvenzjoni dwar l-iskwalifiki tas-sewqan imfassla fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena u anness ma’ din id-Deċiżjoni (3), għandu jkun awtentiku skond l-istess kundizzjonijiet bħat-testi l-oħrajn tal-Konvenzjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill
Il–President
R. PEREIRA
(1) Opinjoni ta’ l-10.7.2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 216, 10.7.1998, p. 1.
(3) Il-verżjoni Bulgara u Rumena tal-Konvenzjoni għandhom ikunu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-ĠU f'data aktard tard.