9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ April 2007

li tistabilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992

(2007/316/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

Il-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992 ġie konkluż mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni 92/580/KEE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993 għal perjodu ta’ 3 snin sal-31 ta’ Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien, dan ġie estiż b’mod regolari, għal perjodi oħra ta’ sentejn. L-aħħar darba li l-Ftehim ġie estiż kien f’Mejju 2005, permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, u jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2007. Estensjoni oħra tal-Ftehim hi fl-interess tal-Komunità. Il-Kummissjoni, li tirrapreżenta lill-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, għandha għalhekk tiġi awtoriżżata li tivvota favur din l-estensjoni,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor għandha tkun li tivvota favur estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992, għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor.

Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ April 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15.