20.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Novembru 2007

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5492)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/742/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta’ l-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu u s-sitt paragrafu tal-punt 2 ta’ l-Anness V tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord ta’ l-Ittikkettjar Ekoloġiku ta’ l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-ekotikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li jkollu l-karattersitiċi li jippermettulu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib li – għandhom x’jaqsmu ma’ aspetti ambjentali prinċipali.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprevedi li kriterji speċifiċi għall-ekotikketti, stabbiliti fuq bażi ta’ abbozz ta’ kriterji mħejji mill-Bord ta’ l-Ittikkettjar Ekoloġiku ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti skond il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni (stima) u verifika relatati, għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ tliet snin.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta’ prodotti “pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass” għandu jinkludi l-pompi tas-sħana li jistgħu jikkonċentraw l-enerġija preżenti fl-arja, fl-art jew fl-ilma fi sħana utli għall-provvista tat-tisħin ta’ spazju jew għall-proċess oppost ta’ tkessiħ ta’ spazju. “Pompa tas-sħana” hija strument jew grupp ta’ strumenti kif ikkonsenjat mill-manifattur jew l-importatur lid-distributur, lill-bejjiegħ jew lil min jinstalla. Din il-konsenja tista’ tinkludi jew le l-konsenja tal-pompi ta’ ċirkolazzjoni fuq in-naħa tas- sink jew fuq in-naħa tas-sors, madankollu għall-kalkolu tal-valuri tal-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP), il-konsum ta’ enerġija tal-pompi ta’ ċirkolazzjoni għandu jitqies dejjem, skond il-metodoloġija ta’ EN14511:2004 (fin-nuqqas ta’ dejta li kellu jipprovdi l-manifattur, jittieħed valur ieħor). Għall-pompi tas-sħana bl-assorbiment tal-gass il-metodoloġija għandha tkun skond EN12309-2:2000.

Il-grupp ta’ prodotti għandu jkopri biss dawk il-pompi li jitħaddmu bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass b’kapaċità massima ta’ sħana ta’ 100 kW.

Il-grupp ta’ prodotti “pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass” m’għandux ikopri dawn li ġejjin:

(a)

pompi tas-sħana li jistgħu jipprovdu biss ilma sħun għal użu sanitarju;

(b)

pompi tas-sħana li jistgħu biss jiġbdu s-sħana minn bini u jitfgħuha fl-arja, fl-art jew fl-ilma biex b’hekk jitkessaħ l-ispazju.

Artikolu 2

Sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, il-pompa tas-sħana trid taqa’ fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass” u trid tikkonforma ma’ kull kriterju ekoloġiku stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Għal skopijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass” għandu jkun “31”.

Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi sad-9 ta’ Novembru 2010.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.


ANNESS

IL-KRITERJI EKOLOĠIĊI

L-għanijiet tal-kriterji

Dawn il-kriterji għandhom l-għan li jillimitaw l-impatti ambjentali mill-manifattura, mit-tħaddim u mit-tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass. Dawn jinkludu:

l-effiċjenza tat-tisħin u/jew it-tisħin/it-tkessiħ ta’ bini;

it-tnaqqis ta’ l-impatt ambjentali tat-tisħin u/jew it-tisħin/it-tkessiħ ta’ bini;

it-tnaqqis jew il-prevenzjoni ta’ riskji għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem relatati ma’ l-użu ta’ sustanzi ta’ ħsara;

li jkun żgurat li l-klijent u l-persuna li tinstalla l-pompa tas-sħana jiġu pprovduti b’informazzjoni adegwata dwar il-pompa tas-sħana u it-tħaddim effiċjenti tagħha.

Il-kriterji huma stabbiliti f’livelli li jippromwovu l-ittikkettjar ta’ pompi tas-sħana li jiżguraw impatt ambjentali baxx.

Ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika

Għall-valutazzjoni u l-verifika ta’ pompi tas-sħana, l-applikant jista’ jikkategorizza l-pompi tas-sħana f’“mudelli bażiċi”. Il-mudelli bażiċi għandhom jiġu definiti skond l-unitajiet li huma essenzjalment l-istess fis-sens ta’ prestazzjoni u funzjoni termali u l-istess jew kumparabbli fis-sens ta’ komponenti bażiċi, partikolarment il-fannijiet, il-coils, il-kumpressuri u l-muturi.

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati immedjatament taħt kull kriterju.

Fejn xieraq, jistgħu jintużaw metodi u standards oħra għajr dawk indikati għal kull kriterju jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-korp kompetenti li qiegħed jivvaluta l-applikazzjoni.

Meta jkun meħtieġ li l-applikant jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri l-konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/i tiegħu u/jew mill-fornitur/i tagħhom, eċċetera, kif xieraq.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jirrikjedu dokumentazzjoni ta’ evidenza u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Huwa rrakkomandat lill-korpi kompetenti biex iqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi rikonoxxuti tal-meniġment ambjentali, bħalma huma l-EMAS jew l-ISO 14001, meta jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji.

(Nota: mhux meħtieg li jiġu implimentati skemi ta’ meniġment bħal dawn).

Barra minn hekk, il-laboratorju ta’ l-ittestjar tal-ħoss u l-effiċjenza għandu jissodisfa r-rekwiżiti ġenerali skond l-istandard EN-ISO/IEC 17 025:2005. Il-laboratorju għandu jkun indipendenti u akkreditat għall-ittestjar skond il-metodi ta’ l-ittestjar rilevanti. Laboratorji oħra jistgħu jiġu aċċettati jekk l-ebda laboratorju akkreditat għall-ittestjar ma huwa magħruf, fil-pajjiż fejn jinsab l-applikant. F’każijiet bħal dawn, il-laboratorju għandu jkun indipendenti u kompetenti.

Għall-informazzjoni:

Il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) huwa l-proporzjon ta’ sħana ġġenerata mill-ammont ta’ elettriku jew gass użat għal temperatura speċifika tas-sors u dik iġġenerata.

Il-proporzjon ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija (EER) huwa l-proporzjon ta’ kesħa ġġenerata mill-ammont ta’ elettriku jew gass użat għal temperatura speċifika tas-sors u dik iġġenerata.

Il-proporzjon ta’ l-enerġija primarja (PER) jinkiseb kif ġej: COP × 0,40 (jew COP/2.5) għall-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku u COP × 0,91 (jew COP/1.1) għall-pompi tas-sħana mħaddma bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass, fejn 0,40 hija l-effiċjenza medja Ewropea attwali ta’ l-enerġija ta’ l-elettriku li tinkludi t-telf fil-grid u 0,91 hija l-effiċjenza medja Ewropea attwali tal-gass li tinkludi t-telf mid-distribuzzjoni skond id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-effiċjenza ta’ l-użu aħħari ta’ l-enerġija u s-servizzi ta’ l-enerġija u li tirrevoka d-Direttiva 93/76/KEE tal-Kunsill . (1).

1.   L-effiċjenza tal-funzjoni ta’ tisħin (COP)

L-effiċjenza tat-tagħmir tat-tisħin tal-pompa għandha teċċedi r-rekwiżiti minimi tal-koeffiċjent ta’ prestazzjoni (COP) u l-proporzjon ta’ l-enerġija primarja (PER) li ġejjin.

Tip ta’ pompa tas-sħana:

Is-sors tas-sħana/heat sink

Tagħmir fuq barra [°C]

Tagħmir fuq ġewwa [°C]

Min. COP

Min. COP

Min. PER

Pompa tas-sħana ta’ l-elettriku

Pompa tas-sħana tal-gass

arja/arja

Boċċa tad-dħul xotta: 2

Boċċa tad-dħul imxarrba:1

Boċċa tad-dħul xotta: 20

Boċċa tad-dħul imxarrba: 15 max

2,90

1,27

1,16

arja/ilma

Boċċa tad-dħul xotta:2

Boċċa tad-dħul imxarrba:1

Temperatura tad-dħul: 30

Temperatura tal-ħruġ: 35

3,10

1,36

1,24

Temperatura tad-dħul: 40

Temperatura tal-ħruġ: 45

2,60

1,14

1,04

ilma mielaħ/arja

Temperatura tad-dħul: 0

Temperatura tal-ħruġ: -3

Boċċa tad-dħul xotta:20

Boċċa tad-dħul imxarrba:15 max

3,40

1,49

1,36

ilma mielaħ/ilma

Temperatura tad-dħul: 0

Temperatura tal-ħruġ: -3

Temperatura tad-dħul: 30

Temperatura tal-ħruġ: 35

4,30

1,89

1,72

Temperatura tad-dħul: 40

Temperatura tal-ħruġ: 45

3,50

1,54

1,40

ilma/ilma

Temperatura tad-dħul: 10

Temperatura tal-ħruġ: 7

Temperatura tad-dħul: 30

Temperatura tal-ħruġ: 35

5,10

2,24

2,04

Temperatura tad-dħul: 40

Temperatura tal-ħruġ: 45

4,20

1,85

1,68

Ilma/arja

Temperatura tad-dħul: 15

Temperatura tal-ħruġ: 12

Boċċa tad-dħul xotta:20

Boċċa tad-dħul imxarrba:15 max

4,70

2,07

1,88

(sors tal-fluss ta’ l-ilma)

Temperatura tad-dħul: 20

Temperatura tal-ħruġ: 17

Boċċa tad-dħul xotta: 20

Boċċa tad-dħul imxarrba:15 max

4,40

1,93

1,76

Valutazzjoni u verifika: L-ittestjar għandu jitwettaq skond EN 14 511:2004. It-test għandu jsir meta l-pompa kkonċernata tkun qed taħdem b’kapaċità massima, bil-kundizzjonijiet speċifikati fit-tabella. Laboratorju ta’ l-ittestjar indipendenti akkreditat għall-ittestjar imsemmi għandu jivverifika l-valuri mogħtija. Il-pompi tas-sħana li huma ċċertifikati fil-programm ta’ ċertifikazzjoni Eurovent jew DACH programm ta’ ċertifikazzjoni jew programm ieħor approvat mill-korp kompetenti, ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati aktar minn laboratorju indipendenti għall-valuri mogħtija. Ir-rapporti tat-test għandhom jiġu ppreżentati ma’ l-applikazzjoni.

2.   L-effiċjenza tal-funzjoni ta’ tkessiħ (EER)

Jekk il-pompa tas-sħana hija riversibbli u tista’ tkessaħ, l-effiċjenza tat-tagħmir tal-pompa tas-sħana għandu jeċċedi r-rekwiżiti minimi li ġejjin tal-proporzjon ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija (EER) fil-funzjoni tat-tkessiħ.

Tip ta’ pompa tas-sħana:

Tagħmir fuq barra [°C]

Tagħmir fuq ġewwa [°C]

Min. EER

Min. EER

Min. PER

Pompa tas-sħana ta’ l-elettriku

Pompa tas-sħana tal-gass

arja/arja

Boċċa tad-dħul xotta: 35

Boċċa tad-dħul imxarrba: 24

Boċċa tad-dħul xotta: 27

Boċċa tad-dħul imxarrba: 19

3,20

1,41

1,3

arja/ilma

Boċċa tad-dħul xotta: 35

Boċċa tad-dħul imxarrba:-

Temperatura tad-dħul: 23

Temperatura tal-ħruġ: 18

2,20

0,97

0,9

Temperatura tad-dħul: 12

Temperatura tal-ħruġ: 7

2,20

0,97

0,9

ilma mielaħ/arja

Temperatura tad-dħul: 30

Temperatura tal-ħruġ: 35

Boċċa tad-dħul xotta: 27

Boċċa tad-dħul imxarrba: 19 max

3,30

1,45

1,3

ilma mielaħ/ilma

Temperatura tad-dħul: 30

Temperatura tal-ħruġ: 35

Temperatura tad-dħul: 23

Temperatura tal-ħruġ: 18

3,00

1,32

1,2

Temperatura tad-dħul: 12

Temperatura tal-ħruġ: 7

3,00

1,32

1,2

ilma/ilma

Temperatura tad-dħul: 30

Temperatura tal-ħruġ: 35

Temperatura tad-dħul: 23

Temperatura tal-ħruġ: 18

3,20

1,41

1,3

Temperatura tad-dħul: 12

Temperatura tal-ħruġ: 7

3,20

1,41

1,3

Ilma/arja

Temperatura tad-dħul: 30

Temperatura tal-ħruġ: 35

Boċċa tad-dħul xotta: 27

Boċċa tad-dħul imxarrba: 19

4,40

1,93

1,8

Valutazzjoni u-verifika: L-ittestajr għandu jitwettaq skond EN 14 511:2004; għall-pompi tas-sħana ta’ l-assorbiment tal-gass skond EN12309-2:2000. It-test għandu jsir meta l-pompa kkonċernata tkun qed taħdem b’kapaċità massima, bil-kundizzjonijiet speċifikati fit-tabella. Laboratorju ta’ l-ittestjar indipendenti akkreditat għall-ittestjar imsemmi għandu jivverifika l-valuri mogħtija. Il-pompi tas-sħana li huma ċċertifikati fil-programm ta’ ċertifikazzjoni Eurovent jew DACH programm ta’ ċertifikazzjoni jew programm ieħor approvat mill-korp kompetenti, ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati aktar minn laboratorju indipendenti għall-valuri mogħtija. Ir-rapporti tat-test għandhom jiġu ppreżentati ma’ l-applikazzjoni.

3.   Refriġerant

Il-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) għar-refriġerant m’għandux jaqbeż il-valur GWP ta’ > 2 000 fuq perjodu ta’ 100 sena. Jekk ir-refriġerant għandu GWP ta’ inqas minn 150, allura r-rekwiżiti minimi tal-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) u l-proporzjon ta’ l-enerġija primarja (PER) fil-funzjoni tat-tisħin u l-proporzjon ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija (EER) fil-funzjoni tat-tkessiħ, kif stipulat fil-kriterji 1 u 2 ta’ dan l-Anness, għandhom jitnaqqsu bil-15 %.

Il-valuri GWP ikkunsidrati se jkunu dawk stipulati fl-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Valutazzjoni u verifika: L-ismijiet tar-refriġerant/i użat/i fil-prodott għandhom jiġu ppreżentati ma’ l-applikazzjoni, flimkien mal-valuri GWP tagħhom skond ir-Regolament ta’ hawn fuq. Il-valuri GWP tar-refriġeranti għandhom jiġu kkalkulati f’termini tal-potenzjal ta’ tisħin fuq mitt sena ta’ kilogramma ta’ gass relattiv għal kilogramma ta’ CO2.

Għal refriġeranti fluworinati, il-valuri GWP għandhom ikunu dawk ippubblikati fit-tielet rapport ta’ valutazzjoni (TAR) adottat mill-Penil Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (2001 IPCC valuri GWP għal perjodu ta’ mitt sena) (3)

Għall-gassijiet mhux fluworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fl-Ewwel Valutazzjoni ta’ l-IPPC fuq perjodu ta’ 100 sena (4).

Il-valuri GWP għal taħlita ta’ refriġeranti għandhom ikunu bbażati fuq il-formula kif stipulata fl-Anness I tar-Regolament 842/2006.

4.   Refriġerant sekondarju

(Nota: ma japplikax għat-tipi kollha ta’ pompi tas-sħana fi ħdan dan il-grupp ta’ prodotti).

Ir-refriġerant sekondarju, ilma bil-melħ jew addittivi, m’għandhomx ikunu sustanzi kklassifikati bħala ta’ ħsara ambjentali jew li jikkostitwixxu periklu għas-saħħa kif definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (5) li tikkonċerna l-ħsara ambjentali u l-emendi sussegwenti tagħha.

Valutazzjoni u verifika: L-isem/ismijiet tar-refriġerant/i sekondarju/i użat/i għandhu/hom jiġi/u ppreżentat/i ma’ l-applikazzjoni.

5.   Il-ħoss

Il-livell(i) tal-qawwa tal-ħoss għandu/hom jiġi/u ttestjat/i u ddikkjarat/i fid-dB(A) fuq id-dokument ta’ l-informazzjoni.

Valutazzjoni u verifika L-ittestjar għandu jitwettaq skond ENV-12 102. Ir-rapport tat-test għandu jiġi ppreżentat ma’ l-applikazzjoni.

6.   Metalli tqal u sustanzi li jdumu ma jieħdu n-nar

Il-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju, il-kromju 6+ jew sustanzi li jdumu ma jieħdu n-nar, jiġifieri sustanzi li jdumu ma jieħdu n-nar bħal bifenili polibrominatati (poly-brominated biphenyl) (PBB) jew eteri tad-difenil polibrominatati (poly-brominated diphenyl ether) (PBDE) kif elenkati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ma jistgħux jintużaw fil-pompa tas-sħana jew fis-sistema tal-pompa tas-sħana, meta jitqiesu t-toleranzi speċifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/618/KE (7) li temenda d-Direttiva 2002/95/KE. Dan ir-rekwiżit għas-sustanzi li jdumu ma jieħdu n-nar għandu jqis l-adattamenti u l-emendi sussegwenti magħmula fid-Direttiva rigward l-użu tad-Deca-BDE.

Valutazzjoni u verifika: Ċertifikat iffirmat mill-produttur tal-pompa tas-sħana.

7.   Taħriġ għall-persuni li jinstallaw it-tagħmir

L-applikant għandu jiżgura li taħriġ adattat huwa disponibbli għal dawk li jinstallaw fl-Istati Membri fejn il-prodott se jitqiegħed fis-suq. Dan it-taħriġ għandu jinkludi informazzjoni rilevanti għad-daqs u l-installazzjoni tal-pompa tas-sħana u kif għandu jimtela d-dokument ta’ l-informazzjoni għall-konsumaturi

Valutazzjoni u verifika: Għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ma’ l-applikazzjoni li tiddesrkivi t-taħriġ disponibbli u tiddikjara fejn se jkun disponibbli taħriġ bħal dan.

8.   Dokumentazzjoni

L-applikant għandu jipprovdi gwida komprensiva għall-installazzjoni, l-manutenzjoni u gwida għat-tħaddim tal-pompa tas-sħana.

Valutazzjoni u verifika: Il-gwidi tal-manutenzjoni, l-installazzjoni u t-tħaddim għandhom jiġu ppreżentati mal-pompa tas-sħana u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ EN378:2000 jew kull reviżjoni tagħha.

9.   Disponibilità ta’ l-ispare parts

L-applikant għandu jiżgura d-disponibilità ta’ l-ispare parts għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tal-bejgħ.

Valutazzjoni u verifika: Għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni li l-ispare parts se jkunu disponibbli għal 10 snin, ma’ l-applikazzjoni flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kif se tkun iggarantita din id-disponibilità.

10.   Dokument ta’ l-informazzjoni

L-applikant għandu jiżgura li “d-dokument ta’ l-informazzjoni għall-konsumaturi” vojt li jinsab mehmuż ma’ dan l-Anness ikun disponibbli mill-punti tal-bejgħ sabiex jipprovdi parir xieraq lill-konsumaturi dwar il-pompa tas-sħana. Id-“dokument għal min jinstalla t-tagħmir” komplut li jinsab mehmuż ma’ dan l-Anness ukoll għandu jkun disponibbli għal dawk li jinstallaw it-tagħmir.

L-applikant għandu jipprovdi għodda adattata, programmi ta’ l-informatika u gwida sabiex il-persuni kompetenti li jinstallaw t-tagħmir ikunu jistgħu jikkalkulaw il-parametri tal-prestazzjoni tas-sistema tal-pompa tas-sħana bħalma hu l-fattur tal-prestazzjoni staġjonali, il-proporzjon staġjonali ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija, il-proporzjon ta’ l-enerġija primarja u l-emissjonijiet annwali tad-dijossidu tal-karbonju. Barra minn hekk, min jinstalla għandu jkun kapaċi jimla d-dokument ta’ l-informazzjoni għall-konsumaturi qabel ma l-konsumatur jixtri t-tagħmir.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jippreżenta d-“dokument ta’ l-informazzjoni għal min jinstalla t-tagħmir” komplut u jiddeskrivi kif biħsiebu jiżgura li jkun disponibbli għal dawk li jinstallaw it-tagħmir. Għandu jiddeskrivi wkoll kif biħsiebu jiżgura li d-dokument ta’ l-informazzjoni għall-konsumaturi jkun disponibbli għalihom mill-punti tal-bejgħ tal-prodotti tagħhom.

11.   Informazzjoni li tidher fuq l-ekotikketta

Kaxxa 2 ta’ l-Ekotikketta għandha tinkludi t-test li ġej:

Fost il-pompi tas-sħana, dan il-prodott għandu:

effiċjenza ogħla ta’ enerġija

impatt iktar baxx ta’ tisħin globali

It-test li ġej (jew test ekwivalenti) għandu jidher fuq l-ippakkjar tal-prodott: “Għal iktar informazzjoni għaliex dan il-prodott ġie mogħti l-Fjura jekk jogħġbok żur il-websajt: http://europa.eu.int/ecolabel”.

Gwida għax-xiri ta’ pompa tas-sħana bl-Ekotikketta

- dokument ta’ l-informazzjoni għall-konsumaturi -

Avviż! Aqra qabel tixtri

It-tħaddim effiċjenti ta’ din il-pompa tas-sħana se jkun żgurat biss jekk is-sistema titqabbel sewwa mal-bżonn ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ tal-bini u taż-żona klimatika li fihom qed tiġi installata!
Ikkonsulta dejjem persuna kompetenti li tinstalla t-tagħmir u itlobhom sabiex jimlew dan id-dokument qabel tixtri!
L-Ekotikketta ta’ l-UE tingħata lil dawk il-mudelli ta’ pompi tas-sħana li huma l-iktar effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li jimminimizzaw l-impatti ambjentali tagħhom

Dan id-dokument għandu jimtela minn persuna kkwalifikata biex tinstalla t-tagħmir biex tipprovdik b’informazzjoni u b’rakkomandazzjonijiet dwar l-iktar sistema ta’ pompa tas-sħana adattata għad-dar tiegħek. B’dan il-mod inti se tikseb il-benefiċċji ta’ l-effiċjenza għolja ħafna tal-pompi tas-sħana li jikkonċentraw is-sħana maħżuna fl-arja, fl-art jew fl-ilma.

Xi sistemi huma wkoll riversibbli u jistgħu jipproduċu tkessiħ permezz ta’ l-estrazzjoni tas-sħana u t-tfigħ tagħha fil-madwar immedjat. Xi sistemi jistgħu wkoll jipprovdu l-ilma sħun għall-użu sanitarju.

Jistgħu jintgħażlu pompi tas-sħana li jistgħu jintużaw mal-biċċa l-kbira tas-sistemi ta’ distribuzzjoni inklużi r-radjaturi, it-tisħin bl-arja sħuna u minn taħt l-art, u jistgħu jiżdiedu mal-biċċa l-kbira tas-sistemi tat-tisħin eżistenti b’xi prekawzjonijiet adattati kif stipulati hawn taħt.

It-tnaqqis fit-telf tas-sħana u fl-assorbiment mill-bini tas-sħana mix-xemx

Jekk id-dar tiegħek għandha iktar minn 10 snin, qabel tagħżel pompa tas-sħana, jista’ jkun effettiv f’termini ta’ nfiq li ttejjeb l-iżolament (insulation) tiegħek l-ewwel, sabiex tnaqqas it-telf tas-sħana biex issaħħan il-bini tiegħek jew tnaqqas l-assorbiment tas-sħana mix-xemx jekk qed tfittex li tkessħu. (Proprjament huwa iktar effiċjenti li tinstalla pompa tas-sħana iżgħar f’bini b’iżolament tajjeb, pereżempju) Jekk taċċetta r-rakkomandazzjonijiet tal-persuna responsabbli mill-installazzjoni biex ittejjeb l-iżolament, il-pompa tas-sħana li se tixtri għandha tkun tad-daqs adattat.

Għal iktar informazzjoni dwar it-tnaqqis fit-telf tas-sħana jew fl-assorbiment tas-sħana mix-xemx u dwar id-daqs u l-installazzjoni tas-sistemi tal-pompi tas-sħana kkonsulta s-sit www.kyotoinhome.info.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Gwida għall-installazzjoni ta’ pompa tas-sħana bl-Ekotikketta

- dokument ta’ l-informazzjoni għal min jinstalla t-tagħmir -

Avviż! Aqra qabel tixtri

It-tħaddim effiċjenti ta’ din il-pompa tas-sħana jirrikjedi persuna kompetenti responsabbli mill-installazzjoni tagħha biex jiddisinja sistema ta’ tisħin li tkun taqbel mad-domanda ta’ tisħin jew tkessiħ tal-bini u ż-żona klimatika u li jinstalla s-sistema skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
L-Ekotikketta ta’ l-UE tingħata lil dawk il-mudelli ta’ pompi tas-sħana li huma l-iktar effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li jimminimizzaw l-impatti ambjentali tagħhom

Il-pompi tas-sħana għandhom effiċjenza għolja ħafna peress li jużaw biss l-enerġija biex jikkonċentraw is-sħana preżenti fl-art, fl-ilma u fl-arja. Xi mudelli jistgħu joperaw ukoll bil-maqlub u jkessħu billi jitfgħu ’l barra s-sħana mill-bini. L-informazzjoni f’dan id-dokument se tippermettilek tiżgura li l-benefiċċji tat-tagħmir tal-pompa tat-tisħin jgħaddu ukoll għas-sistema ta’ ġbir u distribuzzjoni, u timla d-dokument li għandu jingħata lill-konsumatur biex tispjega l-għażla tiegħek.

1.   Informazzjoni minima li l-manifattur għandu jipprovdi

manifattur

 

mudell

 

kollettur tas-sħana

 

mezz ta’ distribuzzjoni tas-sħana

 

kapaċità ta’ tisħin (kW)

 

kapaċità ta’ tkessiħ (kW)

 

provvista ta’ ilma sħun

 

Tip ta’ refriġerant

 

livell tal-ħoss (dbA)

 

disponibilità ta’ l-ispare parts mid-data tal-bejgħ (snin)

 

koeffiċjent tal-prestazzjoni (tisħin)

 

speċifika t-temperaturi tad-dħul u tal-ħruġ (°C)

 

proporzjon ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija (tkessiħ)

 

speċifika tat-temperaturi tad-dħul u tal-ħruġ (°C)

 

Bħala żieda ma’ sistema tat-tisħin eżistenti, għandha tintgħażel pompa tas-sħana li tkun taqbel mas-sistema eżistenti ta’ distribuzzjoni li minnha tista’ tgħaddi arja sħuna, ilma sħun permezz ta’ radjaturi jew tisħin minn taħt l-art. Peress li t-temperatura tal-ħruġ tista’ tkun iktar baxxa minn dik tal-bojler li din se tissostitwixxi, huwa essenzjali li jiġu identifikati modi kif jitnaqqas it-telf tas-sħana jew l-assorbiment tas-sħana mix-xemx sabiex jinżamm l-istess daqs ta’ sistema ta’ distribuzzjoni.

Definizzjonijiet

Il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) huwa l-proporzjon ta’ sħana ġġenerata mill-ammont ta’ elettriku għal temperatura speċifika tas-sors u dik iġġenerata.

Il-proporzjon ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija (EER) huwa l-proporzjon ta’ kesħa ġġenerata mill-ammont ta’ elettriku għal temperatura speċifika tas-sors u dik iġġenerata.

Il-koeffiċjent staġjonali tal-prestazzjoni (SCOP) huwa l-medja tal-koeffiċjent tal-prestazzjoni matul l-istaġun tas-sħana għas-sistema tal-pompa tas-sħana f’post speċifiku.

Il-proporzjon staġjonali ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija (SEER) huwa l-medja tal-proporzjon ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija matul l-istaġun tat-tkessiħ għas-sistema tal-pompa tas-sħana f’post speċifiku.

Il-proporzjon ta’ l-enerġija primarja (PER) jinkiseb kif ġej: COP x 0,40 (jew COP/2.5) għall-pompi tas-sħana b’kompressuri mħaddma bl-elettriku u b’COP x 0,91 (jew COP/1.1) għall-pompi tas-sħana b’kompressuri mħaddma bil-gass, fejn 0,40 hija l-effiċjenza medja Ewropea attwali ta’ l-enerġija ta’ l-elettriku li tinkludi t-telf fil-grid u 0,91 hija l-effiċjenza medja Ewropea attwali tal-gass li tinkludi t-telf mid-distribuzzjoni.

Il-manifattur għandu jipprovdi programmi, għodod u linji direttivi biex jgħinuk twettaq il-kalkoli li ġejjin. Id-dejta klimatika għandha tkun adattata għall-post ġeografiku tal-bini.

2.   It-tnaqqis fit-telf tas-sħana u fl-assorbiment mill-bini tas-sħana mix-xemx

Jekk id-dar għandha iktar minn 10 snin, mela huwa probabbli li jkun effettiv f’termini ta’ infiq li jitnaqqas it-telf tas-sħana billi jiżdied il-livell ta’ iżolament u li jitnaqqas l-assorbiment tas-sħana mix-xemx billi jiġu ristretti r-raġġi diretti tax-xemx matul is-sajf. Jekk il-klijent jaċċetta r-rakkomandazzjonijiet tiegħek allura is-sistema għandha tkun ta’ daqs adattat għat-telf tas-sħana u l-assorbiment tas-sħana mix-xemx imnaqqsin.

Għal iktar informazzjoni dwar it-tnaqqis fit-telf tas-sħana jew fl-assorbiment tas-sħana mix-xemx jew dwar id-daqs u l-installazzjoni tas-sistemi tal-pompi tas-sħana kkonsulta s-sit www.kyotoinhome.info.

3.   Telf tas-sħana u d-daqs tas-sistema tat-tisħin

It-telf tas-sħana mill-bini għandu jiġi kkalkulat skond il-prattika nazzjonali jew permezz ta’ programm ta’ l-informatika vvalidat u adattat bbażat fuq EN 832, l-Euronorm għall-kalkolu tat-telf tas-sħana. Wara, dan it-telf tas-sħana għandu jitqabbel mal-valuri attwali rikjesti mir-regoli tal-bini. Għall-bini eżistenti, ġeneralment ikun effettiv f’termini ta’ nfiq li l-istandard ta’ l-iżolament jitjieb biex ikun viċin il-valuri attwali qabel ma jintgħażel id-daqs tal-pompa tas-sħana għat-telf tas-sħana mnaqqas.

Il-fattur tal-prestazzjoni staġjonali u l-konsum ta’ l-enerġija għat-tisħin

Il-kalkolu għandu jikkunsidra

Il-klima (it-temperatura ta’ l-arja ta’ barra)

It-Temperatura tal-Ħruġ Maħsuba

Il-varjazzjoni fit-temperatura ta’ l-art fuq sena (għall-pompi tas-sħana bis-sors tas-sħana mill-art, kemm b’kolletturi vertikali kif ukoll b’dawk orizzontali)

Temperatura mixtieqa fuq ġewwa

Livell tat-temperatura tas-sistemi idroniċi tat-tisħin

Id-domanda annwali għall-enerġija għat-tisħin ta’ spazju

Id-domanda annwali għall-enerġija għall-ilma sħun għal użu domestiku (jekk tapplika)

Il-Proporzjoni ta’ l-Enerġija Primarja (PER) u l-Emissjonijiet annwali tas-CO2

L-effiċjenza medja għall-ġenerazzjoni ta’ l-enerġija/tal-gass kif ukoll telf mill-grid elettriku/mid-distribuzzjoni tal-gass li għandhom jintużaw għall-kalkolu. L-emissjonijiet tas-CO2 u l-iffrankar għandhom jiġu kkalkulati abbażi ta’ l-użu ta’ l-enerġija primarja.

4.   L-assorbiment tas-sħana mix-xemx u d-daqs tas-sistema tat-tkessiħ

Jekk is-sistema tista’ wkoll tkessaħ, l-assorbiment tas-sħana mix-xemx tal-bini għandu jiġi kkalkulat skond il-prattika nazzjonali jew permezz ta’ programm ta’ l-informatika vvalidat. Imbagħad, dan l-assorbiment tas-sħana għandu jitqabbel mal-valuri attwali rikjesti mir-regoli tal-bini. Għall-bini eżistenti, ġeneralment ikun effettiv f’termini ta’ nfiq jekk jitnaqqas l-assorbiment tas-sħana mix-xemx qabel ma jintgħażel id-daqs tal-pompa tas-sħana għal assorbiment tas-sħana mnaqqas.

Il-proporzjon ta’ l-effiċjenza staġjonali ta’ l-enerġija u l-konsum ta’ l-enerġija għat-tkessiħ

Il-kalkolu għandu jikkunsidra

Il-klima (it-temperatura ta’ l-arja ta’ barra)

It-Temperatura ta’ Barra Maħsuba

Il-varjazzjoni fit-temperatura ta’ l-art fuq sena (għall-pompi tas-sħana bis-sors tas-sħana mill-art, kemm b’kolletturi vertikali kif ukoll b’dawk orizzontali)

Temperatura mixtieqa fuq ġewwa

Livell tat-temperatura tas-sistemi idroniċi tat-tisħin

Id-domanda annwali għall-enerġija għat-tkessiħ ta’ l-ispazji

Il-Proporzjoni ta’ l-Enerġija Primarja (PER) u l-Emissjonijiet annwali tas-CO2

L-effiċjenza medja għall-ġenerazzjoni ta’ l-enerġija/tal-gass kif ukoll telf mill-grid elettriku/mid-distribuzzjoni tal-gass li għandhom jintużaw għall-kalkolu. L-emissjonijiet tas-CO2 u l-iffrankar għandhom jiġu kkalkulati abbażi ta’ l-użu ta’ l-enerġija primarja.

5.   Taħriġ għal min jinstalla u għal min iħaffer l-ispieri

Korsijiet adattati huma disponibbli fil-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri li jippermettu lil min jinstalla biex jikseb il-kwalifiki nazzjonali jew Ewropej akkreditati meħtieġa. Il-manifatturi għandhom jew jorganizzaw il-korsijiet tagħom stess biex jassistu lil min jinstalla fl-użu tat-tagħmir tagħhom jew inkella jaħdmu ma’ istituti lokali tat-taħriġ biex jipprovdu informazzjoni bħal din bħala parti mill-korsijiet tagħhom.

Għall-pompi tas-sħana li s-sors tas-sħana tagħhom hija l-art, fejn hija meħtieġa spiera, korsijiet adattati għal min iħaffer l-ispieri huma disponibbli f’xi wħud mill-Istati Membri.


(1)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

(2)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(3)  IPCC Third Assessment Climate Change 2001. Rapport tal-Bord Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima: http://www.ipcc.ch/pub/reports.htm

(4)  Climate Change, The IPCC Scientific Assessment, J.T Houghton, G.J.Jenkins, J.J. Ephraums (ed.) Cambridge University Press, Cambridge (UK) 1990.

(5)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(6)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(7)  ĠU L 214, 19.8.2005, p. 65.