11.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 238/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Awwissu 2007

dwar l-eliġibilità tan-nefqa li se jidħlu għaliha ċerti Stati Membri fl-2007 għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-tħaddim tal-Politika Komuni tas-Sajd

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3737)

(2007/605/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistipula l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Komunità għal infiq li jirriżulta mill-programmi nazzjonali għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data.

(2)

Dawk il-programmi għandhom jitħejjew skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 tad-29 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-twettiq tal-politika komuni tas-sajd (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1639/2001 tal-25 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi l-programmi minimi u estiżi tal-Komunità għall-ġbir tad-data fis-settur tas-sajd u li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 (3),

(3)

Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja, is-Slovenja, l-Iżvezja u r-Renju Unit ressqu l-programmi nazzjonali għall-2007. Dawn l-Istati Membri ressqu wkoll applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat il-programmi ta’ l-Istati Membri u vvalutat l-eliġibbiltà ta’ l-ispejjeż.

(5)

Id-Deċiżjoni 2000/439/KE ġiet revokata (4) bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006. L-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament ta’ l-aħħar jistabbilixxi li l-miżuri finanzjarji tal-Komunità fil-qasam tal-ġbir tad-data bażika m’għandhomx jaqbżu l-50 % ta’ l-ispejjeż ta’ l-Istati Membri fit-twettiq ta’ programm kif stipulat bl-Artikolu 23(1) ta’ l-istess Regolament (861/2006). L-Artikolu 24(3b) tar-Regolament tal-Kunsill jistabbilixxi li d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jiffissaw ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament 1543/2000 huwa previst li d-Deċiżjonijiet li jkopru spejjeż li jagħmlu l-Istati Membri għall-ġbir tad-data għandhom isegwu r-rati ta’ 50 % għall-programm minimu u 35 % għall-programm estiż.

(6)

L-ewwel pagament għandu jinħareġ lill-Istati Membri kkonċernati. It-tieni pagament għandu jinħareġ, fl-2008, wara li l-Kummissjoni taċċetta rapport finanzjarju u tekniku dwar l-attivitajiet, li jkun jittratta l-qagħda ta’ kkompletar ta’ l-għanijiet li kienu ġew iffissati waqt it-tfassil tal-programmi minimi u dawk estiżi.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi għall-2007 l-ammont ta’ spejjeż eliġibbli għal kull Stat Membru u r-rati tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-twettiq tal-politika komuni tas-sajd.

Artikolu 2

In-nefqa mġarrba għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għall-finijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif stipulata fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità li ma taqbiżx 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-programm minimu kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000.

Artikolu 3

In-nefqa mġarrba għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għall-finijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif stipulata fl-Anness II, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità li ma taqbiżx 35 % tan-nefqa eliġibbli għall-programm estiż kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000.

Artikolu 4

1.   Il-Komunità għandha tħallas l-ewwel pagament ta’ 50 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità stipulata fl-Annessi I u II.

2.   It-tieni pagament għandu jitħallas fl-2008, wara li jasal u jiġi approvat ir-rapport finanzjarju u tekniku.

Artikolu 5

1.   Ir-rata tal-kambju ta’ l-Ewro użata biex jinħadmu l-ammonti eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni għandha tkun ir-rata fis-seħħ f’Mejju 2006.

2.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ l-infiq u l-applikazzjonijiet għal ħlasijiet bil-quddiem fil-munita nazzjonali li jkunu waslu mill-Istati Membri li mhumiex qed jieħdu sehem fit-tielet fażi ta’ l-għaqda monetarja u ekonomika għandhom jinqalbu f’Ewro bir-rata fis-seħħ tax-xahar li fih il-Kummissjoni tkun irċeviet dawk id-dikjarazzjonijiet u l-applikazzjonijiet.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 176, 15.7.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 222, 17.8.2001, p. 53. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1581/2004 (ĠU L 289, 10.9.2004, p. 6).

(4)  ĠU L 176, 15.7.2000, p. 42. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament 2005/703/KE (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 26).


ANNESS I

Programm minimu

(EUR)

Stat Membru

Infiq eliġibbli

Kontribuzzjoni Komunitarja Massima

IL-BELĠJU

1 039 161

519 581

ID-DANIMARKA

5 723 552

2 861 776

IL-ĠERMANJA

3 927 965

1 963 982

L-ESTONJA

516 054

258 027

L-IRLANDA

4 821 622

2 410 811

IL-GREĊJA

1 781 330

890 665

SPANJA

8 887 744

4 443 872

FRANZA

7 019 156

3 509 578

L-ITALJA

3 927 432

1 963 716

ĊIPRU

597 228

298 614

IL-LATVJA

412 174

206 087

IL-LITWANJA

141 947

70 973,5

MALTA

449 853

224 927

L-OLANDA

3 537 657

1 768 829

IL-POLONJA

662 847

331 424

IL-PORTUGALL

3 253 056

1 626 528

IS-SLOVENJA

250 225

125 113

IL-FINLANDJA

1 307 541

653 771

L-IŻVEZJA

3 082 718

1 541 359

IR-RENJU UNIT

7 757 951

3 878 975

Total

59 097 212

29 548 606


ANNESS II

Programm estiż

(EUR)

Stat Membru

Infiq eliġibbli

Kontribuzzjoni Komunitarja Massima

IL-BELĠJU

 

 

ID-DANIMARKA

 

 

IL-ĠERMANJA

626 510

219 279

L-ESTONJA

29 661

10 381

L-IRLANDA

426 553

149 294

IL-GREĊJA

231 600

81 060

SPANJA

1 276 056

446 620

FRANZA

342 409

119 843

L-ITALJA

566 008

198 103

ĊIPRU

 

 

IL-LATVJA

5 742

2 010

IL-LITWANJA

 

 

MALTA

 

 

L-OLANDA

450 538

157 688

IL-POLONJA

 

 

IL-PORTUGALL

305 456

106 910

IS-SLOVENJA

 

 

IL-FINLANDJA

154 691

54 142

L-IŻVEZJA

60 647

21 226

IR-RENJU UNIT

1 132 625

396 419

Total

5 608 495

1 962 973