7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 179/52


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ġunju 2007

dwar id-deklassifika ta’ ċerti partijiet mill-Manwal SIRENE adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985

(2007/473/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(3) tiegħu,

Billi,

(1)

Bid-Deċiżjoni 2003/19/KE ta’ l-14 ta’ Ottubru 2002 dwar id-deklassifika ta’ ċerti partijiet mill-Manwal SIRENE adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 (1) il-Kunsill iddeklassifika ċerti partijiet tal-Manwal SIRENE, u ddegrada t-Taqsima 2.3 tal-Manwal SIRENE kif ukoll l-Annessi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 għal ‘Restreint UE’.

(2)

L-aħħar verżjoni tal-Manwal SIRENE, hekk kif jinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/757/KE (2) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/758/KE (3) dwar l-emendar tal-Manwal SIRENE ma fihiex dispożizzjoni ekwivalenti għat-Taqsima 2.3 hekk kif kienet meta saret l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2003/19/KE.

(3)

Il-Kunsill issa jqis li hu adegwat li jiġu deklassifikati partijiet oħrajn mill-Manwal SIRENE.

(4)

Il-klassifikazzjoni ta’ l-Annessi 1, 3, 4 u 6 għandha tibqa’ “Restreint UE”,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi 2 u 5 tal-Manwal SIRENE għandhom ikunu deklassifikati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SCHAVAN


(1)   ĠU L 8, 14.1.2003, p. 34.

(2)   ĠU L 317, 16.11.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 317, 16.11.2006, p. 41.