8.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 146/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Ġunju 2007

dwar il-finanzjament għall-2007 ta’ l-ispejjeż li jikkonċernaw materjal informatiku u l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u l-benesseri ta’ l-annimali

(2007/390/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE, ta’ 26 ta’ Ġunju 1990, dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u notevolment l-Artikoli 17, 37 u 37a tagħha,

Billi:

(1)

L-akkomodazzjoni, l-immaniġġjar u l-manutenzjoni ta’ TRACES, previst bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta’ Diċembru 2002 (2) li tirrigwarda l-iżvilupp ta’ sistema veterinarja integrata, jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni u bħala tali jeħtieġu finanzjament mill-Komunità. Dan l-involviment finanzjarju hu bbażat fuq l-Artikolu 37a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE.

(2)

Is-sistema ta’ notifika introdotta abbażi tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità (3), bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard ta’ l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (4) għandha tiġi aġġornata bl-introduzzjoni ta’ titjibiet teknoloġiċi indispensabbli. L-involviment finanzjarju tal-Komunità hu bbażat fuq l-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE.

(3)

Il-politika ta’ informazzjoni dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-benesseri ta’ l-annimali tesiġi komunikazzjoni li tikkonċerna l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi f’dawn l-oqsma. L-involviment finanzjarju tal-Komunità hu bbażat fuq l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tiswa bħala deċiżjoni ta’ finanzjament fis-sens ta’ l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE, Euratom) tal-Kunsill Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzja applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5) u l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6).

(5)

Il-miżuri previsti għal din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

IDDEĊIDIET:

Artikolu 1

TRACES

L-akkomodazzjoni, l-immaniġġjar u l-manutenzjoni ta’ TRACES, previst bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE, huma awtorizzati għall-ammonti u l-għanijiet segwenti:

560 000 EUR għall-akkomodazzjoni;

440 000 EUR għall-akkwist ta’ sostenn loġistiku neċessarju fil-qafas ta’ l-assistenza lill-utenti tas-sistema;

200 000 EUR għall-akkwist ta’ sostenn ta’ manutenzjoni neċessarja sabiex tiġi adattata s-sistema għall-iżviluppi legali u tekniċi.

300 000 EUR għall-iżviluppi informatiċi neċessarji.

Artikolu 2

Sistema ta’ notifika tal-mard ta’ l-annimali

L-aġġornament tas-sistema ta’ notifika, imsemmi fid-Deċiżjoni 2005/176/KE, hu awtorizzat għal ammont ta’ 150 000 EUR.

Artikolu 3

Komunikazzjoni fl-oqsma tas-saħħa ta’ l-annimali u l-benesseri ta’ l-annimali

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet kompetenti u liċ-ċittadini, ta’ informazzjoni relatata mal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u tal-benesseri ta’ l-annimali hi awtorizzata għall-ammonti u l-għanijiet segwenti:

240 000 EUR għall-pubblikazzjonijiet u l-propagazzjoni ta’ l-informazzjoni u ta’ l-istrateġija fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali.

130 000 EUR għall-pubblikazzjonijiet u l-propagazzjoni ta’ l-informazzjoni u ta’ l-istrateġija fil-qasam tal-benesseri ta’ l-annimali.

Artikolu 4

Proċedura ta’ għoti ta’ offerti

L-għażla tal-kuntratturi se ssir abbażi tal-kuntratti ta’ qafas eżistenti jew abbażi ta’ sejħa għall-offerti mnedija matul 2007.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44.

(3)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58. Id-Deċizjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/216/KE (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27).

(4)  ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40. Id-Deċizjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/924/KE (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 48).

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).