14.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 212/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Awwissu 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3657)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/559/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini (1), u b’mod partikolari l-Anness D (I) (E) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista’, fir-rigward ta’ l-imrieħel bovini, jiġi kkunsidrat uffiċjalment bħala ħieles mil-lewkożi enzootika bovina, suġġett għall-konformità ma’ ċertu kondizzjonijiet stipolati f’dik id-Direttiva.

(2)

Il-lista tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri iddikkjarati ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina hija stipolata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-istat uffiċjali ta’ ħelsien mit-tuberkulożi, mill-bruċellożi u mil-lewkożi enzootika bovina ta’ ċertu Stati Membri fir-rigward ta’ l-imrieħel bovini (2).

(3)

Fir-rigward tal-Polonja, il-“powiat” huwa reġjun amministrattiv ewlieni li jissemma fl-Artikolu 2(2)(p) tad-Direttiva 64/432/KEE. L-Anness mhux ippubblikat X/25 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE ta’ l-1 ta’ Marzu 2005 li jistabbilixxi l-formula kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard ta’ l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (3) jelenka l-“powiaty” fi ħdan l-unità superjuri amministrattiva ta’ “voivodship”.

(4)

Il-Polonja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni fejn uriet il-konformità mal-kondizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward li ċertu “powiaty” jistgħu jiġu kkunsidrati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkoi enzootika bovina fil-Polonja.

(5)

Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Polonja, dawk il-“powiaty” fil-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina ta’ dan l-Istat Membru.

(6)

Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/399/KE (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 11).

(3)  ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/924/KE (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 48).


ANNESS

Fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, it-tieni paragrafu li jikkonċerna l-Polonja huwa mibdul b’dan li ġej:

“Fil-Polonja:

Voivodship Dolnośląskie

Powiaty:

Bolesławiecki, Jaworski, Jeleniogórski, Jelenia Góra, Kamiennogórski, Legnicki, Legnica, Lubański, Lubiński, Lwówecki, Polkowicki, Wołowski, Zgorzelecki, Złotoryjski.

Voivodship Łódzkie

Powiaty:

Brzeziński, Łaski, Łódzki, Łódź, Opoczyński, Pabianicki, Pajęczański, Piotrkowski, Piotrków Trybunalski, Poddębicki, Rawski, Skierniewicki, Skierniewice, Tomaszowski, Wieluński, Zduńskowolski.

Voivodship Małopolskie

Powiaty:

Brzeski, Bocheński, Chrzanowski, Gorlicki, Miechowski, Myślenicki, Oświęcimski, Olkuski, Tarnowski, Tarnów, Wielicki.

Voivodship Podkarpackie

Powiaty:

Bieszczadzki, Brzozowski, Jasielski, Krośnieński, Krosno, Leski, Leżajski, Łańcucki, Rzeszowski, Rzeszów, Sanocki, Strzyżowski.

Voivodship Śląskie

Powiaty:

Będziński, Bielski, Bielsko Biała, Bytom, Chorzów, Cieszyński, Częstochowski, Częstochowa, Dąbrowa, Gliwicki, Gliwice, Jastrzębie Zdrój, Jaworzno, Katowice, Kłobucki, Lubliniecki, Mikołowski, Mysłowice, Myszkowski, Piekary Śląskie, Pszczyński, Raciborski, Ruda Śląska, Rybnicki, Rybnik, Siemianowice, Sosnowiec, Świętochłowice, Tarnogórski, Tychy, Tyski, Wodzisławski, Zabrze, Zawierciański, Żory, Żywiecki.

Voivodship Świętokrzyskie

Powiaty:

Buski, Jędrzejowski, Kazimierski, Kielecki, Kielce, Konecki, Opatowski, Ostrowiecki, Pińczowski, Sandomierski, Skarżyski, Starachowicki, Staszowski, Włoszczowski.

Voivodship Wielkopolskie

Powiaty:

Jarociński, Kaliski, Kalisz, Kolski, Koniński, Konin, Krotoszyński, Słupecki, Turecki, Wrzesiński.”