DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Ġunju 2007
li tinnomina sitt membri Svediżi u disa’ membri supplenti Svediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2007/466/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Svediż,
Billi:
|
(1)
|
Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.
|
|
(2)
|
Sitt postijiet ta’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara r-riżenja tas-Sur HAMMAR, is-Sur HEISTER, is-Sur KALIFF, is-Sur NORDSTRÖM, is-Sinjura RYDEFJÄRD u s-Sinjura TARRAS-WAHLBERG. Seba’ postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara r-riżenja tas-Sinjura CELION, is-Sinjura GRANBERG, is-Sinjura NORGREN, is-Sur SCHUBERT, is-Sinjura SEGERSTEN-LARSSON, is-Sinjura TALLBERG, is-Sinjura ÖGREN. Post ta’ membru supplenti sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur PERSSON. Post ta’ membru supplenti sar vakanti wara l-ħatra tas-Sinjura RYDEFJÄRD, li qabel kienet membru supplenti, bħala membru (li sadanittant irriżenjat).
|
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: