28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ DARFUR/6/2007
tat-18 ta’ Lulju 2007
li taħtar Konsulent Militari għar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-Sudan
(2007/537/CFSP)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjonijiet ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan u fis-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
(1) |
Fid-19 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/238/PESK (2) li taħtar lil Torben BRYLLE bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Sudan. |
(2) |
Ir-RSUE għas-Sudan jiżgura fost oħrajn il-koordinazzjoni u l-koerenza tal-kontributi ta’ l-Unjoni għall-missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan (AMIS). Skond l-Artikolu 5(2) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK, Ċellula ta’ Koordinazzjoni ta’ l-UE f’Addis Ababa taħt l-awtorità tar-RSUE, li tikkonsisti minn konsulent politiku, konsulent militari u konsulent tal-pulizija, tamministra l-koordinazzjoni ta’ kuljum ma’ l-atturi rilevanti kollha ta’ l-UE u maċ-Ċentru ta’ Kontroll Amministrattiv u ta’ Maniġġjar fil-katina ta’ kmand ta’ l-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-appoġġ f’waqtu ta’ l-UE lill-AMIS. |
(3) |
Permezz ta’ l-Artikolu 4 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà sabiex jaħtar il-konsulent militari għar-RSUE fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) abbażi ta’ rakkomandazzjoni mir-RSUE. |
(4) |
Is-SĠ/RGħ, wara r-rakkomandazzjoni tar-RSUE, ippropona li l-Kurunell Michel BILLARD jinħatar bħala l-Konsulent Militari l-ġdid għar-RSUE. |
(5) |
Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kurunell Michel BILLARD huwa b’dan maħtur Konsulent Militari għar-RSUE għas-Sudan.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fl-24 ta’ Lulju 2007.
Magħmul fi Brussel, 18 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. DURRANT PAIS
(1) ĠU L 188, 20.7.2005, p. 46. Azzjoni Konġunta kif emendata mill-Azzjoni Konġunta 2007/245/PESK (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 65).
(2) ĠU L 103, 20.4.2007, p. 52.