5.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 117/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ April 2007

dwar l-irtirar mis-suq ta’ l-ibridu Ms1xRf1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift u prodotti dderivati minnu

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1805)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(2007/305/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 (6) u 20 (6) tiegħu,

Billi:

(1)

Iż-żrieragħ ta’ l-ibridu tal-lift Ms1xRf1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4) ingħataw kunsens skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE tat-23 ta’ April 1990 dwar it-tixrid intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament (2) mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/158/KE tas-6 ta’ Frar 1996 li tikkonċerna t-tpoġġija fis-suq ta’ prodott li jikkonsisti f’organiżmu ġenetikament modifikat, żerriegħa swede-rape ibrida li tittollera l-erbiċidi (Brassica napus L. oleifera Metzq. MS1Bn x RF1Bn) (3) għall-użu fil-koltivazzjoni fil-ksib taż-żrieragħ iżda mhux għall-użu fl-ikel tal-bniedem jew fl-għalf ta’ l-annimali. Id-Direttiva 90/220/KEE ġiet mogħtija tifsira ġdida u rrevokata mid-Direttiva 2001/18/KE.

(2)

Iż-żrieragħ ta’ l-ibridu tal-lift ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 ingħataw kunsens skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/392/KE tas-6 ta’ Ġunju 1997 li tikkonċerna t-tpoġġija fis-suq ta’ lift żvediż modifikat ġenetikament (Brassica napus L. oleifera Metzq. MS1, RF1) skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (4) għall-użu intenzjonat ta’ koltivazzjoni u maniġġjar fl-ambjent qabel u matul l-ipproċessar ta’ frazzjonijiet mhux vijabbli.

(3)

Il-kunsensi kienu bbażati fuq informazzjoni li kienet tinsab f’dossiers li tressqu skond id-Direttiva 90/220/KEE u kull informazzjoni oħra mressqa mill-Istati Membri.

(4)

Żejt ipproċessat mill-ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni mill-ibridu ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 taż-żrieragħ tal-lift kienu tqiegħdu fis-suq fi qbil ma’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 li jikkonċerna ikel ġdid u ingredjenti ġodda ta’ l-ikel (5).

(5)

ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ta’ l-ibridu ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 ta’ żrieragħ tal-lift u prodotti dderivati minnhom ġew b’konsegwenza ta’ dan innotifikati mill-Bayer CropScience AG (minn hawn jissejjaħ “in-notifikant”) bħala prodotti eżistenti skond l-Artikoli 8(1)(a) u 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (minn hawn jissejjaħ “ir-Regolament”) u mniżżla fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf immodifikati ġenetikament. L-ambitu tan-notifikazzjoni kopra ikel (żejt ipproċessat) prodott mil-linja taż-żrieragħ tal-lift maskili sterili MS1Bn (B91-4) u minn kull inkroċju ġenetiku konvenzjonali, ir-ristoratur tal-fertilità RF1Bn (B93-101) fil-linja taż-żrieragħ tal-lift u kull inkroċju ġenetiku u kombinazzjonijiet ta’ ibridi MS1xRF1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4) kif ukoll l-għalf li fih jew li jikkonsisti minn lift żvediż idderivat mill-maskil sterili MS1 (B91-4), linja taż-żrieragħ tal-lift Drakkar, (Brassica napus L. oleifera Metzg.), ir-ristoratur tal-fertilità RF1 (B93-101), varjeta’ mnissla Drakkar, il-linja taż-żrieragħ tal-lift (Brassica napus L. oleifera Metzg.) u l-kombinazzjoni ta’ l-ibridi MS1xRF1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4) (Brassica napus L. oleifera Metzg. MS1Bn x RF1Bn) għall-użu intenzjonat ta’ koltivazzjoni u maniġġjar fl-ambjent qabel u matul l-ipproċessar ta’ frazzjonijiet mhux vijabbli.

(6)

In-notifikant dwar l-ibridu taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4, permezz ta’ ittra lill-Kummissjoni datata l-15 ta’ Novembru 2005, indika li l-varjetajiet li fihom dan l-avveniment ma ġewx offruti għall-bejgħ fuq bażi globali u li ż-żrieragħ kollha fl-inventarju nġabru u nqerdu wara l-istaġjun tal-bejgħ ta’ l-2003.

(7)

In-notifikant indika lill-Kummissjoni li ma kellu ebda intenzjoni li jressaq applikazzjoni għat-tiġdid ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ta’ l-ibridi ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 taż-żrieragħ tal-lift skond ir-Regolament fi qbil ma’ l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11, l-Artikolu 20(4) u l-Artikolu 23 rispettivament. Għalhekk lanqas il-koltivazzjoni jew it-tqegħid fis-suq ta’ l-ibridu taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 u prodotti dderivati minnhom ma jistgħu jiġu awtorizzati fil-Komunità wara t-18 ta’ April 2007.

(8)

Il-miżuri għandhom għalhekk jiġu adottati sabiex jiġi aċċertat l-irtirar effettiv mis-suq ta’ żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4. B’konsegwenza ta’ dan in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ żrieragħ, kull prodott idderivat mill-ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u mill-kombinazzjoni ta’ l-ibridu ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 ta’ żrieragħ tal-lift huma mistennija li jistgħu jisparixxu mill-katina alimentari u ta’ l-għalf f’perijodu ta’ żmien raġonevoli.

(9)

Minħabba li n-notifikant ikun waqaf ibigħ l-ibridi taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 wara l-istaġun ta’ koltivazzjoni 2003, l-ħażniet ta’ prodotti dderivati mill-ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ta’ l-ibridu taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 ikunu ntużaw kollha u mhumiex mistennija li jkunu preżenti fis-suq wara t-18 ta’ April 2007. Madankollu, traċċi żgħar ta’ materjal mmodifikat ġenetikament mill-ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ta’ l-ibridu ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 taż-żrieragħ tal-lift jistgħu jibqgħu preżenti fil-prodotti ta’ l-ikel jew ta’ l-għalf għal ċertu perijodu ta’ żmien.

(10)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi pprovdut perijodu tranżizzjonali ta’ żmien li fih il-prodotti ta’ l-ikel u l-għalf jistgħu jkollhom fihom tali materjal mingħajr ma jiġu kkunsidrati li jiksru l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 16(2) tar-Regolament fejn din il-preżenza hija aċċidentali jew teknikament inevitabbli.

(11)

Il-livell tollerat u l-perijodu taż-żmien għandhom jitfasslu sabiex iqisu iż-żmien meħtieġ sakemm l-irtirar effettiv minn fuq is-suq taż-żrieragħ iwassal għall-effetti tiegħu fil-katina alimentari u ta’ l-għalf. F’kull każ, il-livell tollerat għandu jibqa’ taħt il-limitu tat-tikkettjar u t-traċċabbiltà ta’ mhux aktar minn 0,9 % fil-mija previst mir-Regolament għall-preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli tal-materjal GM fl-ikel u fl-għalf.

(12)

L-inklużjonijiet fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf immodifikati ġenetikament, kif inhu previst fl-Artikolu 28 tar-Regolament, fir-rigward ta’ l-ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ta’ ibridi ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 ta’ żrieragħ tal-lift għandhom jiġu mmodifikati sabiex titqies din id-Deċiżjoni.

(13)

In-notifikant għandu jiġi kkonsultat dwar il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sabiex ikun aċċertat l-irtirar effettiv minn fuq is-suq ta’ l-ibridu taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 għall-finijiet ta’ koltivazzjoni in-notifikant għandu jikkonforma mal-miżuri stipolati fl-Anness.

Fi żmien 6 xhur mid-data ta’ notifikazzjoni dwar din id-Deċiżjoni in-notifikant għandu jressaq lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri stipolati fl-Anness.

Artikolu 2

Il-preżenza ta’ materjal li fih, li jikkonsisti minn jew li huwa prodott mill-ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ta’ l-ibridi ta’ żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 fil-prodotti ta’ l-ikel jew ta’ l-għalf innotifikati skond l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1) tar-Regolament għandha tiġi ttollerata sa 5 snin wara d-data ta’ notifikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni,

(a)

bil-kondizzjoni li din il-preżenza tkun aċċidentali jew teknikament inevitabbli; kif ukoll

(b)

fi proporzjoni li ma tkunx ogħla minn 0,9 %.

Artikolu 3

L-inklużjonijiet fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf immodifikati ġenetikament, kif inhu previst fl-Artikolu 28 tar-Regolament, fir-rigward ta’ l- ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ta’ ibridi ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 ta’ żrieragħ tal-lift għandhom jiġu mmodifikati sabiex titqies din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Str. 50, D-40789 Monheim am Rhein, fil-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).

(2)  ĠU L 117 8.5.1990, p. 15. Id-Direttiva kif irrevokata mid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(3)  ĠU L 37 15.2.1996, p. 30.

(4)  ĠU L 164, 21.6.1997, p. 38.

(5)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Il-miżuri li n-notifikant għandu jikkonforma magħhom sabiex jiġi aċċertat l-irtirar effettiv mis-suq ta’ l-ibridu taż-żrieragħ tal-lift ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4. għal fini ta’ koltivazzjoni

(a)

L-infurmar lill-operaturi kummerċjali fil-Komunità ta’ l-istat kummerċjali u legali taż-żrieragħ.

(b)

l-irtirar ta’ ħażniet ta’ żrieragħ kummerċjali li jifdal mill-operaturi.

(ċ)

Distruzzjoni ta’ ħażniet li jifdal ta’ żrieragħ kummerċjali.

(d)

Konklużjoni ta’ ftehim ta’ waqfien ta’ prodott ma’ partijiet terzi bl-istruzzjonijiet sabiex iż-żrieragħ jerġgħu jintbagħtu lura jew għall-verifika u l-attestazzjoni li ż-żrieragħ ġew distrutti.

(e)

It-teħid tal-passi kollha neċessarji fid-dereġistrazzjoni tal-varjetajiet irreġistrati taż-żrieragħ mill-katalgi nazzjonali taż-żrieragħ.

(f)

L-implimentazzjoni tal-programm in-house biex tiġi evitata l-preżenza ta-l-avveniment tat-tnissil u l-produzzjoni taż-żrieragħ.