|
19.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 157/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007
li tħassar id-Deċiżjoni 96/587/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skond id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2379)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/421/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta’ l-amministrazzjonÿiet marittimi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/587/KE (2) elenkat l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Istati Membri skond id-Direttiva 94/57/KE. |
|
(2) |
F’konformità ma’ l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 94/57/KE, l-organizzazzjonijiet li fit-22 ta’ Jannar 2002 kienu diġà rikonoxxuti abbażi tad-Direttiva msemmija għandhom ikomplu jkunu rikonoxxuti. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/623/KE estendiet ir-rikonoxximent limitat tar-Reġistru Elleniku tal-Bastimenti (3) għal perjodu ta’ tliet snin, b’effetti għal Greċja u Ċipru. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/382/KE (4) estendiet ir-rikonoxximent limitat tar-Reġistru Elleniku tal-Bastimenti b’effetti għal Malta. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/660/KE (5) tat ir-rikonoxximent limitat tal-Komunità lir-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti għal perjodu ta’ tliet snin, b’effetti għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u r-Repubblika Slovakka. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 96/587/KE, li llum skadiet, għalhekk għandha titħassar filwaqt li kull tant żmien għandha tiġi ppubblikata lista aġġornata ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond id-Direttiva 94/57/KE fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 96/587/EC hija mħassra.
Artikolu 2
Id-Direttir Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport għandu jippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea lista aġġornata ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond id-Direttiva 94/57/KE sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/84/KE (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).
(2) ĠU L 257,10.10.1996, p. 43. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2002/221/KE (ĠU L 73, 15.3.2002, p. 30).
(3) ĠU L 219, 24.8.2005, p. 43.