|
6.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 261/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Settembru 2007
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-FPK
(2007/644/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-FPK (1), ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fis-27 ta’ Marzu 2007 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/251/KE (2). |
|
(2) |
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi proviżorja sa mid-data ta’ l-iffirmar. |
|
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Protokoll mal-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-FPK, qiegħed b’dan jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3(2) tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f’isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007
Għall-Kunsill
Il-President
R. PEREIRA
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO