2.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/74 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Mejju 2007
li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2007/377/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). |
(2) |
Sar vakanti post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Mateo Sierra BARDAJÍ, |
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
Is-Sur Carlos Martín MALLÉN, id-Direttur Ġenerali ta’ l-Asuntos Europeos y Acción Exterior de la Comunidad Autónoma de Aragón, huwa b'dan maħtur membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, b'sostituzzjoni tas-Sur Mateo Sierra BARDAJÍ, għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussel, 7 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
H. SEEHOFER
(1) ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.