7.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 289/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li taħtar membru Taljan u membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/714/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Tbattal post ta’ membru tal-Kumitat tar-Reġjuni wara li ntemm il-mandat tas-Sinjura SCAGNI u post ta’ membru supplenti wara li ntemm il-mandat tas-Sur TECCE,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

is-Sinjura Marta VINCENZI, Sindku tal-Komun ta’ Genova;

u

(b)

bħala membru supplenti:

is-Sur Paolo CARRAZZA, Kunsillier komunali tal-Komun ta’ Ruma.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.