14.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 241/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Settembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4301)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/608/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żutekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad-9 ta’ Awissu 2007 ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat riċenti ta’ dik il-marda f’dak l-Istat Membru. Dik id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Settembru 2007.

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tiddefinixxi ż-żoni ta’ riskju għoli u baxx fl-Istati Membri affettwati u tipprovdi għal projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ annimali suxxettibbli miż-żoni ta’ riskju għoli u baxx u fuq id-dispaċċ ta' prodotti li joriġinaw minn annimali suxxettibbli fiż-żona ta' riskju għoli. Id-Deċiżjoni tipprovdi wkoll għar-regoli applikabbli għad-dispaċċ minn dawk iż-żoni ta' prodotti sikuri li jew kienu prodotti qabel ir-restrizzjonijiet, minn materja prima li oriġinat minn barra ż-żoni ristretti jew li għaddew minn trattament li kien ippruvat effettiv f'li jinattiva l-possibilità tal-varjrus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.

(3)

Sal-15 Settembru 2007, l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2007/554/KE jillimitaw iż-żoni ta’ riskju għoli u baxx rispettivament għall-perimetri taż-żona konsolidata ta’ sorveljanza madwar iż-żewġ tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ikkonfermati fil-bidu ta’ Awissu 2007, li sat-8 ta’ Settembru kienet tinżamm skond l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (4).

(4)

Wara tifqigħa ġdida tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fit-12 ta’ Settembru 2007 fil-Gran Brittanja barra miż-żoni deskritti fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2007/554/KE, ir-Renju Unit ħa miżuri fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE u introduċa iktar miżuri fiż-żoni milquta.

(5)

Is-sitwazzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit tista' tipperikola l-merħliet fl-Istati Membri l-oħra fid-dawl tal-kummerċ f’annimali bijungulati ħajjin u tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tagħhom.

(6)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-marda fir-Renju Unit, jinħtieġ li jiġi żgurat li d-Deċiżjoni 2007/554/KE tiġi emendata qabel il-15 ta’ Settembru 2007 sabiex l-applikazzjoni tagħha tiġi estiża għallinqas sal-15 ta’ Ottubru 2007 u biex iż-żoni taħt ir-restrizzjoni jitkabbru fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoliġika.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/554/KE hija emendata kif ġej:

(1)

F'Artikolu 17, “il-15 ta' Settembru 2007” tinbidel bi “il-15 ta' Ottubru 2007”;

(2)

L-Annessi I u II jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/588/KE (ĠU L 220, 25.8.2007, p. 27).

(4)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).


ANNESS

ANNESS I

Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit:

Il-Gran Brittanja

ANNESS II

Il-Gran Brittanja