15.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 242/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Settembru 2007

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programm għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż għall-2007

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4147)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2007/610/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta' l-Unjoni (1) u b'mod partikolari l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sottoparagrafu 17(3),

Billi:

(1)

Il-kundizzjonijiet ta' tkabbir fid-dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż jeħtieġu miżuri speċjali fir-rigward tal-produzzjoni tal-ħxejjex. Dawk il-miżuri jinkludu miżuri li jiswew ħafna flus għas-saħħa tal-pjanti.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/609/KE ta' l-10 ta’ Settembru 2007 dwar id-definizzjoni tal-miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità fil-programmi ta' kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż, fl-Azores u l-Madeira (2) tiddefinixxi l-miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità taħt il-programmi għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-pjanti u prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż, l-Azores u l-Madeira.

(3)

L-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew lill-Kummissjoni programm li jipprovdi għall-miżuri tas-saħħa tal-pjanti. Dak il-programm jispeċifika l-għanijiet li jridu jinkisbu, ir-riżultati mistennija, il-miżuri li jridu jitwettqu, id-dewmien tagħhom u l-ispiża tagħhom bil-għan ta' kontribuzzjoni possibbli ta' l-iffinanzjar tal-Komunità. Il-miżuri li huwa provdut għalihom f'dak il-programm jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/4140/KE ta' l-10 ta' Settembru 2007 dwar id-definizzjoni tal-miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità fil-programmi għall-kontroll ta' l-organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż, fl-Azores u fil-Madeira.

(4)

Skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (3), il-miżuri tas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Garanzija Agrikola. Għall-fini tal-kontroll finanzjarju ta’ dawk il-miżuri, l-Artikoli 9, 36 u 37 ta' dak ir- Regolament għandhom japplikaw.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil Franza għall-programm uffiċjali għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż għall-2007, kif speċifikat fil-Parti A ta' l-Anness, huwa approvat.

Għandu jkun limitat għal 60 % ta' l-ispiża totali eliġibbli, kif speċifikat fil-Parti B ta' l-Anness, b'massimu ta' EUR 224 700 (il-VAT eskluża).

Artikolu 2

1.   Avvanz ta' EUR 100 000 għandu jitħallas fi żmien 60 ġurnata wara li ssir talba ta' ħlas minn Franza.

2.   Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitħallas sakemm rapport finali ta' implimentazzjoni fuq il-programm jiġi sottomess lill-Kummissjoni f'forma elettronika sal-15 ta’ Marzu 2008 l-aktar tard.

Dan ir-rapport għandu jkun fih:

(a)

evalwazzjoni teknika konċiża tal-programm sħiħ, inkluż il-grad ta' kisba ta' l-għanijiet fiżiċi u kwalittattivi u tal-progress miksub, u evalwazzjoni ta' l-impatt immedjat fitosanitarju u ekonomiku, u

(b)

dikjarazzjoni ta' l-ispiża finanzjarja li tindika n-nefqa propja mqassma skond is-sotto-programm u l-miżura.

3.   Fir-rigward tat-tqassim indikattiv tal-baġit speċifikat fil-Parti B ta' l-Anness, Franza tista' taġġusta l-iffinanzjar bejn il-miżuri differenti fl-istess sotto-programm fi ħdan limitu ta' 15 % tal-kontribuzzjoni tal-Komunità għal dan is-sotto-programm, sakemm l-ammont totali ta' l-ispejjeż eliġibbli skedati fil-programm ma jinqabżux u b'hekk l-għan ewlieni tal-programm jintilef.

Għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar kull tibdila li ssir.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

(2)  Ara paġna 20 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).


ANNESS

Programm u tqassim indikattiv tal-baġit għall-2007

PARTI A

Programm

Il-programm għandu jikkonsisti fi tliet sotto-programmi:

(1)

sotto-programm għad-dipartiment tal-Martinique:

(a)

Il-Miżura 1.1: evalwazzjoni tas-saħħa tal-pjanti u dijagnostiċi permezz ta' l-użu tal-laboratorju reġjonali u l-mobile unit tiegħu (“labo vert”);

(b)

Il-Miżura 1.2: studju tal-bijodiversità fl-irziezet tal-frott jew tal-ħxejjex;

(2)

sotto-programm għad-dipartiment tal-Guyana:

(a)

Il-Miżura 2.1: twaqqif ta' sistema agrikola fitosanitarja ta' twissija għall-produzzjoni tar-ross;

(b)

Il-Miżura 2.2: tisħiħ tal-kapaċità dijagnostika permezz ta' l-użu tal-laboratorju reġjonali u l-mobile unit tiegħu (“labo vert”);

(3)

sotto-programm għad-dipartiment tal-Guadeloupe:

(a)

Il-Miżura 3.1: twaqqif ta' netwerk ta' stħarriġ għad-dubbien tal-frott;

(b)

Il-Miżura 3.2: stħarriġ u insegwiment tal-marda s-safra tal-ġewż ta' l-Indi;

(ċ)

Il-Miżura 3.3: immaniġġjar tar-riskju ta' l-introduzzjoni ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara mill-attività turistika;

(d)

Il-Miżura 3.4: twaqqif ta' metodu għall-bio-depollution tal-ħamrija kontaminata bil-chlordecone u l-HCH

(e)

Il-Miżura 3.5: kontroll immirat tan-nemla manioc.

PARTI B

Tqassim indikattiv tal-baġit

(f'euro), b'indikazzjoni tar-riżultati varji mistennija

Sotto-programmi

Natura tar-riżultati (S: Forniment ta' servizzi, R: riċerka jew xogħol ta' studju)

Infiq eliġibbli

Kontribuzzjoni nazzjonali

Kontribuzzjoni tal-KE

Martinique

Miżura 1.1

Djanjostika fitosanitarja fil-post (S)

75 000

 

 

Miżura 1.2

Studju dwar il-bijodiversità u awżiljarji ta' benefiċċju (R)

40 500

Sotto-total:

 

115 500

46 200

69 300

Guyane

Miżura 2.1

Sistema fitosanitarja ta' twissija mudellizzata (R)

110 000

 

 

Miżura 2.2

Djanjostika fitosanitarja fil-post (S)

25 000

Sotto-total:

 

135 000

54 000

81 000

Guadeloupe

Miżura 3.1

Twaqqif ta' netwerk ta' evalwazzjoni għad-dubbien tal-frott (R)

28 000

 

 

Miżura 3.2

Rapport ta' l-istħarriġ għal marda u komunikazzjoni lill-produtturi dwar ir-riskji fitosanitarji (S)

12 000

Miżura 3.3

Azzjonijiet tal-komunikazzjoni lill-pubbliku dwar ir-riskji ta' introduzzjoni ta' organiżmi li jagħmlu ħsara (S)

28 000

Miżura 3.4

Twaqqif ta' metodu ta' bio-depollution għall-ħamrija kontaminata (R)

15 000

Miżura 3.5

Studju dwar kontroll integrat possibbli ta' organiżmi li jagħmlu ħsara (R)

41 000

Sotto-total:

 

124 000

49 600

74 400

Total

 

374 500

149 800

224 700