|
7.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta' lulju 2007
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea għall-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2006 u l-31 ta' Mejju 2010
(2007/532/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 300(2) flimkien ma' l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Komunità u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe nnegozjaw u inizjalaw Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd li jagħti lis-sajjieda tal-Komunità opportunitajiet ta' sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika ta' São Tomé u Príncipe. |
|
(2) |
Huwa meħtieġ li tiġi assigurata t-tkomplija ta' l-attivitajiet tas-sajd bejn id-data li fiha jiskadi l-Protokoll preċedenti li jistipula l-opportunitajiet ta' sajd lil hinn mix-xtut ta' São Tomé u Príncipe u d-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Protokoll il-ġdid, li jistipula l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fl-imsemmi Ftehim ta' Sħubija. |
|
(3) |
Għal dan il-għan il-Komunità u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe inizjalaw ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll il-ġdid. |
|
(4) |
Huwa fl-interess tal-Komunità li jiġi approvat l-imsemmi l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri. |
|
(5) |
Huwa meħtieġ li jiġi definit il-metodu għat-tqassim ta' l-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea għall-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2006 u l-31 ta' Mejju 2010 huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Protokoll għandu japplika provviżorjament mill-1 ta' Ġunju 2006.
Artikolu 3
L-opportunitajiet ta' sajd stipulati mill-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija huma mqassma bejn l-Istati Membri kif ġej:
|
Kategorija ta' sajd |
Tip ta' bastiment |
Stat Membru |
Liċenzji jew kwota |
|
Sajd għat-tonn |
Bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun |
Spanja |
13 |
|
Franza |
12 |
||
|
Sajd għat-tonn |
Bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ |
Spanja |
13 |
|
Il-Portugall |
5 |
Jekk it-talbiet għal liċenzji ta' dawn l-Istati Membri ma jeżawrixxux l-opportunitajiet ta' sajd stipulati mill-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra talbiet għal liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha.
Artikolu 4
L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu taħt il-qafas ta' dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet, minn kull stokk, maqbuda fiż-żoni tas-sajd ta' São Tomé, skond it-termini previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta' l-14 ta' Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f'ibħra ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa (1).
Artikolu 5
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa sabiex jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri sabiex tintrabat il-Komunità.
Magħmul fi Brussell, 23 ta' lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
FTEHIM
fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe; u l-Komunità Ewropea għall-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2006 sal-31 ta' Mejju 2010
A. Ittra tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe
Sinjur,
B'referenza għall-Protokoll inizjalat il-Ħamis 25 ta' Mejju 2006, li jistipula l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2006 sal-31 ta' Mejju 2010, għandi l-unur ninfurmak li r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe hija lesta li tapplika dan il-Protokoll provviżorjament, mill-1 ta' Ġunju 2006 sad-dħul tiegħu fis-seħħ skond l-Artikolu 12 tiegħu, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta li tagħmel l-istess.
Huwa mifhum li f'dan il-każ il-ħlas ta' l-ewwel parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja, speċifikata fl-Artikolu 2 tal-Protokoll, għandu jsir sal-15 ta' Mejju 2007.
Inkunlek grat jekk tikkonferma l-qbil tal-Komunità Ewropea ma' tali applikazzjoni provviżorja.
Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.
Għall-Gvern ta' São Tomé u Príncipe
B. Ittra tal-Komunità
Sinjur,
Għandi l-pjaċir ninfurmak li rċevejt l-ittra tiegħek ta' llum li tgħid hekk:
“B'referenza għall-Protokoll inizjalat il-Ħamis 25 ta' Mejju 2006, li jistipula l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2006 sal-31 ta' Mejju 2010, għandi l-unur ninfurmak li r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe hija lesta li tapplika dan il-Protokoll provviżorjament, mill-1 ta' Ġunju 2006 sad-dħul tiegħu fis-seħħ skond l-Artikolu 12 tiegħu, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta li tagħmel l-istess.
Huwa mifhum li f'dan il-każ il-ħlas ta' l-ewwel parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja, speċifikata fl-Artikolu 2 tal-Protokoll, għandu jsir sal-15 ta' Mejju 2007.”
Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Komunità Ewropea ma' tali applikazzjoni provviżorja.
Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.
F'isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea