15.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 296/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Novembru 2007
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward il-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5365)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/736/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (3), u b’mod partikolari il-frażi ta’ introduzzjoni ta’ l-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) ta’ l-Artikolu 8 u l-punt (4) ta’ l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Parti 1 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet min pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (4) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw il-laħam frisk ta’ ċerti annimali. |
(2) |
Dan l-Anness jindika l-perjodi ta’ żmien li għalihom l-importazzjoni lejn il-Komunità hija awtorizzata jew mhux awtorizzata, fir-rigward ta’ dati għall-qatla ta’ l-annimali li minnhom ikun inkiseb il-laħam. Dawn il-perjodi huma indikati sabiex jippermettu l-importazzjoni ta’ laħam frisk prodott qabel ma ġew applikati r-restrizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għal ċerti pajjiżi terzi jew partijiet minnhom. |
(3) |
Madankollu, sabiex ikun garantit livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fil-Komunità, huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk li nkiseb f’pajjiż terz minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni jitħallew biss għal perjodu ta’ żmien limitat, jiġifieri għal 90 jum. Fil-każ ta’ konsenji ċċertifikati fid-data jew qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ projbizzjoni fuq l-importazzjoni u ttrasportati fuq baħar miftuħ fil-waqt li fih tidħol fis-seħħ il-projbizzjoni, dan il-perjodu għandu jkun ta’ 40 jum. |
(4) |
Id-data minn meta jiġu awtorizzati jew ipprojbiti l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ laħam frisk minn xi pajjiż terz jew partijiet minnu, għandha tiddaħħal fl-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE sabiex jiġu evitati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk prodott f’perjodu meta kien hemm riskju għas-saħħa ta’ l-annimali f’dan il-pajjiż jew f’partijiet minnu. |
(5) |
L-indikazzjonijiet eżistenti ta’ perjodi ta’ żmien f’dan l-Anness ħolqu wkoll problemi prattiċi, kemm rigward il-postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità waqt l-iċċekkjar taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ dan il-laħam, kif ukoll għas-servizzi kompetenti fil-pajjiżi terzi li jesportaw waqt it-tħejjija ta’ dawn iċ-ċertifikati. |
(6) |
Bħala konsegwenza, sabiex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u sabiex ikunu żgurati ċ-ċarezza, l-koerenza u t-trasparenza rigward il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk lejn il-Komunità, huwa xieraq li jiġi emendat l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE u li jitħassru r-referenzi għal dawn il-perjodi. Barra minn hekk, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw ċerti pajjiżi, b’mod partikolari l-Paragwaj u l-Brażil, għandhom jiġu aġġornati. |
(7) |
Sabiex jitħallew l-importazzjonijiet ta’ ħażniet ta’ laħam frisk li bħalissa huma awtorizzati għall-importazzjoni lejn il-Komunità minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet minnhom skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE, iżda li mhux se jibqqħu jiġu awtorizzati wara d-data ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti, huwa xieraq li jsir provvediment għal perjodu tranżitorju ta’ 90 jum. |
(8) |
Minħabba żewġ tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Arġentina fi Frar 2006, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/259/KE tas-27 ta’ Marzu 2006 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward ir-reġjonalizzazzjoni għall-Arġentina u ċ-ċertifikati mudell marbuta ma’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk ta’ bovini mill-Arġentina (5), ipprojbiet l-importazzjonijiet ta’ laħam dissussat u laħam immaturat ta’ bovini minn tmien dipartimenti fil-provinċja ta’ Corrientes. Spezzjoni riċenti li l-Komunità wettqet fl-Arġentina wriet li m’għadhomx meħtieġa r-restrizzjonijiet attwali tas-saħħa ta’ l-annimali fit-tmien dipartimenti kkonċernati, b’mod partikolari fir-rigward tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. Għalhekk dawn ir-restrizzjonijiet m’humiex se jibqgħu japplikaw għal dawn iż-żoni ta’ l-Arġentina, kif mitlub minn dan il-pajjiż. |
(9) |
L-ispezzjoni wriet ukoll li l-produzzjoni ta’ laħam dissussat u laħam immaturat ta’ ċriev fl-Arġentina tissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali previsti fid-Deċiżjoni 79/542/KEE. Għalhekk huwa xieraq li jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ laħam dissussat u laħam immaturat ta’ ċriev mill-Arġentina. |
(10) |
Minħabba żewġ tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Botswana f’April 2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/463/KE (6), ipprojbiet l-importazzjonijiet ta’ laħam dissussat u laħam immaturat ta’ bovini minn parti tal-Botswana. Id-dokumentazzjoni li waslet mill-Botswana u r-riżultat favorevoli ta’ spezzjoni tal-Komunità mwettqa f’dan il-pajjiż f’Marzu 2007 juru li l-miżuri meħuda mill-Botswana kienu effettivi fil-kontroll u fl-eliminazzjoni tal-marda. Bl-istess mod, m’għandhomx japplikaw aktar ir-restrizzjonijiet attwali tas-saħħa ta’ l-annimali fil-parti kkonċernata tal-Botswana. |
(11) |
Barra minn hekk, l-ispezzjoni tal-Komunità qieset b’mod favorevoli żewġ reġjuni oħra tal-Botswana li ġew rikonoxxuti mill-OIE bħala ħielsa mill-FMD mingħajr tilqim. Għalhekk huwa f’waqtu li dawn iż-żoni jitħallew jesportaw lejn l-UE laħam dissussat u laħam immaturat ta’ bovini, ovini u tjur tal-kaċċa mrobbija u selvaġġi. |
(12) |
Partijiet mill-Kolombja huma elenkati fil-Parti I ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE bħala partijiet minn pajjiż terz li minnhom huma awtorizzati importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ bovini lejn il-Komunità. Madankollu, il-Kolombja ma ppreżentat l-ebda pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għal laħam frisk ta’ bovini skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi ppreżentati minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (7). Barra minn hekk l-ebda stabbilimenti m’huma awtorizzati għall-esportazzjoni ta’ laħam frisk lejn il-Komunità. Għalhekk l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ bovini mill-Kolombja m’għandhomx jibqgħu jiġu awtorizzati u għandha ssir l-emenda meħtieġa lill-Parti I ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE. |
(13) |
Sabiex tingħata l-possibbiltà lill-partijiet interessati rilevanti li jadattaw irwieħhom għar-reġim ġdid ta’ importazzjoni huwa xieraq li jiġi pprovdut li d-Deċiżjoni preżenti tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2007. |
(14) |
Id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha għalhekk tkun emendata skond dan. |
(15) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/367/KE tat-13 ta’ Ġunju 1996 dwar il-miżuri ta’ ħarsien marbuta mal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Albanija (8) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/414/KE ta’ l-4 ta’ Lulju 1996 dwar il-miżuri ta’ ħarsien fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet ta’ annimali u prodotti ta’ l-annimali mill-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja minħabba t-tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (9), huma obsoleti peress li d-dispożizzjonijiet previsti fihom issa huma stipulati f’atti Komunitarji oħra. Fl-interessi taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu rrevokati b’mod definit. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Parti 1 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjonijiet 96/367/KE u 96/414/KE huma rrevokati.
Artikolu 3
L-importazzjonijiet ta’ laħam frisk lejn l-UE li kienu awtorizzati skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE u li m’għadhomx awtorizzati mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti se jibqgħu jiġu awtorizzati għal perjodu tranżitorju ta’ 90 jum wara d-data ta’ l-applikazzjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(2) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(5) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 65.
(6) ĠU L 183, 5.7.2006, p. 20.
(7) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44, verżjoni kkoreġuta (ĠU L 189, 27.5.2004, p. 33). Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/362/KE (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 18).
(8) ĠU L 145, 19.6.1996, p. 17. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 98/373/KE (ĠU L 170, 16.6.1998, p. 62).
(9) ĠU L 167, 6.7.1996, p. 58. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 98/373/KE.
ANNESS
“ANNESS II
LAĦAM FRISK
Parti 1
LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PARTIJIET MINNHOM (*)
Pajjiż |
Kodiċi tat-Territorju |
Deskrizzjoni tat-territorju |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Data ta’ l-għeluq (**) |
Data tal-ftuħ (***) |
||||||||||||
Mudell(i) |
SG |
|||||||||||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
|||||||||||
AL – L-Albanija |
AL-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
AR – L-Arġentina |
AR-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
AR-1 |
Il-Provinċji ta’: Buenos Aires, Catamarca, Corrientes (ħlief id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar) Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Neuquen, Rio Negro, San Juan, San Luis, Santa Fe, Tucuman Cordoba La Pampa Santiago del Estero Chaco Formosa, Jujuy u Salta, ħlief iż-żona buffer ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa |
BOV |
A |
1 |
|
fit-18 ta’ Marzu 2005. |
||||||||||||
RUF |
A |
1 |
|
1 ta’ Diċembru 2007 |
||||||||||||||
AR-2 |
Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego |
BOV, OVI, RUW, RUF |
|
|
|
fl-1 ta’ Marzu 2002. |
||||||||||||
AR-3 |
Corrientes: id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar |
BOV, RUF |
A |
1 |
|
1 ta’ Diċembru 2007 |
||||||||||||
AU – L-Awstralja |
AU-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW |
|
|
|
|
|||||||||||
BA – Il-Bożnija Ħerzegovina |
BA-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
BH – Il-Baħrejn |
BH-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
BR – Il-Brażil |
BR-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
BR-1 |
Parti mill-Istat ta’ Minas Gerais (minbarra d-delegazzjonijiet reġjonali ta’ Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí); L-Istat ta’ Espíritu Santo; L-Istat ta’ Goias; Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso li tinkludi l-unitajiet reġjonali ta’:
|
BOV |
A u H |
1 |
|
fl-1 ta’ Novembru 2002. |
||||||||||||
BR-2 |
L-Istat ta’ Santa Catarina |
BOV |
A u I |
1 |
|
fl-1 ta’ Novembru 2002. |
||||||||||||
BW – Il-Botswana |
BW-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|
|
|||||||||||
BW-1 |
Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll 3ċ, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18 |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
|
1 ta’ Diċembru 2007 |
||||||||||||
BW-2 |
Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll 10, 11, 12, 13 u 14 |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
|
fis-7 ta’ Marzu 2002. |
||||||||||||
BY – Il-Belarus |
BY-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
BZ – Il-Beliże |
BZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
CA – Il-Kanada |
CA-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW, |
G |
|
|
|
|||||||||||
CH – L-Iżvizzera |
CH-0 |
Il-pajjiż kollu |
• |
|
|
|
|
|||||||||||
CL – Iċ-Ċilì |
CL-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF |
|
|
|
|
|||||||||||
CN – Iċ-Ċina (ir-Repubblika Popolari ta’) |
CN-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
CO – Il-Kolombja |
CO-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
CR – Il-Kosta Rika |
CR-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
CU – Kuba |
CU-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
DZ – L-Alġerija |
DZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
ET – L-Etjopja |
ET-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
FK – Il-Gżejjer Falkland |
FK-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
GL – Greenland |
GL-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
|
|
|
|
|||||||||||
GT – Il-Gwatemala |
GT-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
HK – Ħong Kong |
HK-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
HN – Il-Ħonduras |
HN-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
HR – Il-Kroazja |
HR-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
|
|
|
|
|||||||||||
IL – L-Iżrael |
IL-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
IN – L-Indja |
IN-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
IS – L-Iżlanda |
IS-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
|
|
|
|
|||||||||||
KE – Il-Kenja |
KE-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
MA – Il-Marokk |
MA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
XM – Il-Montenegro |
XM-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
MG – Il-Madagaskar |
MG-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
MK – L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (****) |
MK-0 |
Il-pajjiż kollu |
OVI, EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
MU – Il-Mawrizju |
MU-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
MX – Il-Messiku |
MX-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
NA – In-Namibja |
NA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|
|
|||||||||||
NA-1 |
Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
|
|
||||||||||||
NC – New Caledonia |
NC-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, RUF, RUW |
|
|
|
|
|||||||||||
NI – In-Nikaragwa |
NI-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
NZ – New Zealand |
NZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW |
|
|
|
|
|||||||||||
PA – Il-Panama |
PA-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
PY – Il-Paragwaj |
PY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
XS – Is-Serbja (*****) |
XS-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
RU – Ir-Russja |
RU-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
RU-1 |
Ir-reġjun ta’ Murmansk, iż-żona awtonoma ta’ Yamalo-Nenets |
RUF |
|
|
|
|
||||||||||||
SV – El Salvador |
SV-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
SZ – Is-Swaziland |
SZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|
|
|||||||||||
SZ-1 |
Iż-żona fil-Punent tal-“linja ħamra” li testendi lejn it-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera ma’ l-Afrika t’Isfel fil-Punent ta’ Nkalashane, |
BOV, RUF, RUW |
F |
1 |
|
|
||||||||||||
SZ-2 |
Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll u tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, kif ippubblikati bħala Strument Statutorju taħt l-avviż legali numru 51 ta’ l-2001 |
BOV, RUF, RUW |
F |
1 |
|
fl-4 ta’ Awwissu 2003. |
||||||||||||
TH – It-Tajlandja |
TH-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
TN – It-Tuneżija |
TN-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
TR – It-Turkija |
TR-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
TR-1 |
Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale |
EQU |
|
|
|
|
||||||||||||
UA – L-Ukraina |
UA-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
US – L-Istati Uniti |
US-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW |
G |
|
|
|
|||||||||||
UY – L-Urugwaj |
UY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||||||||||
BOV |
A |
1 |
|
1 ta’ Novembru 2001 |
||||||||||||||
OVI |
A |
1 |
|
|
||||||||||||||
ZA – L-Afrika t’Isfel |
ZA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|
|
|||||||||||
ZA-1 |
Il-pajjiż kollu ħlief:
|
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
|
|
||||||||||||
ZW – Iż-Żimbabwe |
ZW-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||||||||||
(*) Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni previsti mill-ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.
(**) Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 7 jista’ jiġi importat lejn il-Komunità għal 90 jum minn din id-data.
Il-konsenji fuq baħar miftuħ jistgħu jiġu importati lejn il-Komunità jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data indikata fil-kolonna għal 40 jum minn din id-data.
(N.B.: l-ebda data fil-kolonna 7 tfisser li m’hemmx restrizzjonijiet ta’ żmien).
(***) Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 8 biss jista’ jiġi importat lejn il-Komunità (l-ebda data fil-kolonna 8 tfisser li m’hemmx restrizzjonijiet ta’ żmien).
(****) L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-kodiċi proviżorju li ma tippreġudikax bi kwalunkwe mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li se jkun miftiehem wara l-konklużjoni ta’ negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.
(*****) Li ma jinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.
• |
= |
Ċertifikati skond il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132. |
— |
= |
Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma pprojbiti (ħlief għal dawk l-ispeċijiet fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu) |
‘1’ |
Restrizzjonijiet ta’ kategorija: Il-ġewwieni mhux awtorizzat (ħlief fil-każ ta’ l-ispeċi tal-bovini, tad-dijaframma u l-muskoli masseteri [tax-xedaq]).” |