|
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 200/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Lulju 2007
dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta’ l-Europol)
(2007/543/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, (minn issa ’l-quddiem imsejjaħ “l-Att ta’ l-Adeżjoni”) u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni Europol) (minn issa ’l-quddiem imsejħa l “Konvenzjoni Europol”) ġiet iffirmata fi Brussel fis-26 ta’ Lulju 1995 u daħħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 1998. |
|
(2) |
Il-Konvenzjoni ta’ l-Europol ġiet ikkumplimentata minn żewġ Protokolli ffirmati fl-24 ta’ Lulju 1996 u d-19 ta’ Ġunju 1997 li daħħlu fis-seħħ rispettivament fid-29 ta’ Diċembru 1998 u l-1 ta’ Lulju 1999 (2). |
|
(3) |
Il-Konvenzjoni ta’ l-Europol ġiet emendata minn tliet Protokolli oħra ffirmati fit-30 ta’ Novembru 2000 (3), it-28 ta’ Novembru 2002 (4) u s-27 ta’ Novembru 2003 (5). Il-Protokolli tat-30 ta’ Novembru 2000 u tat-28 ta’ Novembru 2002 daħlu fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2007 filwaqt li l-Protokoll tas-27 ta’ Novembru 2003 daħal fis-seħħ fit-18 ta’ April 2007. |
|
(4) |
L-Artikolu 3 (3) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni jistipula li l-Bulgarija u r-Rumanija jaċċettaw dawn il-konvenzjonijiet u l-protokolli konklużi bejn l-Istati Membri, elenkati fl-Anness I ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, li jinkludi, inter alia, il-Konvenzjoni ta’ l-Europol u l-Protokolli ta’ l-24 ta’ Lulju 1996, id-19 ta’ Ġunju 1997, it-30 ta’ Novembru 2000, it-28 ta’ Novembru 2002 u s-27 ta’ Novembru 2003. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Bulgarija u r-Rumanija fid-data deċiża mill-Kunsill. |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 3(4) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, il-Kunsill għandu jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni f’dawk il-konvenzjonijiet u protokolli, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Konvenzjoni ta’ l-Europol u l-Protokolli ta’ l-24 ta’ Lulju 1996, tad-19 ta’ Ġunju 1997, tat-30 ta’ Novembru 2000, tat-28 ta’ Novembru 2002 u tas-27 ta’ Novembru 2003 għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Bulgarija u r-Rumanija fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.
Artikolu 2
It-testi tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol u l-Protokolli ta’ l-24 ta’ Lulju 1996, id-19 ta’ Ġunju 1997, it-30 ta’ Novembru 2000, it-28 ta’ Novembru 2002 u s-27 ta’ Novembru 2003, imfassla fil-lingwa Bulgara u l-lingwa Rumena u annessi ma’ din id-Deċiżjoni, għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol u l-Protokolli msemmija.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) Opinjoni tal-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Il-Protokoll ta’ l-24 ta’ Lulju 1996 fuq bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fuq l-interpretazzjoni, permezz ta’ deċiżjonijiet preliminari, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU C 299, 9.10.1996, p. 2); il-Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997 imfassal fuq bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 41 (3) tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Europol, il-membri ta’ l-organi tiegħu, id-Deputati Diretturi u l-impjegati tal-Europol, (ĠU C 221, 19.7.1997, p. 2)
(3) ĠU C 358, 13.12.2000, p. 2.
ANNESS
It-test tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol u tal-Protokolli ta’ l-24 ta’ Lulju 1996, id-19 ta’ Ġunju 1997, it-30 ta’ Novembru 2000, it-28 ta’ Novembru 2002 u s-27 ta’ Novembru 2003 fil-lingwa Bulgara u Rumena.