|
25.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 281/37 |
KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ DEĊIŻJONI EUPOL AFG/1/2007
tas-16 ta’ Ottubru 2007
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN
(2007/685/CFSP)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/PESK tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 10 ta’ l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/PESK jipprevedi li l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inklużi setgħat sabiex jieħu deċiżjonijiet sussegwenti dwar il-ħatra ta’ Kap ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN. |
|
(2) |
F’ittra datata 6 ta’ Ottubru 2007, il-Kap tal-Missjoni attwali informa lill-Kummissjoni Ewropea bid-deċiżjoni tiegħu li jittermina l-kuntratt tiegħu, b’effett mill-aħħar tax-xogħol fil-31 ta’ Ottubru 2007. |
|
(3) |
Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ippropona n-nomina tas-Sur Jürgen Scholz bħala l-Kap ġdid tal-Missjoni ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Jürgen Scholz huwa b’dan maħtur Kap ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fl-1 ta’ Novembru 2007.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. DURRANT PAIS