|
29.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 169/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Ġunju 2007
li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE
(2007/445/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/379/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), u li tistabbilixxi l-lista aġġornata ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/1008/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (3) u li żżid ċerti persuni, gruppi u entitajiet oħrajn mal-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kunsill ipprovda lil kull persuna, kull grupp u kull entità li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b’dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet fejn fisser ir-raġunijiet għaliex huma ġew elenkati fid-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u d-Deċiżjoni 2006/1008/KE. |
|
(4) |
B’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-25 ta’ April 2007 (4), il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fid-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE li hu bi ħsiebu jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati li kienet possibbli li tintalab id-dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fuq il-lista (fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom). |
|
(5) |
Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament. F’dan ir-rigward, huwa ħa kont ta’ osservazzjonijiet u dokumenti ppreżentati lill-Kunsill minn ċerti persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati. |
|
(6) |
Wara din ir-reviżjoni, il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni kienu involuti f’atti terroristiċi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu (5), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001. |
|
(7) |
Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan.
Artikolu 2
Id-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE huma b’dan revokati.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Hija għandha jkollha effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GABRIEL
(1) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1.)
(2) ĠU L 144, 31.5.2006, p. 21.
ANNESS
Lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
1. PERSUNI
|
1. |
ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
2. |
ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
3. |
AKHNIKH, Ismail (magħruf ukoll bħala SUHAIB; magħruf ukoll bħala SOHAIB), imwieled fit-22.10.1982 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NB0322935 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
|
4. |
AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
|
5. |
AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
|
6. |
AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
|
7. |
AOURAGHE, Zine Labidine (magħruf ukoll bħala Halifi Laarbi MOHAMED; magħruf ukoll bħala Abed; magħruf ukoll bħala Abid; magħruf ukoll bħala Abu ISMAIL), imwieled fit-18.7.1978 f’Nador (il-Marokk), Nru tal-passaport (Spanja) ESPP278036 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
|
8. |
ARIOUA, Azzedine imwieled fl-20.11.1960 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
9. |
ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
10. |
ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
11. |
ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
12. |
ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu |
|
13. |
BOUGHABA, Mohamed Fahmi (magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BOURABA; magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BURADA; magħruf ukoll bħala Abu MOSAB), imwieled fis-6.12.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
|
14. |
BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
|
15. |
DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
16. |
DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
17. |
EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
|
18. |
EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il-11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija |
|
19. |
EL MORABIT, Mohamed, imwieled fl-24.1.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) Nru tal-passaport (il-Marokk) K789742 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
|
20. |
ETTOUMI, Youssef (magħruf ukoll bħala Youssef TOUMI), imwieled fl-20.10.1977 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-Karta ta’ l-Identita (l-Olanda) LNB4576246 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
|
21. |
FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
22. |
HAMDI, Ahmed (magħruf ukoll bħala Abu IBRAHIM), imwieled fil-5.9.1978 f’Beni Said (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) K728658 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
|
23. |
IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu |
|
24. |
LASSASSI, Saber (magħruf ukoll bħala Mimiche) imwieled fit-30.11.1970 f’Konstantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
25. |
MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555 |
|
26. |
MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
27. |
MUGHNIYAH, Imad Fa'iz (magħruf ukoll bħala MUGHNIYAH, Imad Fayiz), Uffiċjal Anzjan tas-Servizzi Sigrieti tal-HEZBOLLAH, imwieled fis-7.12.1962 f’Tayr Dibba, (il-Libanu), passaport Nru 432298 (il-Libanu) |
|
28. |
NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
29. |
RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
30. |
SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
31. |
SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
32. |
SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
33. |
SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini inkluż l-NPA) imwieled fit-8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini |
|
34. |
TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra) |
|
35. |
WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
2. GRUPPI U ENTITAJIIET
|
1. |
L-Organizzazzjoni Abu Nidal (ANO), (magħrufa ukoll bħala l-Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah, il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab, Settembru l-Iswed, u l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti) |
|
2. |
Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa |
|
3. |
Al-Aqsa e.V. |
|
4. |
Al-Takfir u al-Hijra |
|
5. |
Aum Shinrikyo (magħruf ukoll bħala AUM, magħruf ukoll bħala Aum Verita Suprema, magħruf ukoll bħala Aleph) |
|
6. |
Babbar Khalsa |
|
7. |
Il-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-Armata l-Ġdida tal-Poplu (NPA), il-Filippini, marbuta ma’ Sison Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-NPA) |
|
8. |
Gama'a al-Islamiyya (Grupp Islamiku), (magħruf ukoll bħala Al-Gama'a al-Islamiyya, IG) |
|
9. |
Il-Front Kbir Islamiku tal-Ġellieda tal-Lvant (IBDA-C) |
|
10. |
Hamas (inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem) |
|
11. |
Hizbul Mujahideen (HM) |
|
12. |
Hofstadgroep |
|
13. |
Il-Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp |
|
14. |
Il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh (ISYF) |
|
15. |
Kahane Chai (Kach) |
|
16. |
Il-Forza Khalisan Zindabad (KZF) |
|
17. |
Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), (magħruf ukoll bħala KADEK; magħruf ukoll bħala KONGRA-GEL) |
|
18. |
Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam (LTTE) |
|
19. |
L-Organizzazzjoni Mujahedin-e Khalq (MEK jew MKO) [minbarra l-“Kunsill Nazzjonali tar-Reżistenza ta’ l-Iran” (NCRI)] (magħrufa bħala L-Armata Nazzjonali ta’ Liberazzjoni ta’ l-Iran (NLA, il-fergħa militanti tal-MEK), il-Mujahedin tal-Poplu ta’ l-Iran (PMOI), is-Socjetà ta’ l-Istudenti Iranjani Musulmani) |
|
20. |
L-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali (Ejército de Liberación Nacional) |
|
21. |
Il-Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLF) |
|
22. |
Il-Jihad Islamika Palestinjana (PIJ) |
|
23. |
Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PFLP) |
|
24. |
Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali, (magħruf ukoll bħala PFLP – Kmand Ġenerali) |
|
25. |
Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja (FARC) |
|
26. |
L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol) |
|
27. |
It-Triq li Tiddi (SL) (Sendero Luminoso) |
|
28. |
Stichting Al Aqsa (magħruf ukoll bħala Stichting Al Aqsa Nederland, magħruf ukoll bħala Al Aqsa Nederland) |
|
29. |
TAK – Teyrbazen Azadiya Kurdistan, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks” |
|
30. |
Il-Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja (AUC) (Autodefensas Unidas de Colombia) |