19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ l-embrijuni fl-Arġentina, l-Awstralja u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2498)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/422/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (1) u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta’ timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u timijiet ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni tal-bovini lill-Komunità (2) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni biss minn pajjiżi terzi fejn inġabru, ġew ipproċessati u nħażnu minn timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u timijiet ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni elenkati f’dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Arġentina u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika talbu li jsiru emendi għall-entrati ta’ dawk il-pajjiżi f’dawk il-listi fir-rigward ta’ ċerti timijiet ta’ ġbir u ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni.

(3)

L-Arġentina u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika pprovdew garanziji fir-rigward ta’ konformità mar-regoli adattati stipulati fid-Direttiva 89/556/KEE u t-timijiet ikkonċernati ta’ ġbir u ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni ġew uffiċjalment approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta’ dawk il-pajjiżi.

(4)

L-Awstralja talbet li ċerti entrati għal dak il-pajjiż fil-listi għandhom jitħassru.

(5)

Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

(2)   ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/237/KE (ĠU L 103, 20.4.2007, p. 49).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -18.

(2)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -22.

(3)

jitħassru r-ringieli għat-timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -24 u LE/UT/BE -25.

(4)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -28.

(5)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Arġentina:

“AR

 

LE/UT/BE-31

 

CENTRO BIOTECNOLÓGICO SANTA RITA

Saladillo — Buenos Aires

Dr. Carlos Hansen

AR

 

LE/UT/BE-42

 

CENTRO ESTACIÓN ZOOTÉCNICA SANTA JULIA

Córdoba

Dr. Leonel Alisio

AR

 

LE/UT/BE-43

 

CENTRO GENÉTICO BOVINO EOLIA

Marcos Paz — Buenos Aires

Dr. Guillermo Brogliatti

AR

 

LE/UT/BE-44

 

CENTRO GENÉTICO DEL LITORAL

Margarita Belén — Chaco

Dr. Gustavo Balbin

AR

 

LE/UT/BE-45

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA SAN JOAQUIN

Carmen de Areco — Buenos Aires

Dr. Mariano Medina

AR

 

LE/UT/BE-46

 

CENTRO DE INSEMINACIÓN ARTIFICIAL LA LILIA

Colonia Aldao — Santa Fe

Dr. Fabian Barberis

AR

 

LE/UT/BE-51

 

Dres. J. INDA Y J. TEGLI

Union — San Luis

Dr. J. Inda

Dr. J. Tegli

AR

 

LE/UT/BE-52

 

IRAC — BIOGEN

Córdoba

Dr. Gabriel Bo

Dr. H. Tribulo

AR

 

LE/UT/BE-53

 

UNIDAD MOVIL DE TRANSFERENCIAS DE EMBRIONES CABA

Carhue — Buenos Aires

Dr. Juan Martin Narbaitz

AR

 

LE/UT/BE-54

 

CENTRO DE TRANSFERENCIAS EMBRIONARIAS CABAÑA LA CAPILLITA

Corrientes

Dr. Agustin Arreseigor

AR

 

LE/UT/BE-56

 

CENTRO DE TRANSFERENCIAS EMBRIONARIAS EL QUEBRACHO

Reconquista — Santa Fe

Dr. Mauro E. Venturini

AR

 

LE/UT/BE-57

 

CENTRO DE TRANSFERENCIAS EMBRIONARIAS MARIO ANDRES NIGRO

La Plata — Buenos Aires

Dr. Mario Andres Nigro

AR

 

LE/UT/BE-58

 

CENTRO DE TRANSFERENCIAS EMBRIONARIAS GENETICA CHIVILCOY

Chivilcoy — Buenos Aires

Dr. Ruben Osvaldo Chilan

AR

 

LE/UT/BE-60

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA C.I.A.T.E.B.

Rio Cuarto — Córdoba

Dr. Ariel Doso

AR

 

LE/UT/BE-61

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA VALDES & LAURENTI S.H.

Capitán Sarmiento — Buenos Aires

Dr. Ariel M. Valdes

AR

 

LE/UT/BE-62

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA MARCELO F. MIRANDA

Capital Federal

Dr. Marcelo F. Miranda

AR

 

LE/UT/BE-63

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA SYNCHROPAMPA S.R.L.

Santa Rosa — La Pampa

Dr. Jose Luis Franco

AR

 

LE/UT/BE-64

 

DR. CESAR J. ARESEIGOR

Corrientes

Dr. Cesar J. Areseigor

AR

 

LE/UT/BE-65

 

UNIDAD MOVIL DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA RICARDO ALBERTO VAUTIER

Corrientes

Dr. Ricardo Alberto Vautier

AR

 

LE/UT/BE-66

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA SOLUCIONES REPRODUCTIVAS INTEGRALES LA RESERVA

Coronel Dorrego — Buenos Aires

Dr. Silvio Mariano Castro

AR

 

LE/UT/BE-67

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA SANTA RITA

Corrientes

Dr. Gabriel Bo”

(6)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Awstralja ETV0002.

(7)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Awstralja ETV0005.

(8)

jitħassru r-ringieli għat-timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Awstralja ETV0008, ETV0009, ETV0010, ETV0011, ETV0012 u ETV0013.

(9)

ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ embrijuni ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika Nru 95PA082 E664 tinbidel b’dan li ġej:

“US

 

91CA035 E689

 

RuAnn Dairy

7285 W Davis Ave

Riverdale, CA 93656

Dr. Kenneth Halback”

(10)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika Nru 04MT111 E1127.

(11)

ir-ringieli li ġejjin għat-timijiet ta’ ġbir ta’ embrijuni ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika Nri 05NC114 E705 u 05NC117 E705 jinbidlu b’dawn li ġejjin:

“US

 

05NC114 E705

 

Kingsmill Farm II

5914 Kemp Road

Durham, NC 27703

Dr. Samuel P. Galphin

US

 

05NC117 E705

 

S. Galphin Services

6509 Saddle Path Circle

Raleigh, NC 27606

Dr. Samuel P. Galphin”

(12)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika:

“US

 

07CA133 E1664

 

RuAnn Dairy

7285 W Davis Ave

Riverdale, CA 93656

Dr. Alvaro Magalhaes

US

 

07ID134 E1127

 

Pat Richards, DVM

1215E 200S

Bliss, ID 83314

Dr. Pat Richards

US

 

07MO131 E608

 

Trans Ova Genetics

12425 LIV 224

Chillicothe, MO 64601

Dr. Tim Reimer

US

 

07TX130 E640

 

K Bar C Ranch

3424 FR 2095

Cameron, TX 76520

Dr. Boyd Bien”