|
2.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 256/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Settembru 2007
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
(2007/633/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
B'Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim ma’ New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru bi qbil mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003. |
|
(3) |
Il-ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard, bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/466/KE (2). |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa approvat f'isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PEREIRA
(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.