5.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 175/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Lulju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2005/942/KE li tawtorizza l-Istati Membri biex jieħdu deċiżjonijiet skond id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE dwar assigurazzjonijiet li jagħmlu fir-rigward ta’ materjal riproduttiv tal-foresti prodott f'pajjiżi terzi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3173)

(2007/463/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (1), u partikolarment l-Artikolu 19(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/942/KE (2) tawtorizza lill-Istati Membri biex jieħdu deċiżjonijiet skond id-Direttiva 1999/105/KE dwar assigurazzjonijiet li jagħmlu fir-rigward ta’ materjal riproduttiv tal-foresti prodott f'pajjiżi terzi.

(2)

L-ambitu tar-reġim attwali għandu jiġi estiż safejn jingħataw l-assigurazzjonijiet meħtieġa.

(3)

Jixraq li n-New Zealand tiġi miżjuda bħala pajjiż terz fir-rigward tal-materjal riproduttiv tal-foresti tal-Kategorija “Sors identifikat” ta’ l-ispeċi Pinus radiata u li tiżdied l-ispeċi fil-każ ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerka. Id-Deċiżjoni 2005/942/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/942/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2007

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.

(2)  ĠU L 342, 24.12.2005, p. 92. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/942/KE huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

Dan li ġej jiddaħħal fit-tabella bejn l-entrati għall-Kroazja u n-Norveġja:

“Pajjiż ta' l-oriġini

Speċi

Kategorija

Tip ta' materjal bażiku

New Zealand

Pinus radiata D. Don

SI

SS, St”

(2)

L-entrata fit-tabella għall-Istati Uniti ta’ l-Amerka tinbidel b’dan li ġej:

“Pajjiż ta' l-oriġini

Speċi

Kategorija

Tip ta' materjal bażiku

L-Istati Uniti ta’ l-Amerka (Washington, Oregon, California)

Abies grandis Lindl.

SI, Q, T

SS, St, SO, PF

Picea sitchensis Carr.

SI

SS, St

Pinus contorta Loud

SI

SS, St

Pinus radiata D. Don

SI

SS, St

Pseudotsuga menziesii Franco

SI, Q, T

SS, St, SO, PF”