7.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 289/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2007/715/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kandidatura mressqa mill-Gvern Ġermaniż,

Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill, bid-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom dwar il-ħatra tal-membri Ċeki, Ġermaniżi, Estonjani, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstrijaċi, Sloveni u Slovakki tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), ħatar lill-membri Ġermaniżi tal-Kumitat għall-perijodu bejn il-21 ta’ Settembru 2006 u l-20 ta’ Settembru 2010.

(2)

Post ta’ membru Ġermaniż tal-Kumitat imsemmi sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Heiko STEFFENS,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Gerd BILLEN, Vorstand des Verbraucherzentrale Bundesverbands, huwa maħtur membru til-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Heiko STEFFENS għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)   ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/622/KE, Euratom (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39).