22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007
dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda Newcastle fir-Renju Unit fl-2006
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3891)
(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)
(2007/568/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(3) u 4(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex tikkontribwixxi għall-qerda tal-marda ta’ Newcastle fl-iqsar żmien, il-Komunità għandha l-possibbiltà li tikkontribwixxi finanzjarjament għall-ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru, fil-kondizzjonijiet stipulati mill-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
(2) |
Il-ħlas ta’ l-appoġġ finanzjarju Komunitarju lejn il-miżuri ta’ emerġenża għall-qerda tal-marda Newcastle hu suġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2). |
(3) |
Fl-2006 seħħew tifqigħat tal-marda Newcastle fir-Renju Unit. Il-feġġ ta’ din il-marda jista’ jirrappreżenta periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. |
(4) |
Fl-11 ta’ April 2007, ir-Renju Unit ippreżenta l-aħħar stima approssimativa ta’ l-infiq li ġġarrbu minħabba l-qerda tal-marda. |
(5) |
L-awtoritajiet Brittaniċi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom stipulati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
(6) |
Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati fil-fatt twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fiż-żmien stipulat. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità
1. Ir-Renju Unit jista’ jikseb kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-ispejjeż li ġġarrbu fil-qafas tal-miżuri ta’ urġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fl-2006.
2. Il-kontribut finanzjarju għandu jkun ta' 50 % ta' l-ispejjeż imġarrba li jkunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Komunità. Dawn jitħallsu bil-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 349/2005.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).