18.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Lulju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/140/KE fir-rigward ta’ kontribut finanzjarju mill-Komunità għas-sena 2007 marbut ma’ l-istħarriġ fuq il-ġeni PrP reżistenti għat-TSE fil-mogħoż f’Ċipru

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3369)

(It-test Grieg biss huwa awtentiku)

(2007/507/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Il-qerda ta’ l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) fir-ruminanti żgħar, inkluża l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) li titqies bħala l-kawża tal-varjant fatali fil-bniedem magħruf bħala l-marda ta’ Creutzfeld Jacob, hija ta’ importanza ewlenija għall-protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali u tal-konsumaturi.

(2)

Fl-2005, Ċipru ressqet stħarriġ bi-annwali dwar il-ġenotipi reżistenti għat-TSEs fil-mogħoż, bil-ħsieb li tikseb appoġġ finanzjarju mill-Komunità. L-għanijiet ta’ dak l-istħarriġ huma li jkompli jinvestiga l-ġene PrP tal-mogħoż f’dak l-Istat Membru sabiex jikkonferma r-riżultati ta’ studji preliminari preċedenti fejn kienu nstabu polimorfiżmi PrP speċifiċi li indikaw reżistenza għat-TSEs u sabiex jeżamina d-data ħalli jippermetti li tkun determinata l-prevalenza bażilineari tal-ġeni PrP reżistenti għat-TSEs fil-mogħoż. Ċipru għandu prevalenza għolja ħafna ta’ TSEs fil-mogħoż u għaldaqstant huwa l-aktar Stat Membru adatt sabiex iwettaq dan il-proġett sperimentali. L-istħarriġ beda fl-1 ta’ Jannar 2006.

(3)

Skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (2) tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, il-programmi ta’ l-eradikazzjoni u tal-kontroll tal-mard ta’ l-annimali (miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija. Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/140/KE tal-15 ta’ Frar 2006 dwar kontribut finanzjarju speċifiku mill-Komunità marbut ma’ l-istħarriġ dwar ġeni PrP reżistenti għat-TSE fil-mogħoż imressaq minn Ċipru għas-sena 2006 (3), tat kontribut finanzjarju mill-Komunità għas-sena 2006 għall-istudju tar-reżistenza ġenetika għat-TSE fil-mogħoż f’dak l-Istat Membru.

(5)

Għal raġunijiet baġitarji, l-assistenza Komunitarja tiġi deċiża kull sena. Jixraq li jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità għal dak l-istħarriġ biex ikopri s-sena 2007. Id-Deċiżjoni 2006/140/KE għandha għalhekk tiġi emendata biex tkopri lil dik is-sena.

(6)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/140/KE jelenka l-assistenza finanzjarja li tagħti l-Komunità u wkoll il-mezzi għar-rappurtar tekniku u finanzjarju. Dak l-anness għandu jiġi emendat biex iqis l-assistenza finanzjarja għas-sena 2007 kif ukoll it-tibdiliet fir-rappurtar għal dik is-sena.

(7)

Għal raġunijijiet ta’ effiċjenza amministrattiva, in-nefqa kollha ppreżentata għal kontribut finanzjarju mill-Komunità għandha tiġi espressa f’euro. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, ir-rata ta’ konverżjoni għan-nefqa f’valuta oħra li mhix l-euro għandha tkun l-aktar rata riċenti li tkun ġiet stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni tkun tressqet minn Ċipru.

(8)

Id-Deċiżjoni 2006/140/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/140/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Il-programm ta’ stħarriġ għall-ġeni PrP reżistenti għat-TSE fil-mogħoż ippreżentat minn Ċipru huwa hawnhekk approvat għal perjodu ta’ 24 xahar li jibda mill-1 ta’ Jannar 2006.

2.   L-assistenza finanzjarja min-naħa tal-Komunità għall-programm li jirreferi għalih il-paragrafu 1 tkopri l-ispejjeż (minbarra l-VAT) imġarrba minn Ċipru għat-testijiet fil-laboratorju sa 100 % b’mod konformi mal-Kapitolu 1 ta’ l-Anness għas-sena 2006 u l-Kapitolu 3 għas-sena 2007. L-assistenza totali għandha tkun ammont massimu ta’ EUR 47 500 għas-sena 2006 u EUR 103 000 għas-sena 2007.”

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (b) u (c) jinbidlu b’dan li ġej:

“(b)

li jressaq evalwazzjoni finanzjarja u teknika intermedjarja annwali li tkopri l-ewwel tmien xhur ta’ kull sena ta’ l-istħarriġ, mhux aktar tard minn xahrejn wara tmiem dak il-perjodu; ir-rapport għandu jkun konformi mal-mudell kif stipulat fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness għas-sena 2006 u fil-Kapitolu 4 tiegħu għas-sena 2007, flimkien ma’ evidenza li tiġġustifika l-ispejjeż imġarrba.

(c)

li jressaq rapport annwali finali għal kull sena ta’ l-istħarriġ sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2007 għas-sena 2006 u mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2008 għas-sena 2007, dwar l-eżekuzzjoni u r-riżultati kumplessivi ta’ l-istħarriġ għall-perjodu kollu li matulu tkun ingħatat l-assistenza finanzjarja Komunitarja; ir-rapport għandu jkun fih evalwazzjoni teknika u finanzjarja li tkopri s-snin 2006 u 2007, skond il-mudell kif stipulat fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness għas-sena 2006 u l-Kapitolu 4 tiegħu għas-sena 2007, flimkien ma’ evidenza li tiġġustifika l-ispejjeż imġarrba.”

(b)

Il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Meta l-limitu ta’ żmien ipprovdut fil-paragrafu 1c) ma jkunx rispettat, il-kontribut finanzjarju għandu jitnaqqas b’25 % fl-1 ta’ Mejju, 50 % fl-1 ta’ Ġunju, 75 % fl-1 ta’ Lulju u 100 % fl-1 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena ta’ stħarriġ ikkonċernata.”

(3)

L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

In-nefqa ppreżentata minn Ċipru għal kontribut finanzjarju mill-Komunità għandha tiġi espressa f’euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

Ir-rata ta’ konverżjoni għan-nefqa għandha tkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tkun tressqet l-applikazzjoni minn Ċipru.”

(4)

L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 54, 24.2.2006, p. 44.


ANNESS

Il-Kapitoli 3 u 4 li ġejjin jiżdiedu ma’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/140/KE:

“KAPITOLU 3

Assistenza finanzjarja Komunitarja

Spejjeż

Numru ta’ unitajiet

Spiża unitarja

f’euro

Spiża totali

f’euro

Assistenza Komunitarja

Il-ġenotipizzazzjoni PrP

Analiżi ta’ l-SNP/sekwenzar tad-DNA

11 000  analiżi

8 EUR

88 000 EUR

Spejjeż ta’ massimu ta’ 88 000 analiżi għall-massimu ta’ 8 EUR kull analiżi

Ittestjar rapidu: kitts u oġġetti konsumabbli tat-testijiet

1 500 test

10 EUR

15 000 EUR

Spejjeż ta’ massimu ta’ 1 500 test għall-massimu ta’ 10 EUR kull test

 

Total

Massimu ta’ 103 000  EUR

KAPITOLU 4

Rappurtar tekniku u finanzjarju

Sezzjoni A:   Rapport tekniku

Perjodu tar-rappurtar minn … sa …

Determinazzjoni tal-ġenotip PrP permezz ta’ l-analiżi ta’ l-SNP/is-sekwenzar tad-DNA


 

Nru ta’ kampjuni ta’ aċidu aminu fil-codon 146

Aċidu aspartiku

Serina

Oħrajn

Stħarriġ tar-razza: Damascus

 

 

 

 

Stħarriġ tar-razza: Saanen

 

 

 

 

Stħarriġ tar-razza: Macheras Lokali

 

 

 

 

Stħarriġ tar-razza: Lokali

 

 

 

 

Stħarriġ tar-razza: French Alpine

 

 

 

 

Merħliet ħielsa mill-iscrapie (unitajiet nuklei)

 

 

 

 

Istoloġikament TSE + suspetti, test rapidu +

 

 

 

 


Sezzjoni B:   Dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż imġarrba għall-kontroll (1)

Perjodu tar-rappurtar minn … sa …

In-numru tar-referenza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi għal assistenza finanzjarja: …


Spejjeż imġarrba konnessa ma’

Numru ta’ unitajiet

Spejjeż imġarrba matul il-perjodu tar-rappurtar

(fil-munita nazzjonali)

Ġenotipizzazzjoni PrP permezz ta’ l-analiżi ta’ l-SNP/is-sekwenzar tad-DNA. Numru ta’ testijiet:

 

 

Ittestjar rapidu. Numru ta’ testijiet

 

 


(1)  Meta jiġi ppreżentat ir-rapport finali li jirreferi għalih l-Artikolu 2 (c), għal kull oġġett għandha tiġi pprovduta lista ta’ l-infiq kollu flimkien ma’ kopja tad-dokumenti ta’ verifika.”