13.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 270/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Settembru 2007
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli
(2007/658/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Komunità, il-Prinċipat ta’ Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Żvizzera nnegozjaw u inizjalaw ftehim addizzjonali sabiex il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli tal-21 ta’ Ġunju 1999 (1) jiġi estiż għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein. |
(2) |
Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dak il-Ftehim addizzjonali msemmi, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli (“Ftehim addizzjonali”) b’dan huwa approvat f’isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim addizzjonali huwa anness ma’ din id-deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat jinnomina persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim addizzjonali sabiex torbot/jorbtu lill-Komunità.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SILVA
(1) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
13.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 270/6 |
FTEHIM ADDIZZJONALI
bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli
IL-KOMUNITÀ EWROPEA (“il-Komunità”), IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA (“l-Iżvizzera”) u l-PRINĊIPAT TA’ LIECHTENSTEIN (“Liechtenstein”),
Billi:
(1) |
Liechtenstein tifforma unjoni doganali ma’ l-Iżvizzera skond it-Trattat tad-29 ta’ Marzu 1923 bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jinkorpora lil Liechtenstein fit-territorju doganali Żvizzeru (“Trattat Doganali”). |
(2) |
Bis-saħħa tat-Trattat Doganali, Id-disposizzjonijiet dwar it-titjib ta’ l-aċċess għas-suq mogħti mill-Iżvizzera għal prodotti agrikoli li joriġinaw mil-Komunità li huma is-suġġett tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli tal-21 ta’ Ġunju 1999 (“Ftehim dwar l-Agrikoltura”) jgħoddu għal Liechtenstein. |
(3) |
Għall-amministrazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura u sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tiegħu, l-Artikolu 6 jistabilixxi Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura u l-Artikolu 19 ta’ l-Anness 11 jistabilixxi Kumitat Konġunt Veterinarju, fejn it-tnejn li huma jistgħu jimmodifikaw partijiet speċifiċi tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. |
(4) |
Skond il-Ftehim Addizzjonali li jikkonċerna l-validità, għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972, il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 japplika għal Liechtenstein: Il-Protokoll Nru 3 jistipula li prodotti minn Liechtenstein huma meqjusa bħala prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera. L-Artikolu Nru 4 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura jistipula li r-regoli ta’ oriġini applikabbli taħt l-Annessi 1, 2 u 3 għandhom ikunu kif speċifikati fil-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972. |
(5) |
Id-disposizzjonijiet kollha tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, inkluż il-modifiki magħmula mill-Kumitati Konġunti tiegħu, għandhom japplikaw għal Liechtenstein. Fl-istess waqt, il-partijiet korrispondenti tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri l-Anness I, il-Kapitoli XII u XXVII ta’ l-Anness II u il-Protokoll 47 għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta’ Liechtenstein, sakemm il-Ftehim dwar l-Agrikoltura jibqa’ japplika għal dan il-pajjiż, |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tal-21 ta’ Ġunju 1999 (“il-Ftehim dwar l-Agrikoltura”) inklużi l-modifiki deċiżi mill-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura u mill-Kumitat Konġunt Veterinarju, għandu japplika għal Liechtenstein.
2. L-adattamenti speċifiċi għal Liechtenstein li jikkonċernaw l-Annessi 4 sa 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura huma stipulati fl-Anness ta’ dan il-Ftehim (“Ftehim Addizzjonali”), li jkun jikkostitwixxi parti integrali minnu.
Artikolu 2
1. Għall-għan ta’ l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura u mingħajr ma dan jibdel in-natura bilaterali tiegħu, Liechtenstein, sabiex jieħu ħsieb l-interessi tiegħu, ikollu rappreżentant fi ħdan id-delegazzjoniet Żvizzeri tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura u tal-Kumitat Konġunt Veterinarju u tal-gruppi ta’ ħidma tagħhom.
2. Il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura jista’ jimmodifika l-Anness ta’ dan il-Ftehim Addizzjonali, skond Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6 u 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Il-Kumitat Konġunt Veterinarju jista’ jimmodifika l-Anness ta’ dan il-Ftehim Addizzjonali fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna l-Anness 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, skond Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artilkolu 19 ta’ dak l-Anness. Dawn il-modifiki jeħtieġu l-approvazzjoni tar-rappreżentant ta’ Liechtenstein.
Artikolu 3
Dan il-Ftehim Addizzjonali:
(a) |
għandhu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-iffirmar tiegħu; |
(b) |
jista’ jiġi tterminat permezz ta’ notifika bil-miktub lill-partijiet l-oħra. Dan il-Ftehim għandu jtemm mis-seħħ sena wara d-data ta’ din in-notifika; |
(c) |
ma għandux jibqa’ japplika jekk il-Ftehim dwar l-Agrikoltura jew it-Trattat Doganali ma jibqax fis-seħħ. |
Artikolu 4
Dan il-Ftehim Addizzjonali huwa mfassal fi tliet kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, b’kull wieħed minn dawk it-testi ugwalment awtentiċi.
Съставено в Брюксел на двадесет и седми ceптeмври две хиляди и седма година.
Hecho en Bruselas, el veintisiete de septiembre de dos mil siete.
V Bruselu dne dvacátého sedmého září dva tisíce sedm.
Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende september to tusind og syv.
Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten September zweitausendsieben.
Kahe tuhande seitsmenda aasta septembrikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι επτά Σεπτεμβρίου δύο χιλιάδες επτά.
Done at Brussels on the twenty seventh day of September in the year two thousand and seven.
Fait à Bruxelles, le vingt-sept septembre deux mille sept.
Fatto a Bruxelles, addì ventisette settembre duemilasette.
Briselē, divi tūkstoši septītā gada divdesmit septītajā septembrī.
Priimta du tūkstančiai septintųjų metų rugsėjo dvidešimt septintą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-hetedik év szeptember havának huszonhetedik napján.
Magħmul fi Brussell, fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Settembru tas-sena elfejn u sebgħa.
Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste september tweeduizend zeven.
Sporządzono w Brukseli, dnia dwudziestego siódmego września roku dwa tysiące siódmego.
Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Setembro de dois mil e sete.
Întocmit la Bruxelles, douăzeci și șapte septembrie două mii șapte.
V Bruseli dňa dvadsiateho siedmeho septembra dvetisícsedem.
V Bruslju, dne sedemindvajsetega septembra leta dva tisoč sedem.
Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä syyskuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.
Som skedde i Bryssel den tjugosjunde september tjugohundrasju.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunitá Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
За Конфедерация Швейцария
Por la Confederación Suiza
Za Švýcarskou konfederaci
For Det Schweiziske Forbund
Für die Schweizerische Eidgenossenschaft
Šveitsi Konföderatsiooni nimel
Για την Ελβετική Συνομοσπονδία
For the Swiss Confederation
Pour la Confédération suisse
Per la Confederazione svizzera
Šveices Konfederācijas vārdā
Šveicarijos Konfederacijos vardu
A Svájci Államszövetség részéről
Għall-Konfederazzjoni Żvizzera
Voor de Zwitserse Bondsstaat
W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej
Pela Confederação Suíça
Pentru Confederația Elvețiană
Za Švajčiarsku konfederáciu
Za Švicarsko konfederacijo
Sveitsin valaliiton puolesta
För Schweiziska edsförbundet
За Княжество Лихтенщайн
Por el Principado de Liechtenstein
Za Lichtenštejnské knížectví
For Fyrstendømmet Liechtenstein
Für das Fürstentum Liechtenstein
Liechtensteini Vürstiriigi nimel
Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν
For the Principality of Liechtenstein
Pour la Principauté de Liechtenstein
Per il Principato del Liechtenstein
Lihtenšteinas Firstistes vārdā
Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu
A Liechtensteini Hercegség részéről
Għall-Prinċipat ta' Liechtenstein
Voor het Vorstendom Liechtenstein
W imieniu Księstwa Liechtensteinu
Pelo Principado do Liechtenstein
Pentru Principatul Liechtenstein
Za Lichtenštajnské kniežatstvo
Za Kneževino Lihtenštajn
Liechtensleinin ruhtinaskunnan puolesta
För Furstendömet Liechtenstein
ANNESS
għall-Ftehim Addizzjonali
Prinċipju
Il-liġijiet u l-obbligi, id-disposizzjonijiet legali, il-listi, l-ismijiet u l-kundizzjonijiet stipulati għall-Iżvizzera fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura għandhom japplikaw għal Liechtenstein ukoll, suġġetti għall-aġġustamenti u ż-żidiet imsemmija hawn taħt.
Meta jingħataw doveri, responsabiltajiet u poteri lil cantons (reġjuni awtonomi) Żvizzeri, dawn jobbligaw wkoll lill-aġenziji kompetenti tal-gvern ta’ Liechtenstein. Għalhekk, fir-rigward ta’ suġġetti ttrattati mill-awtoritajiet ta’ l-agrikoltura tal-canton dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Agrikoltura (“Landwirtschaftsamt”), Dr. Grass-Strasse 10, FL-9490 Vaduz, filwaqt li fir-rigward ta’ suġġetti ttrattati mill-awtoritajiet veterinarji u ta’ l-ikel tal-canton dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Ispezzjoni ta’ l-Ikel u ta’ l-Affarijiet Veterinarji (OFV) (“Amt für Lebensmittelkontrolle und Veterinärwesen”), Postplatz 2, FL-9494 Schaan.
Barra minn dan, l-organizzazzjonijiet privati li ngħatawlhom kompiti speċifiċi (eż. Korpi ta’ spezzjoni u ċertifikazzjoni) għandhom ukoll dawn il-kompiti fir-rigward ta’ Liechtenstein, sakemm mhux ipprovdut mod ieħor b’dan li ġej.
Aġġustamenti/żidiet li jikkonċernaw l-Annessi 4-11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura
L-Anness 4, Protezzjoni tal-pjanti
L-Anness 5, Għalf
L-Anness 6, Settur taż-żrieragħ
L-Anness 7, Kummerċ ta’ prodotti ta’ l-inbid
Ismijiet protetti ta’ prodotti ta’ l-inbid li joriġinaw minn Liechtenstein (skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 6 ta’ l-Anness 7)
Indikazzjonijiet Ġeografiċi
Inbejjed ta’ kwalità
— |
Balzers |
— |
Bendern |
— |
Eschen |
— |
Eschnerberg |
— |
Gamprin |
— |
Mauren |
— |
Ruggell |
— |
Schaan |
— |
Schellenberg |
— |
Triesen |
— |
Vaduz |
Inbejjed tal-mejda li jkollhom indikazzjonijiet ġeografiċi
— |
Liechtensteiner Oberländer Landwein |
— |
Liechtensteiner Unterländer Landwein |
Espressjonijiet tradizzjonali
— |
Ablass |
— |
Appellation d’origine contrôlée |
— |
Auslese Liechtenstein |
— |
Beerenauslese |
— |
Beerle |
— |
Beerli |
— |
Beerliwein |
— |
Eiswein |
— |
Federweiss (1) |
— |
Grand Cru Liechtenstein |
— |
Kretzer |
— |
Landwein |
— |
Sélection Liechtenstein |
— |
Strohwein |
— |
Süssdruck |
— |
Trockenbeerenauslese |
— |
Weissherbst |
L-Anness 8, Dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni ta’ l-ismijiet ta’ xorb alkoħoliku u ta’ xorb aromatiku bbażat fuq l-inbid
Ismijiet protetti ta’ spirti li joriġinaw minn Liechtenstein (skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4 ta’ l-Anness 8)
Spirtu tal-karfa ta’ l-għeneb magħsur
— |
Balzner Marc |
— |
Benderer Marc |
— |
Eschner Marc |
— |
Eschnerberger Marc |
— |
Gampriner Marc |
— |
Maurer Marc |
— |
Ruggeller Marc |
— |
Schaaner Marc |
— |
Schellenberger Marc |
— |
Triesner Marc |
— |
Vaduzer Marc. |
L-Anness 9, Prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel imkabbra b’mod organiku
L-Anness 10, Rikonoxximent ta’ kontrolli ta’ konformità għall-frott u l-ħaxix frisk suġġetti għall-istandards kummerċjali
L-Anness 11, Miżuri ta’ saħħa ta’ l-annimali u miżuri żootekniċi applikabbli għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti ta’ l-annimali
Is-sistema TRACES
Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma’ l-Uffiċċju ta’ l-Ispezzjoni ta’ l-Ikel u ta’ l-Affarijiet Veterinarji (OFV, “Amt für Lebensmittelkontrolle und Veterinärwesen”) għandha tintegra lil Liechtenstein fis-sistema TRACES, skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004.
Regoli għal annimali mibgħuta biex jirgħu f’żoni fil-fruntiera
Ir-Regoli għal annimali mibgħuta biex jirgħu fil-fruntiera stabbiliti fl-Appendiċi 5 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, Kapitolu 1, punt III, għandhom japplikaw mutatis mutandis, għal Liechtenstein.
Għal Liechtenstein, il-partijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE ta’ l-20 ta’ Awwissu 2001 li jistipula regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqiegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji u li hemm referenza għalihom fl-Anness korrispondenti għandhom ikunu: Liechtenstein
Leġislazzjoni
Fil-każ ta’ Liechtenstein, il-liġi ta’ Liechtenstein dwar il-benessri ta’ l-annimali (TschG) ta’ l-20 ta’ Diċembru 1988, LGB1. 1989 Nru 3, LR 455.0 u l-Ordinanza ta’ Liechtenstein dwar il-benessri ta’ l-annimali (TschV) tat-12 ta’ Ġunju 1990, LGBl. 1990 Nru 33, LR 455.01 għandhom jissostitwixxu l-Ordinanza dwar il-benessri ta’ l-annimali (SR 455.1) stipulata għall-Iżvizzera fl-Appendiċi 5, Kapitolu 3 III. Benessri ta’ l-Annimali, punt 1.
(1) Mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ l-espressjoni tradizzjonali Germaniża “Federweißer” li tfisser għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid, li jkun parzjalment iffermentat u maħsub għall-konsum uman dirett, kif previst fil-Paragrafu 34c tar-Regolament dwar l-Inbid Germaniż u fl-Artikoli 12(1)(b) u 14(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002, kif emendat.