24.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 307/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Novembru 2007
dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali
(2007/764/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali (2) (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali”) ġiet magħmula fi Brussell fis-26 ta’ Lulju 1995 u daħlet fis-seħħ fil-25 ta’ Diċembru 2005. |
(2) |
Il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali ġiet komplementata minn dawn li ġejjin-
|
(3) |
Konsegwentement għall-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta’ adeżjoni mal-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija informazzjoni għal finijiet doganali. Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta’ adeżjoni mat-tliet Protokolli. Il-Latvja ddepożitat l-istrumenti tagħha ta’ adeżjoni mall-Protokoll dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
(4) |
L-Artikolu 3(3) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni jipprovdi li l-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu mal-konvenzjonijiet u protokolli, elenkati fl-Anness I ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, li jinkludi, inter alia, il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għal finijiet doganali u l-Protokolli għaliha. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija fid-data deċiża mill-Kunsill. |
(5) |
Skond l-Artikolu 3(4) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, il-Kunsill għandu jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni f’dawk il-konvenzjonijiet u protokolli, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija informazzjoni għal finijiet doganali, kif ġiet emendata mill-Protokoll dwar il-ħolqien ta’ database għall-identifikazzjoni ta’ files doganali u din id-Deċiżjoni, kif ukoll il-Protokolli dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja u dwar l-ambitu tal-laundering tar-rikavati, għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni bejn il-Bulgarija u r-Rumanija u dawk l-Istati Membri li għalihom tkun fis-seħħ il-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u kull Stat Membru ieħor fil-jum li hija tidħol fis-seħħ għall-Istat Membru l-ieħor konċernat.
Artikolu 2
Il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija informazzjoni għal finijiet doganali, il-Protokoll dwar il-ħolqien ta’ database għall-identifikazzjoni ta’ files doganali, il-Protokoll dwar l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Protokoll dwar l-ambitu tal-laundering tar-rikavati, imfassla fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena (6), għandhom ikunu awtentiċi skond l-istess kondizzjonijiet bħat-testijiet oħra tal-Konvenzjoni u tal-Protokolli għaliha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill
Il–President
R. PEREIRA
(1) Opinjoni ta’ l-10 Lulju 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 34.
(3) ĠU C 151, 20.5.1997, p. 16.
(5) ĠU C 139, 13.6.2003, p. 2.
(6) Il-verżjoni Bulgara u l-verżjoni Rumena tal-Konvenzjoni għandhom jiġu pubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f’data aktar tard.