|
30.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 138/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ Mejju 2007
dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) rigward it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward il-laħam tat- tjur ta’ l-irziezet
(2007/360/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal- Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) bil-għan li jsir tibdil fit-tariffi marbuta għal tliet prodotti tal-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ bl-intenzjoni tagħha li tibdel il-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur immellaħ tat-titlu 0210 99 39 u li testendi dawn in-negozjati għal-laħam tat-tiġieġ imsajjar tat-titlu 1602 32 19 u għall-preparazzjonijiet tal-laħam tad-dundjani tat-titlu 1602 31 tan-Nomenklatura Magħquda (NM). |
|
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni laħqet Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftehma mar-Repubblika Federali tal-Brażil, li għandha interess ewlieni fil-provvista tal-prodotti tal-kodiċi NM 0210 99 39 , 1602 31 u interess sostanzjali fil-prodotti tal-kodiċi NM 1602 32 19 , fis-6 ta’ Diċembru 2006, u mar-Renju tat-Tajlandja, li għandu interess sostanzjali fil-prodotti tal-kodiċi NM 0210 99 39 u interess ewlieni fil-provvista tal-prodotti tal-kodiċi HS 1602 32 19 , fit-23 ta’ Novembru 2006. |
|
(4) |
Il-Ftehimiet għandhom jiġu approvati. |
|
(5) |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (1) |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward prodotti tal-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet huma hawnhekk approvati f’isem il-Komunità.
It-testi ta’ dawn il-Ftehimiet huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Ġestjoni għal-laħam tat-Tjur u l-Bajd.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.
Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehimiet u b’hekk jorbtu lill-Komunità (2).
Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PLEWA
(1) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11)
(2) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
IL-MINUTI MIFTIEHMA
bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil
In-negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjoni rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994.
Fin-negozjati bejn il-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem “KE”) u r-Repubblika Federali tal-Brażil (minn hawn ’il quddiem “il-Brażil”) skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Brażil laħqu Ftehim kif spjegat hawn taħt.
Id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Brażil se jissottomettu dan il-Ftehim għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet rispettivi tagħhom.
1. Ir-Rati Marbuta tad-Dazju: ir-rata marbuta tad-dazju għall-prodotti 0210 90 20 (attwalment 0210 99 39 ), 1602 31 u 1602 32 19 għandha tkun ta’ EUR 1 300/tunnellata, EUR 1 024/tunnellata u EUR 1 024/tunnellata rispettivament.
2. Kwoti tar-Rata Tariffarja: il-KE għandha tiftaħ il-KRT annwali li ġejjin:
|
(a) |
għall-prodott 0210 90 20 (“immellaħ”) kwota ta’ 264 245 tunnellata, li minnhom 170 807 tunnellata se jkunu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 15,4 % ad valorem; |
|
(b) |
għall-prodott 1602 31 (“dundjan”) kwota ta’ 103 896 tunnellata, li minnhom 92 300 tunnellata se jkunu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 8,5 % ad valorem; |
|
(ċ) |
għall-prodott 1602 32 19 (“imsajjar”) kwota ta’ 250 953 tunnellata, li minnhom 79 477 tunnellata se jkunu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 8 % ad valorem. |
3. Importazzjonijiet skond il-KRT msemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru fuq bażi ta’ ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti fil-Brażil.
4. Il-konċessjonijiet fil-ftehim attwali għandhom ikunu suġġetti għall-modalitajiet li eventwalment se jkun hemm ftehim dwarhom fid-DDA tad-WTO.
5. Il-volumi tal-kwoti allokati fost il-pajjiżi b’interess ewlieni fil-provvista u b’interess sostanzjali għandhom isegwu l-prinċipji ġenerali ta’ l-Artikolu XIII tal-GATT. Il-konċessjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ tali prinċipji m’għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk innegozjati skond il-ftehim attwali.
6. Iż-żewġ partijiet jikkommettu ruħhom li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim kemm jista’ jkun skond il-proċeduri interni tagħhom.
7. Fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet għall-ftehim preżenti, għandhom isiru konsultazzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal-ftehim attwali.
Magħmul fi Brussell fid-disgħu u għoxrin jum ta' Mejju tas-sena elfejn u sebgħa.
Għall-Komunità Ewropea
Għar-Repubblika Federali tal-Brażil
IL-MINUTI MIFTIEHMA
bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja
In-negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjoni rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994.
Fin-negozjati bejn il-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “KE”) u r-Repubblika Federali tal-Brażil (minn hawn ‘il quddiem “il-Brażil”) skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Brażil laħqu Ftehim kif spjegat hawn taħt.
1. Ir-Rati Marbuta tad-Dazju: ir-rata marbuta tad-dazju għall-prodotti 0210 90 20 (attwalment 0210 99 39 ), 1602 31 u 1602 32 19 għandha tkun ta’ EUR 1 300/tunnellata, EUR 1 024/tunnellata u EUR 1 024/tunnellata rispettivament.
2. Kwoti tar-Rata Tariffarja: il-KE għandha tiftaħ il-KRT annwali li ġejjin:
|
a) |
għall-prodott 0210 90 20 (“immellaħ”) kwota ta’ 264 245 tunnellata, li minnhom 92 610 tunnellata se jkunu allokati għall-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 15,4 % ad valorem; |
|
b) |
għall-prodott 1602 32 19 (“dundjan”) kwota ta’ 250 953 tunnellata, li minnhom 160 033 tunnellata se jkunu allokati għall-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 8 % ad valorem; |
3. Importazzjonijiet skond il-KRT (i)msemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru fuq bażi ta’ ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti fit-Tajlandja.
4. Il-konċessjonijiet fil-ftehim attwali għandhom ikunu suġġetti għall-modalitajiet li eventwalment se jkun hemm ftehim dwarhom fid-DDA tad-WTO.
5. Il-volumi tal-kwoti allokati fost il-pajjiżi b’interess ewlieni fil-provvista u b’interess sostanzjali għandhom isegwu l-prinċipji ġenerali ta’ l-Artikolu XIII tal-GATT. Il-konċessjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ tali prinċipji m’għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk innegozjati skond il-ftehim attwali.
6. Iż-żewġ partijiet jikkommettu ruħhom li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim kemm jista’ jkun skond il-proċeduri interni tagħhom.
7. Fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet għall-ftehim attwali, għandhom isiru konsultazzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal-ftehim attwali.
Magħmul fi Brussell fid-disgħu u għoxrin jum ta' Mejju tas-sena elfejn u sebgħa.
Għall-Komunità Ewropea
Għar-Renju tat-Tajlandja