1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 200/46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Lulju 2007

li taħtar erba’ membri Ċiprijotti u erba’ membri supplenti Ċiprijotti fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/542/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċiprijott,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

(2)

Saru vakanti erba’ postijiet ta’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur ZAMPELAS, is-Sur SARIKAS, is-Sur IACOVOU u s-Sur ELENODOROU. Saru vakanti erba’ postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura PERICLEOUS, is-Sur VIOLARIS, is-Sur MICHAEL u s-Sur KALLIS,

IDDECIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

is-Sur Savvas ILIOFOTOU, is-Sindku ta’ Strovolos, li jissostitwixxi lis-Sur Michael ZAMPELAS;

is-Sinjura Eleni LOUCAIDOU, Kunsillier Muniċipali ta’ Nikosija, li tissostitwixxi lis-Sur Fidias SARIKAS;

is-Sur SAVVAS, is-President tal-Kunsill Muniċipali ta’ Alassa, li jissostitwixxi lis-Sur George IACOVOU;

is-Sur Michalis EVTHYMIOU, is-President tal-Kunsill Muniċipali ta’ Koili, li jissostitwixxi lis-Sur Spyros ELENODOROU;

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Andreas MOISEOS, is-Sindku ta’ Larnaca, li jissostitwixxi lis-Sinjura Barbara PERICLEOUS;

is-Sur Costas HADJIKAKOU, Kunsillier Muniċipali ta’ Famagusta, li jissostitwixxi lis-Sur Christakis VIOLARIS;

is-Sur Ioannis LAZARIDES, is-President tal-Kunsill Muniċipali ta’ Psimolofou, li jissostitwixxi lis-Sur Dimitris MICHAEL;

is-Sur Aris CONSTANTINOU, is-President tal-Kunsill Muniċipali ta’ Astromeritis, li jissostitwixxi lis-Sur Nikos KALLIS.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill,

Il-President

J. SILVA


(1)   ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.