9.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 262/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta' Ottubru 2007
li tistipula għas-sena finanzjarja 2007 allokazzjonijiet finanzjarji fissi għall-Istati Membri, fir-rigward ta' ċertu numru ta' ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni tad-dwieli skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4524)
(It-testi bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Maltija, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana u Ungeriża biss huma awtentiċi)
(2007/653/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-regoli dwar ir-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tad-dwieli huma stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni (2). |
(2) |
Ir-regoli dettaljati dwar l-ippjanar finanzjarju u l-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar ta' l-iskema tar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni, stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1227/2000, jipprevedu li r-referenzi għal sena finanzjarja partikolari jikkorrispondu għall-ħlasijiet li effettivament isiru mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Ottubru tas-sena sussegwenti. |
(3) |
Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, ta’ kull sena l-Kummissjoni tagħti allokazzjoni inizjali tal-krediti lill-Istati Membri, abbażi ta' kriterji oġġettivi, b’qies għas-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet partikolari kif ukoll għall-isforzi li jridu jsiru fid-dawl ta' l-għan ta' l-iskema. |
(4) |
Il-Kummissjoni stipulat l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għas-sena finanzjarja 2006/2007 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/701/KE (3), kif ukoll għall-Bulgarija u għar-Rumanija, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/381/KE (4). |
(5) |
Skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, l-ispejjeż likwidi li ntefqu mill-Istati Memrbi huma limitati għall-ammont ta’ l-allokazzjonijiet indikattivi tagħhom. Għas-sena finanzjarja 2007, din il-limitazzjoni hija applikabbli għall-Italja, li għamlet spejjeż likwidi li jeċċedu l-allokazzjoni finanzjarja. |
(6) |
Skond l-Artikolu 17(4), tiġi applikata penali meta l-ispejjeż reali ta’ Stat Membru għal kull ettaru jeċċedu dawk previsti fl-allokazzjoni inizjali. Din is-sena din il-penali sejra tapplika għal Malta fl-ammont ta' EUR 16 690. |
(7) |
Skond l-Artikolu 16(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw appplikazzjoni ulterjuri fil-qafas tas-sena finanzjarja kurrenti. Din is-sena tali applikazzjoni tressqet mir-Repubblika Ċeka, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija u l-Portugall. Skond l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 922/2007 ta’ l-1 ta’ Awvissu 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjoni transitorja dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji maħsuba għall-Bulgarija u għar-Rumanija għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni (5), il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jressqu talba lill-Kummissjoni għall-finanzjament ulterjuri ta' l-ispejjeż għas-sena finanzjarja 2007, li jeċċedu l-ammont notifikat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(1)(a) u (b) ta’ l-imsemmi Regolament, sa massimu ta’ 90 % ta’ l-allokazzjoni finanzjarja attribwita lilhom skond id-Deċiżjoni 2007/381/KE. Il-Bulgarija fil-fatt ressqet talba għal dan il-għan lill-Kummissjoni. |
(8) |
Skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 922/2007, it-talbiet għall-finanzjament ulterjuri nnotifikati lill-Kummissjoni minn Stati Membri oħra minbarra l-Bulgarija u r-Rumanija jintlaqgħu pro rata, bl-użu tal-krediti disponibbli wara t-tnaqqis tas-somma għall-Istati Membri kollha, ta’ l-ammonti nnotifikati skond l-Artikolu 16(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 u ta’ l-ammonti nnotifikati mill-Bulgarija u mir-Rumanija skond l-imsemmija dispożizzjoni ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament 922/2007, ta' l-ammont totali allokat lill-Istati Membri. Din id-dispożizzjoni tapplika għas-sena finanzjarja 2007 għar-Repubblika Ċeka, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija u l-Portugall. |
(9) |
Skond l-Artikolu 16(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, l-Istati Membri jistgħu jressqu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Lulju ta’ kull sena, dikjarazzjoni ta’ l-ispejjez likwidi ta’ ristrutturazzjoni u konverżjoni fit-30 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja kurrenti, kif ukoll l-art totali kkonċernata. Ir-regoli ta’ l-Artikolu 17(2) ta' l-imsemmi regolament jistipulaw li l-Istati Membri m’għandhomx iressqu d-dikjarazzjoni imsemmija fl-Artikolu 16(1)(b), ħlief jekk l-ammont li ddikjaraw skond l-Artikolu 16(1)(a), jiġifieri n-nefqa effettiva fit-30 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja, hija għallinqas ugwali għal 75 % ta' l-ammont ta' l-allokazzjoni indikattiva għall-Istat Membru kkonċernat. Jekk in-nefqa effettiva ma tilħaqx il-75 % ta’ l-allokazzjonijiet inizjali, l-ispejjeż likwidi nnotifikati mill-Ġermanja ma jistgħux jiġu aċċettati, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi għas-sena finanzjarja 2006/2007 għall-Istati Membri kkonċernati, fir-rigward ta' ċertu numru ta' ettari, għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tad-dwieli skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, għall-perjodu tas-sena finanzjarja 2007, jidhru fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Bulgara, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Griega, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika Ungeriża, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Awstrijaka, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovena u r-Repubblika Slovakka.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1216/2005 (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 32).
(3) ĠU L 290, 20.10.2006, p. 41.
(4) ĠU L 141, 2.6.2007, p. 80.
ANNESS
Allokazzjonijiet finanzjarji inidikattivi għall-2006/2007 (sena finanzjarja 2007)
Stat Membru |
L-erja (ettari) |
Allokazzjoni Finanzjarja (EUR) |
Il-Bulgarija |
1 918 |
6 030 464 |
Ir-Repubblika Ċeka |
1 345 |
3 178 866 |
Il-Ġermanja |
1 410 |
9 385 538 |
Il-Greċja |
823 |
6 420 790 |
Spanja |
20 345 |
165 870 765 |
Franza |
12 769 |
111 282 822 |
L-Italja |
13 142 |
100 479 369 |
Ċipru |
145 |
1 971 461 |
Il-Lussemburgu |
8 |
59 665 |
L-Ungerija |
1 242 |
9 940 855 |
Malta |
4 |
26 249 |
L-Awstrija |
1 074 |
6 501 073 |
Il-Portugall |
4 117 |
34 284 676 |
Ir-Rumanija |
880 |
6 893 688 |
Is-Slovenja |
108 |
2 120 499 |
Is-Slovakkja |
107 |
536 527 |
Total |
59 438 |
464 983 308 |