9.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 262/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

li taħtar membru Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/650/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

(2)

Wara tmiem il-mandat tas-Sur Sepp RIEDER sar vakanti post ta’ membru,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Hija b’dan maħtura membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010, is-Sinjura Renate BRAUNER, Viċisindku tal-belt ta’ Vjenna u Viċipresident tar-Reġjun, li tibdel is-Sur Sepp RIEDER.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINO


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.