|
17.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 300/73 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Novembru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2007/102/KE li tadotta l-pjan ta’ ħidma għall-2007 għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), inkluż il-programm annwali ta’ ħidma għall-għotjiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/741/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tadotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1), tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/858/KE tal-15 ta’ Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva, l-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika”, għall-ġestjoni ta’ l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika — skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-pjan ta’ ħidma għall-2007 ġie adottat fit-12 ta’ Frar 2007. |
|
(2) |
Il-baġit disponibbli għall-2007 (impenji) ġie stmat li jammonta għal EUR 40 000 000. Il-kontribuzzjoni tal-pajjiżi ŻEE/EFTA ġiet stmata għal EUR 912 000. Il-kontribuzzjoni ta’ Pajjiż Applikant (it-Turkija) ġiet stmata għal EUR 958 000. Il-baġit globali għall-2007 ġie stmat għal EUR 41 870 000. L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għall-proposti ġie stmat għal EUR 33 888 000. L-ammont indikattiv ġenerali għas-sejħa għall-offerti ġie stmat għal EUR 4 064 000. |
|
(3) |
Il-kontribuzzjoni li waslet mill-pajjiżi ŻEE/EFTA kienet ta’ EUR 884 640. Il-kontribuzzjoni li trid tasal minn Pajjiż Applikant (it-Turkija) kienet ta’ EUR 957 697. L-ex pajjiżi kandidati li ġejjin, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Litwanja, ir-Rumanija u s-Slovenja kkontribwew għall-Programm ta’ Saħħa Pubblika fuq il-bażi tal-Protokolli ta’ Tkabbir b’ammont ta’ EUR 7 133 382,18 li minnu EUR 1 226 395,90 kienu impenjati fis-snin ta’ qabel tal-Programm imsemmi hawn fuq. L-ammont ta’ EUR 5 906 986,28 għadu għalhekk disponibbli għall-iffinanzjar ta’ azzjonijiet fl-2007. |
|
(4) |
Il-baġit totali disponibbli għall-2007 huwa għalhekk ta’ EUR 47 749 323,28. L-ammont totali għas-sejħa ta’ proposti hu ta’ EUR 37 888 963. L-ammont totali għas-sejħa ta’ offerti hu ta’ EUR 5 324 000. |
|
(5) |
L-azzjonijiet li qabel kienu mbassra għall-2007 bil-kooperazzjoni ta’ l-OECD se jiġu posposti għall-2008, għaldaqstant parti mill-baġit allokat biex jiffinanzja ftehimiet ta’ għotja diretta ma’ l-OECD issa hija disponibbli għal azzjonijiet oħra fl-2007. Hemm imbassra tliet azzjonijiet bil-kooperazzjoni tal-WHO u azzjoni ma’ l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) għal ammont totali ta’ EUR 2 550 000 minflok l-ammont inizjali stmat għal EUR 2 032 000. |
|
(6) |
Fid-dawl taż-żieda fil-baġit disponibbli huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat il-Pjan ta’ Ħidma għall-2007 biex jiġi ffinanzjat għadd ikbar ta’ offerti, proġetti taħt is-Sejħa għall-Proposti ta’ l-2207 u ftehimiet ta’ għotja diretta ma’ għaqdiet internazzjonali. |
|
(7) |
Barra minn hekk, billi fil-baġit finali ta’ l-2007, l-entratura 17 03 01 01 ma kellhiex l-allokazzjoni ta’ impenn meħtieġa, l-ammont rilevanti disponibbli taħt l-artikolu 17 03 06 tal-baġit ġie trasferit għall-entratura 17 03 01 01 fil-bidu tas-sena tal-baġit. |
|
(8) |
In-nefqa għat-treġija amministrattiva tal-programm hija koperta mill-entratura 17 01 04 02 tal-baġit (4). |
|
(9) |
Il-Kumitat għall-Programm ta’ Saħħa Pubblika ta fehma favorevoli dwar dan l-abbozz ta’ Deċiżjoni. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/102/KE (5) għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/102/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 1.2 (Ir-Riżorsi) jinbidel b’dan li ġej: “Il-Baġit li jemenda Nru 1/2007 jammonta għal EUR 38 800 000 għall-approprjazzjonijiet operattivi taħt l-entratura 17 03 01 01 tal-baġit u għal EUR 1 200 000 għall-approprjazzjonijiet amministrattivi taħt l-entratura 17 01 04 02 tal-baġit. Il-linja tal-baġit għall-approprjazzjonijiet amministrattivi relatati ma’ l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika hija 17 01 04 30. Il-baġit approvat għall-2007 (impenji) jammonta għal EUR 40 000 000. Il-baġit għall-approprjazzjonijiet operattivi huwa ta’ EUR 38 800 000. Il-baġit għall-approprjazzjonijiet amministrattivi huwa ta’ EUR 1 200 000. Ma’ dan il-baġit iridu jiżdiedu:
Il-baġit totali għall-2007 huwa għalhekk ta’ EUR 47 749 323,28. Dan jinkludi kemm ir-riżorsi għall-baġit operattiv kif ukoll riżorsi għal għajnuna teknika u amministrattiva:
Huwa propost li EUR 5 324 000 tal-baġit operattiv jintuża għas-sejħiet għall-offerti, u EUR 2 550 000 għal għotjiet diretti għal organizzazzjonijiet internazzjonali. L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għall-proposti huwa stmat li jlaħħaq EUR 37 888 963. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-allokazzjoni ta’ għotjiet għas-sejħa għall-proposti, se jipprova jintlaħaq bilanċ bejn il-linji ta’ żvilupp differenti tal-programm, filwaqt li tkun ikkunsidrata l-kwalità u l-kwantità tal-proposti li jaslu, kemm-il darba ma jinqalgħux emerġenzi partikolari għas-saħħa pubblika (eż. influwenza pandemika) li jkunu jiġġustifikaw kwalunkwe allokazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi. Fil-każ li jibqgħu disponibbli riżorsi mill-baġit operattiv fl-aħħar ta’ l-2007, dawn se jiġu allokati mill-ġdid għall-finanzjament ta’ l-għotijiet magħżula permezz tas-Sejħa għal proposti 2007.” |
|
(2) |
Fil-punt 2.1 (Is-Sejħa għall-proposti):
|
|
(3) |
Il-Punt 2.2 (Sejħa għal offerti), l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej: “Ix-xiri tas-servizzi għandu jiġu ffinanzjat taħt l-entraturi tal-baġit 17 03 01 01 u 17 01 04 02. L-ammont indikattiv totali għas-sejħiet għal offerti jitla’ sa EUR 5 324 000 ”. |
|
(4) |
Il-punt 2.3.1 (Oqsma ta’ kooperazzjoni fl-2007) jinbidel b’dan li ġej: “Skond l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Programm, il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika u l-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) se titfittex li tintlaħaq matul il-kors tal-programm f’koordinazzjoni ma’ servizzi tal-Kummissjoni li jitrattaw l-istess suġġetti. Kooperazzjoni ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) Il-kooperazzjoni mal-WHO se tiġi mwettqa b’konformità ma’:
Wara t-taħdita li seħħet mal-WHO, ġew identifikati l-oqsma ta’ prijorità tat-tibdil fil-klima/ambjent, in-nutrizzjoni u s-sorveljanza ta’ l-attività fiżika, u s-saħħa mentali.
L-azzjonijiet meħuda se jevitaw kull xogħol żejjed jew duplikat ma’ attivitajiet oħra ffinanzjati mill-Komunità, b’mod partikolari azzjonijiet oħra ffinanzjati taħt il-programm ta’ saħħa pubblika. Kooperazzjoni ma’ l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) affiljata mal-WHO Hemm il-ħsieb ta’ negozjat għalih ma’ l-IARC għal proġett għall-iżvilupp ta’ l-Istudju Prospettiv tan-Nutrizzjoni u l-Kanċer Ewropew (EPIC) u n-Netwerk ta’ Reġistri dwar il-Kanċer Ewropew (ENCR), biex jiġi aġġornat il-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer u jitħejja Atlas dwar il-Mortalità mill-Kanċer fl-Unjoni Ewropea bl-użu ta’ l-aktar data reċenti dwar il-mortalità. (*1) ” (*1) http://ec.europa.eu/health/ph_international/int_organisations/who_en.htm" |
|
(5) |
Il-punt 2.3.2 (Iffinanzjar) jinbidel b’dan li ġej: “Il-fondi għal azzjonijiet ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija hawn fuq jistgħu jiġu allokati biss permezz ta’ ftehimiet ta’ konċessjoni diretta. Il-ftehimiet għal għotjiet diretti jtejbu s-sinerġiji u s-sensibilità tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fejn l-azzjonijiet jitwettqu flimkien. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ċerti kapaċitajiet marbuta mal-missjonijiet u r-responsabilitajiet speċifiċi tagħhom, li jagħmluhom partikolarment ikkwalifikati biex iwettqu wħud mill-azzjonijiet stabbiliti f’dan il-Programm ta’ Ħidma u li għalihom ftehimiet għal għotjiet diretti huma kkunsidrati bħala l-proċedura l-aktar xierqa. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja jista’ jitla’ sa 60 % għal kull organizzazzjoni ta’ l-ispejjeż eleġibbli għall-proġetti kkunsidrati. Il-Kummissjoni tiddetermina f’kull każ individwali l-perċentwali massima li tingħata. L-għotjiet Diretti għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja tal-baġit 17 03 01 01; l-ammont indikattiv għall-għotjiet diretti huwa stmat li jlaħħaq għal EUR 2 550 000. Dan l-ammont jista’ jiżdied skond l-approprjazzjonijiet mhux użati disponibbli taħt il-baġit operattiv.” |
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 7).
(3) ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.
(4) Il-Baġit ta’ emenda Nru. 1, ĠU L 124, 15.5.2007, p. 1.