1.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 140/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Mejju 2007
li temenda d-Deċiżjonijiet 84/247/KEE u 84/419/KEE fir-rigward tal-kotba tal-merħla għall-ispeċijiet bovini
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2199)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/371/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 fuq l-annimali tal-fart ta’ razza pura għat-tnissil (1), u b’mod partikolari t-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
(1) |
L-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta’ persuni li jrabbu l-annimali għar-razza u li jżommu jew jistabbilixxu kotba tal-merħla għall-annimali bovini ta’ razza pura għat-tnissil jistgħu jiġu rikonoxxuti uffiċjalment biss jekk ikunu konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/247/KEE (2). |
(2) |
L-annimali ta’ l-ispeċi bovina jistgħu jitniżżlu fi ktieb tal-merħla biss jekk ikunu konformi mad-Deċiżjoni 84/419/KEE (3). |
(3) |
Id-Deċiżjoni 84/419/KEE ma fihiex dispożizzjonijiet speċifiċi għall-istabbiliment ta’ kotba tal-merħla għal razez ġodda, u tippermetti biss li jiddaħħlu annimali ta’ nisel pur ta’ l-istess razza fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tal-merħla ta’ razza partikolari. |
(4) |
Il-kriterji biex jiddaħħlu annimali bovini fil-kotba tal-merħla għandhom madankollu jqisu s-sitwazzjoni speċifika ta’ l-istabbiliment ta’ razez ġodda. Il-ħolqien ta’ razza ġdida jista’ jimplika l-inklużjoni ta’ annimali minn razez oħra fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tal-merħla. |
(5) |
Jinħtieġ, għalhekk li, matul il-perjodu ta’ stabbiliment ta’ ktieb tal-merħla ġdid, isiru provvedimenti għal deroga mir-regola li tgħid li huma biss l-annimali ta’ nisel pur ta’ l-istess razza li jistgħu jiddaħħlu fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tal-merħla ta’ razza partikolari. Dan il-perjodu ta’ stabbiliment għandu jiġi definit fil-programm tat-tnissil ta’ l-annimali ta’ l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni tal-persuni li jrabbu l-annimali għar-razza. Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni bl-isem ta’ razza eżistenti, għandu jintgħażel isem distint għar-razza l-ġdida. |
(6) |
Bil-ħsieb tat-titjib progressiv tar-razez eżistenti, id-Deċiżjoni 84/419/KEE tippermetti li fit-taqsima supplimentari ta’ ktieb tal-merħla jiddaħħlu biss nisa minn razez oħra jew nisa mingħajr nisel pur. Il-ġeni tagħhom jistgħu jiġu integrati fit-taqsima ewlenija biss permezz tad-dixxendenti nisa biss. |
(7) |
Biex l-organizzazzjonijiet approvati ta’ min irabbi l-annimali jkollhom iktar flessibbiltà, huwa permess ukoll li jiddaħħlu l-irġiel fit-taqsima supplimentari. Sabiex jiġu evitati bidliet ġenetiċi tar-razza mhux ikkontrollati, il-ġeni tagħhom għandhom jiġu integrati fit-taqsima ewlenija permezz tad-dixxendenti nisa tagħhom biss. |
(8) |
Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku bejn il-kotba tal-merħla ta’ l-istess razza u biex ix-xerrejja jkunu infurmati bl-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminattivi tagħhom, ir-regoli interni ta’ l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi l-annimali għar-razza li huma magħrufa uffiċjalment, għandhom isemmu b’mod ċar l-isem tar-razza u, fil-każ ta’ razza ġdida, jiddefinixxu l-perjodu ta’ meta ġiet stabbilita. |
(9) |
Barra minn hekk, jinħtieġ li fil-kriterji għar-rikonoxximent ta’ l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet u għall-inklużjoni ta’ annimali bovini fil-kotba tal-merħla, jiddaħħlu referenzi xierqa għar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (4), u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 820/97 tal-Kunsill. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iz-Zootekniki, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 84/247/KEE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 84/419/KEE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 1. Biex jikkwalifika għall-inklużjoni fit-taqsima prinċipali tal-ktieb tal-merħla tar-razza tiegħu, l-annimal għandu:
2. B’deroga mill-paragrafu 1(a), annimali ta’ nisel pur jew dixxendenti ta’ annimali b’nisel pur ta’ razez differenti jistgħu jiġu inklużi direttament fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tal-merħla ġdid matul il-perjodu ta’ stabbiliment ta’ ktieb tal-merħla għal razza ġdida. Il-perjodu ta’ stabbiliment tar-razza l-ġdida għandu jiġi definit fil-programm ta’ tnissil ta’ l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni ta’ min irabbi l-annimali għar-razza, taħt il-kontroll u bil-ftehim ta’ l-awtoritajiet kompetenti, skond id-Deċiżjoni 84/247/KEE. Ir-razza l-ġdida għandha tingħata isem li ma jistax jiġi mfixkel ma’ isem razza eżistenti. 3. Kull meta annimal jiddaħħal fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tal-merħla ġdid, u l-annimal jew wieħed mill-ġenituri tiegħu diġà kien irreġistrat fi ktieb tal-merħla eżistenti ieħor, għandha tiġi ddokumentata referenza għall-isem ta’ dak il-ktieb tal-merħla eżistenti, fejn kien iddaħħal oriġinarjament l-annimal jew il-ġenitur wara t-twelid, flimkien man-numru tal-ktieb tal-merħla oriġinali. (*) ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).”" |
(2) |
Fil-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 3, il-kelma “mara” tinbidel bil-kelma “annimal”. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tibda tapplika mis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 206, 12.8.1977, p. 8. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(2) ĠU L 125, 12.5.1984, p. 58.
(3) ĠU L 237, 5.9.1984, p. 11.
(4) ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Il-punt 3 ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 84/247/KEE tinbidel b’dan li ġej:
“3. |
jkollhom sett ta’ regoli li jkopru:
|