|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/49 |
DEĊIŻJONI TAL-BORD TA’ TMEXXIJA TA’ L-EUROPOL
tat-18 ta’ Lulju 2007
bi ftehim dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-Europol għall-varjazzjoni fl-ammonti msemmija fl-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 dwar it-taxxi applikabbli għal salarji u bonus imħallsa lill-membri tal-personal ta’ l-Europol għall-benefiċċju ta’ l-Europol
(2007/538/KE)
IL-BORD ta’ TMEXXIJA ta’ L-EUROPOL,
Wara li kkunsidra l-Protokoll imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 41 (3) tal-Konvenzjoni Europol, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Europol, tal-membri ta’ l-organi tiegħu, tal-viċi diretturi u ta’ l-impjegati ta’ l-Europol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 ta’ dan;
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Ġunju l-Kunsill iddeċieda li jvarja s-salarji u bonusijiet għall-uffiċjali ta’ l-Europol b’ 1.5 % b’ effett retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2006. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Lulju 2007 il-Bord ta’ Tmexxija ddeċieda li jeffettwa zieda fl-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tas-16 ta’ Novembru 1999 (2) bl-istess perċentwal u mill-istess data kif deċiż fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju msemmija f' punt numru 1. |
|
(3) |
Skond l-istess deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tat-18 ta’ Lulju 2007, iċ-ċifri hekk stabbiliti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006:
|
1. |
Iċ-ċifra msemmija fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandha tiġi sostitwita b’ EUR 113.68. |
|
2. |
Iċ-ċifri f’unitajiet Ewro tat-tabella inkluża fl-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandhom jiġu sostitwiti bis-segwenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ ġurnata wara l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fl-Aja, 18 ta’ Lulju 2007.
Jaime FERNANDES
President tal-Bord ta’ Tmexxija