29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/75


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/449/PESK

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar aktar miżuri ta' appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi,

(1)

Taħt it-termini tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK, il-Kunsill adotta miżuri sabiex jiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness għaliha, li jinsabu taħt att ta' akkuża mill-ICTY.

(2)

Wara t-trasferiment tas-Sur Zdravko TOLIMIR u s-Sur Vlastimir DJORDJEVIC għall-kustodja ta' l-ICTY fl-1 ta' Ġunju 2007, ismu għandu jitneħħa mil-lista.

(3)

Barra minn hekk, għandhom jiġu pprovduti raġunijiet rigward l-individwi li jibqgħu fuq il-lista.

(4)

Għalhekk jeħtieġ li l-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tiġi addattata kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/484/PESK (ĠU L 189, 12.7.2006, p. 25) u estiża mill-Pożizzjoni Komuni 2006/671/PESK (ĠU L 275/66, 6.10.2006, p. 66).


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Individwu

Raġuni

1.

Isem: HADZIC Goran (raġel)

Data tat-twelid: 7.9.1958

Post tat-twelid: Vinkovci, Kroazja

Ċittadin tas-Serbja

akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Akkuża: 4 ta' Ġunju 2004

Każ nru.: IT-04-75

2.

Isem: KARADZIC Radovan (raġel)

Data tat-twelid: 19.6.1945

Post tat-twelid: Petnjica, il-muniċipalità ta' Savnik, Montenegro

Ċittadin tal-Bożnja u Ħerzegovina

akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Akkuża inizjali: 25 ta' Lulju 1995; it-tieni akkuża: 16 ta' Novembru 1995; akkuża emendata: 31 ta' Mejju 2000

Każ nru.: IT-95-5/18

3.

Isem: MLADIC Ratko (raġel)

Data tat-twelid: 12.3.1948

Post tat-twelid: Bozanovici, muniċipalità ta' Kalinovik, Bożnja u Ħerzegovina

Ċittadin tal-Bożnja u Ħerzegovina

akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Akkuża inizjali: 25 ta' Lulju 1995; it-tieni akkuża: 16 ta' Novembru 1995; akkuża emendata: 8 ta' Novembru 2002

Każ nru.: IT-95-5/18

4.

Isem: ZUPLJANIN Stojan (raġel)

Data tat-twelid: 22.9.1951

Post tat-twelid: Kotor Varos, Bożnja u Ħerzegovina

Ċittadin tal-Bożnja u Ħerzegovina

akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Akkuża inizjali: 17 ta' Diċembru 1999; it-tieni akkuża emendata: 6 ta' Ottubru 2004

Każ nru.: IT-99-36-I