4.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 116/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ April 2007

dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1547)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/275/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/496/KEE tipprevedi li l-verifiki veterinarji rigward annimali minn pajjiżi terzi li jidħlu fil-Komunità għandhom isiru mill-Istati Membri skond dik id-Direttiva.

(2)

Id-Direttiva 97/78/KE tipprevedi l-verifiki veterinarji fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali u fuq ċerti prodotti tal-pjanti li jiġu introdotti fil-Komunità minn pajjiżi terzi.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/349/KE tas-26 ta’ April 2002 li tistabbilixxi l-lista ta’ prodotti li għandhom jiġu eżaminati fil-kmamar ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera skond id-Direttiva 97/78/KE (4) tipprevedi li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma elenkati f’dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu soġġetti għall-verifiki veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttiva 97/78/KE.

(4)

Peress li l-verifiki veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri jsiru f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-uffiċjali tad-dwana, huwa xieraq li tintuża l-lista ta’ prodotti li tirreferi għan-Nomenklatura Magħquda (“NM”), prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (5) bħala l-ewwel bażi għall-għażla tal-kunsinni. Il-listi tal-prodotti fid-Deċiżjoni 2002/349/KE, għalhekk, għandhom jiġu sostitwiti bil-lista fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

(5)

Fl-interessi tar-razzjonalità tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq li l-lista fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni tinkludi wkoll l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi.

(6)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri, il-lista fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tforni deskrizzjoni kemm jista’ jkun preċiża ta’ l-annimali u tal-prodotti li għandhom jiġu soġġetti għall-verifiki veterinarji skond id-Direttiva 97/78/KE. Barra minn hekk, għal ċerti kodiċijiet NM, din id-Deċiżjoni tipprevedi li biss parti żgħira mill-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitolu jew it-titolu rilevanti għandhom jiġu soġġetti għall-verifiki veterinarji. F’każijiet bħal dawn, il-kolonna 3 ta’ l-Anness I għal din id-Deċiżjoni, għandha tirreferi għall-kodiċi NM li japplika u tforni dettalji tal-prodotti li għandhom jiġu soġġetti għal dawk il-verifiki veterinarji.

(7)

Id-Deċiżjoni 2002/349/KE tipprevedi li l-prodotti ta’ l-ikel komposti li fihom biss persentaġġ limitat ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom ikomplu jiġu soġġetti għar-regoli nazzjonali.

(8)

Madankollu, sabiex jiġu evitati d-differenzi fl-interpretazzjoni bejn l-Istati Membri, li jwasslu għal tgħawiġ fil-kummerċ u għal riskji potenzjali għas-saħħa ta’ l-annimali, issa jridu jiġu stabbiliti regoli fuq il-livell tal-Komunità dwar il-prodotti komposti li jistgħu jiġu eżentati mill-verifiki veterinarji skond id-Direttiva 97/78/KE.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (6) fih id-definizzjonijiet ta’ ċerti prodotti. Fl-interessi tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq li dawk id-definizzjonijiet jitqiesu f’din id-Deċiżjoni.

(10)

Hemm differenzi fir-riskju għas-saħħa ta’ l-annimali assoċjat ma’ l-importazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ prodotti ta’ l-annimali fil-Komunità. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi li l-prodotti komposti kollha li fihom prodotti tal-laħam għandhom ikunu soġġetti għal verifiki veterinarji, waqt li għandhom jiġu applikati kriterji differenti għall-prodotti komposti li fihom prodotti oħra ta’ l-annimali bbażati fuq il-ħtieġa li jkun hemm regoli armonizzati fuq livell ta’ Komunità.

(11)

Matul il-manifattura, ċerti prodotti komposti jirċievu trattament li jnaqqas ir-riskju potenzjali għas-saħħa ta’ l-annimali li jkun preżenti fi prodotti bħal dawn. Id-dehra, l-istabbiltà fuq l-ixkaffa, u l-karatteristiċi fiżiċi, għalhekk, għandhom jintużaw bħala karatteristiċi distintivi li jingħarfu mill-awtoritajiet kompetenti li jridu jieħdu deċiżjoni dwar il-ħtieġa li jissoġġettaw il-prodotti komposti għal verifiki veterinarji.

(12)

Fl-interessi tal-konsistenza ta’ verifiki veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri fuq prodotti komposti li qed jiġu introdotti fil-Komunità, huwa xieraq li tiġi stabbilita wkoll lista ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel u ta’ prodotti komposti li jistgħu jiġu eżentati mill-verifiki veterinarji previsti fid-Direttiva 97/78/KE.

(13)

Fl-interessi tal-koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2002/349/KE tiġi revokata u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli dwar l-annimali u l-prodotti li għandhom jiġu soġġetti għal verifiki veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri meta dawn jiġu introdotti fil-Komunità, skond id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE.

Artikolu 2

Id-Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“prodott kompost”: oġġett ta’ l-ikel maħsub għall-konsum uman li jkun fih kemm prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali kif ukoll prodotti li joriġinaw mill-pjanti, u jinkludi dawk fejn l-ipproċessar tal-prodott primarju jkun parti integrali mill-produzzjoni tal-prodott finali;

(b)

“prodotti tal-laħam”: prodotti kif iddefiniti fil-punt 7.1 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(c)

“prodotti pproċessati”: il-prodotti pproċessati elenkati taħt il-punt 7 ta’ l-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(d)

“prodotti tal-ħalib”: prodotti kif iddefiniti fil-punt 7.2 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 3

Il-verifiki veterinarji ta’ l-annimali u tal-prodotti elenkati fl-Anness 1

1.   L-annimali u l-prodotti elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandhom ikunu soġġetti għal verifiki veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE.

2.   Din id-Deċiżjoni tapplika mingħajr preġudizzju għall-verifiki fuq prodotti komposti li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa pubblika tal-Komunità.

3.   L-għażla tal-bidu tal-prodotti għall-verifiki veterinarji magħmula fuq il-bażi tan-Nomenklatura Magħquda fil-Kolonna 1 ta’ l-Anness għandha tiġi kkwalifikata b’referenza għat-test speċifiku jew għal-leġiżlazzjoni veterinarja ċċitati fil-Kolonna 3.

Artikolu 4

Il-prodotti komposti soġġetti għal verifiki veterinarji

Il-prodotti komposti li ġejjin għandhom jiġu soġġetti għal verifiki veterinarji:

(a)

Il-prodotti komposti li fihom prodott tal-laħam ipproċessat.

(b)

Il-prodotti komposti li fihom nofs is-sustanza tagħhom jew aktar minn kwalunkwe prodott ipproċessat wieħed li joriġina mill-annimali, għajr prodott tal-laħam ipproċessat.

(c)

Il-prodotti komposti li ma fihom l-ebda prodott tal-laħam ipproċessat u inqas min-nofs is-sustanza tagħhom minn prodott tal-ħalib ipproċessat, fejn il-prodotti finali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 6.

Artikolu 5

Iċ-ċertifikazzjoni li takkumpanja l-prodotti komposti soġġetti għal verifiki veterinarji

Dawk il-prodotti komposti li fihom prodott tal-laħam ipproċessat għandhom ikunu akkumpanjati, ma’ l-introduzzjoni fil-Komunità, miċ-ċertifikat rilevanti għall-prodotti tal-laħam stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, irrispettivament minn kwalunkwe kontenut ta’ prodott ta’ l-annimali ieħor.

Dawk il-prodotti komposti msemmija fl-Artikolu 4(b) u 4(c), li fihom prodott tal-ħalib ipproċessat, għandhom ikunu akkumpanjati, ma’ l-introduzzjoni fil-Komunità, miċ-ċertifikat rilevanti stabbilit bil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

Il-prodotti komposti li fihom biss prodotti tas-sajd jew prodotti tal-bajd ipproċessati li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu akkumpanjati, ma’ l-introduzzjoni fil-Komunità, miċ-ċertifikat rilevanti stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità jew, fejn ma jkun hemm ħtieġa għall-ebda ċertifikat, minn dokument kummerċjali.

Artikolu 6

Id-deroga għal ċerti prodotti komposti u għal ċerti prodotti ta’ l-ikel

1.   Bħala deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti komposti jew l-oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin maħsuba għall-konsum uman, li ma fihom l-ebda prodott tal-laħam, m’għandhomx ikunu soġġetti għal verifiki veterinarji:

(a)

il-prodotti komposti li fihom inqas minn nofs is-sustanza tagħhom magħmula minn kwalunkwe prodott ipproċessat ieħor, sakemm prodotti bħal dawn:

(i)

jinżammu b’mod stabbli fuq l-ixkaffa f’temperatura ta’ l-ambjent jew fil-manifattura tagħhom ikunu għaddew b’mod ċar minn proċess sħiħ ta’ tisjir jew ta’ trattament bis-sħana fis-sustanza kollha tagħhom, sabiex kwalunkwe prodott mhux ipproċessat jiġi żnaturat;

(ii)

ikunu identifikati b’mod ċar bħala li huma maħsuba għall-konsum uman;

(iii)

ikunu ppakkjati jew issiġillati sew f’kontenituri nodfa;

(iv)

ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali u ttikkettati f’lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru, b’tali mod li dak id-dokument u dak it-tikkettar flimkien ifornu informazzjoni dwar in-natura, il-kwantità u n-numru ta’ pakketti tal-prodotti komposti, dwar il-pajjiż ta’ l-oriġini, dwar il-manifattur, u dwar l-ingredjent;

(b)

il-prodotti komposti u l-oġġetti ta’ l-ikel elenkati fl-Anness II.

2.   Madankollu, kwalunkwe prodott tal-ħalib inkluż fi kwalunkwe prodott kompost għandu jkun derivat, u ttrattat kif previst, mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE (7).

Artikolu 7

Ir-revoka

Id-Deċiżjoni 2002/349/KE qed tiġi revokata.

Artikolu 8

L-applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika minn xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Id-destinatarji.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  ĠU L 121, 8.5.2002, p. 6.

(5)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 301/2007 (ĠU L 81, 22.3.2007 p. 11).

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 72.


ANNESS I

IL-LISTA TA’ L-ANNIMALI U TAL-PRODOTTI LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL VERIFIKI VETERINARJI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3

Din il-lista tistabbilixxi l-annimali u l-prodotti skond in-nomenklatura ta’ l-oġġetti li qed tintuża fil-Komunità sabiex tingħata għajnuna fl-għażla tal-kunsinni li jridu jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji f’post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

Noti:

1.   Kolonna 1:

Fejn jintuża l-kodiċi b’erba’ figuri: sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-prodotti kollha li quddiemhom ikollhom jew ikunu koperti minn dawn l-erba’ figuri jridu jiġu mgħoddija lill-awtorità kompetenti għall-verifiki veterinarji.

Fejn ċerti prodotti biss taħt kwalunkwe kodiċi jkun meħtieġ li jiġu eżaminati taħt verifiki veterinarji u fejn ma jkun hemm l-ebda sotto-diviżjoni speċifika taħt dan il-kodiċi fin-nomenklatura ta’ l-oġġetti, il-kodiċi jiġi mmarkat Ex (pereżempju Ex30 02: il-verifika veterinarja meħtieġa biss għall-materjal derivat mill-annimali u mhux għat-titolu kollu)

Il-figuri bejn il-parenteżi fil-kolonna 1 m’għandhomx jitniżżlu fis-sistema TRACES stabbilita bid-Deċiżjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema TRACES u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (1).

2.   Kolonna 2:

Id-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti hija kif ġie stabbilit fil-kolonna tad-deskrizzjoni ta’ l-Anness 1 għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Għal aktar spjegazzjoni tal-kopertura eżatta tat-Tariffa Doganali Komuni, jekk jogħġbok irreferi għall-iktar emenda reċenti għal dak l-Anness.

NB: Aktar informazzjoni dwar il-prodotti koperti mill-Kapitoli u mit-Titoli differenti tista’ tinkiseb fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana jew tista’ tinstab fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda fejn għandhom x’jaqsmu l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM).

3.   Kolonna 3: Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-prodotti koperti.

F’uħud mill-każijiet hemm ċerti annimali ħajjin (bħar-rettili, l-anfibji, l-insetti, id-dud, jew invertebrati oħra) jew prodotti ta’ l-annimali li jintbagħtu lill-veterinarju uffiċjali li għalihom ma ġiet stabbilita l-ebda kondizzjoni armonizzata għas-saħħa ta’ l-annimali sabiex jiġu importati fil-Komunità, u għalhekk ma hemm l-ebda ċertifikat ta’ l-importazzjoni armonizzat. Il-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni għall-annimali ħajjin kollha li mhumiex speċifikati band’oħra jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għall-ħtiġijet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) għad-Direttiva 90/425/KEE (2), iżda fil-każ ta’ ċerti annimali japplikaw ir-regoli nazzjonali fejn għandha x’taqsam id-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex takkumpanja l-kunsinni. Il-veterinarji uffiċjali jridu jeżaminaw il-kunsinni u joħorġu Dokument Komuni Veterinarju għad-Dħul (CVED), kif xieraq, sabiex jindikaw li jkun sar kontroll u li l-annimali jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa.

F’ċerti każijiet, fejn jikkonċerna l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali koperti mir-Regolament (KE) No 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (3), il-medda sħiħa tal-kopertura tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità rigward prodotti derivati jew ipproċessati mhuwiex iddefinit b’mod preċiż. Iridu jsiru verifiki veterinarji fuq il-prodotti li jiġu pproċessati iżda li essenzjalment għadhom prodotti mhux ipproċessati li għandhom jiġu pproċessati aktar qabel ma jiġu ppreżentati lill-konsumatur finali.

F’dawn il-każijiet il-veterinarju uffiċjali fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri jrid jispeċifika jekk prodott derivat partikolari jiġix ipproċessat b’tali mod li jaqa’ barra mill-verifiki veterinarji previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

IT-TABELLA

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, l-għażla tal-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti fil-Kolonna 2 għandha titqies bħala li m’għandhiex aktar minn valur indikattiv, bl-ambitu jiġi ddeterminat, fil-kuntest ta’ dan l-Anness mill-ambitu tal-kodiċijiet NM, hekk kif ikunu jeżistu meta tiġi adottata d-Deċiżjoni kurrenti.

Fejn f’din it-tabella ssir referenza għall-ex kodiċijiet NM, il-kopertura għandha tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u bid-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.


Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

Kapitolu 1:   

Annimali Ħajjin

0101

Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula ta’ l-irkib ħajjin

Kollha

0102

Annimali ta’ l-ifrat (bovini) ħajjin

Kollha

0103

Majjali ħajjin

Kollha

0104 10

Nagħaġ ħajjin

Kollha

0104 20

Mogħoż ħajjin

Kollha

0105

Tjur ħajjin, jiġifieri, tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u fargħun

Kollha

0106

Annimali ħajjin oħra

Kollha

It-titolu jinkludi l-annimali domestiċi jew salvaġġi li ġejjin:

(A)

Il-mammiferi

(1)

Il-primati

(2)

Balieni, dniefel u foċeni (il-mammiferi ta’ l-ordni Cetacea); lamantini u dugongi (il-mammiferi ta’ l-ordni Sirenia)

(3)

Oħrajn (bħal renni, qtates, klieb, iljuni, tigri, orsijiet, iljunfanti, iġmla, żebri, fniek, liebri, ċriev, antilopi, kamoxxi, volpijiet, mink, u annimali oħrajn għall-irziezet tal-fêr).

(B)

Ir-rettili (inklużi s-sriep u l-fkieren)

(C)

L-għasafar:

(1)

Għasafar tal-priża

(2)

Psittaciformes (inklużi l-pappagalli, il-parrukketti, il-makaw u l-kakatuwi)

(3)

Oħrajn (bħal perniċi, faġan, summien, gallini, bekkaċċ, ħamiem, gallozz, ortolan, papri salvaġġi, wiżż salvaġġ, merill, malvizz iswed, alwetti, sponsuni, tits, kolibri, paguni, ċinji, u għasafar oħra mhux speċifikati fit-titolu 01.05 ).

(D)

Oħrajn, bħan-naħal (kemm jekk jivvjaġġaw f’kaxxi jew f’gaġeġ jew f’ġarriet tan-naħal), insetti oħra, żrinġijiet.

It-titolu 0106 jeskludi l-annimali li jiffurmaw parti minn ċirkli, minn postijiet fejn jitqiegħu annimali taċ-ċirkli jew tal-wirjiet (menageries) jew minn wirjiet simili oħra ta’ annimali li jivvjaġġaw (it-titolu 95.08 )

0106 11

Il-Primati

Kollha

0106 12

Balieni, dniefel, foċeni (il-mammiferi ta’ l-ordni Cetacea); lamantini u dugongi (il-mammiferi ta’ l-ordni Sirenia).

Kollha

0106 19

Oħrajn

Fniek domestiċi, u mammiferi għajr dawk li jiffurmaw parti minn 0101 , 0102 , 0103 , 0104 , 0106 11 u 0106 12 Tinkludi l-klieb u l-qtates.

0106 20

Rettili (inklużi s-sriep u l-fkieren).

Kollha

0106 31

Għasafar: Għasafar tal-priża.

Kollha

0106 32

Għasafar: Psittaciformes (inklużi l-pappagalli, il-parrukketti, il-makaw u l-kakatuwi).

Kollha

0106 39

Oħrajn

Jinkludi: għasafar, għajr dawk li jaqgħu taħt it-titoli 0105 , 0106 31 and 0106 32 , inklużi l-ħamiem.

0106 90 00

Oħrajn

L-annimali l-oħra ħajjin kollha mhux inklużi band’oħra, għajr il-mammiferi, l-għasafar u r-rettili. Żrinġijiet ħajjin kemm jekk għall-vivarji sabiex jinżammu ħajjin, kemm jekk biex jinqatlu għall-konsum uman, huma koperti minn dan it-titolu.

Kapitolu 2:   

Laħam u ġewwieni li jittiekel

 

Dan il-kapitolu ma jkoprix

(a)

Il-prodotti tat-tip deskritt fit-titoli 0201 sa 0208 jew 0210 li mhumiex tajba jew mhumiex adattati għall-konsum uman;

(b)

imsaren, bżieżaq jew stonku ta’ l-annimali (it-titolu 0504 ) jew id-demm ta’ l-annimali (it-titolu 0511 jew 3002 );

(c)

xaħam ta’ l-annimali għajr il-prodotti tat-titolu 0209 (il-Kapitolu 15).

0201

Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat (bovini), frisk jew imkessaħ

Kollha

0202

Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat (bovini), iffriżat

Kollha

0203

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha

0204

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Kollha

0205 00

Laħam taż-żwiemel, tal-ħmir, tal-bgħula jew tal-bgħula ta’ l-irkib.

Kollha

0206

Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat (bovini), majjali, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula ta’ l-irkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat.

Kollha

0207

Laħam u ġewwieni li jittiekel, tat-tjur tat-titolu 0105 , friski, imkessħin jew iffriżati.

Kollha

0208

Laħam u ġewwieni li jittiekel oħra, friski, imkessħin jew iffriżati.

Jeskludi: il-materjal mhux ipproċessat li mhux maħsub għall-konsum uman.

Dan jinkludi l-għadam u materjal ieħor għall-produzzjoni tal-ġelatina jew tal-collagen għall-konsum uman.

0208 10

Tal-fniek u tal-liebri

Kollha

0208 20 (00 )

Saqajn taż-żrinġijiet

Kollha

0208 30

Tal-primati

Kollha

0208 40

Tal-balieni, tad-dniefel u tal-foċeni (il-mammiferi ta’ l-ordni Cetacea); tal-lamantini u tad-dugongi (il-mammiferi ta’ l-ordni Sirenia).

Kollha

0208 50 (00 )

Tar-rettili (inklużi s-sriep u l-fkieren).

Kollha

0208 90

Oħrajn: tal-ħamiem domestiku, ta’ l-annimali tal-kaċċa għajr tal-fniek jew tal-liebri.

Jinkludi l-laħam tas-summien, il-laħam tal-foki, tar-renna jew ta’ kwalunkwe speċi oħra ta’ mammiferi.

0209 00

Xaħam tal-majjal, mingħajr ebda dgħif, u xaħam tat-tjur, mhux maħdum jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat.

Jinkludi kemm ix-xaħam kif ukoll ix-xaħam ipproċessat.

0210

Laħam u ġewwieni li jittiekel, immelħin, fis-salmura, imnixxfin jew affumikati; dqiq u pasti mil-laħam jew mill-ġewwieni li jittieklu.

Kollha: Jinkludi l-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-għadam għall-konsum uman u prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali.

Il-proteini pproċessati ta’ l-annimali, inkluż il-fdal li ma dabx għall-konsum uman, huma koperti minn dan il-kapitolu. Tinkludi widnejn niexfa tal-majjali għall-konsum uman.

Iz-zalzett huwa inkluż taħt it-titolu 1601 .

Kapitolu 3:   

Ħut u Krustaċji, Molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn

Dan il-kapitolu ma jkoprix

(a)

Il-mammiferi tat-titolu 0106 ;

(b)

il-laħam tal-mammiferi tat-titolu 0106 (it-titolu 0106 (it-titolu 0208 jew 0210 );

(c)

il-ħut (inkluż il-fwied u l-bajd tagħhom) jew il-krustaċji, il-molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra mejtin u li mhumiex tajba jew mhumiex adattati għall-konsum uman minħabba jew l-ispeċi tagħhom jew il-kondizzjoni tagħhom (il-Kapitolu 5); dqiq, pasti jew gerbub tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħra li mhumiex tajbin għall-konsum uman (it-titolu 2301 ); jew

(d)

il-kavjar jew is-sostituti tal-kavjar magħmulin mill-bajd tal-ħut (it-titolu 1604 )

 

 

Dan il-kapitolu jinkludi kemm ħut ħaj għat-trobbija u għar-riproduzzjoni, il-ħut ornamentali ħaj, u l-ħut ħaj jew il-krustaċji ħajjin li jiġi ttrasportat ħaj iżda li jiġi importat għall-konsum uman.

 

 

Il-prodotti kollha f’din it-taqsima huma soġġetti għal verifiki veterinarji.

0301

Ħut ħaj

Kollha: Jinkludi t-trot, is-sallur, il-karpjuni, jew kwalunkwe speċi oħra jew kwalunkwe ħuta oħra li tiġi importata għat-trobbija jew għar-riproduzzjoni.

Il-ħut ħaj importat għall-konsum immedjat mill-bniedem jiġi ttrattat, għal skopijiet ta’ verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti.

Jinkludi l-ħut ornamentali taħt it-titolu 0301 10 .

0302

Ħut, frisk jew imkessaħ, għajr qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tat-titolu 0304 *.

Kollha

0302 70

Fwied u bajd

 

0303

Ħut, iffriżat, għajr qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tat-titolu 0304 .

Kollha

Jinkludi: Is-Salamun tal-Paċifiku iżda esklużi l-fwied u l-bajd; is-salamun sockeye (salamun aħmar); salmonidae ieħor, esklużi l-fwied u l-bajd; it-trot; is-salamun ta’ l-Atlantiku; u l-ħut l-ieħor kollu.

0304

Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkappuljat jew le), frisk, imkessaħ jew iffriżat.

 

0305

Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar qabel jew matul il-proċess ta’ l-affumikar; dqiq, pasti u gerbub tal-ħut, tajbin għall-konsum uman.

Kollha: Jinkludi prodotti oħra tas-sajd bħal dqiq, pasti u gerbub tajbin għall-konsum uman magħmulin mill-ħut, mill-krustaċji jew minn invertebrati akkwatiċi oħra.

0306

Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura;

krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollija fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le,

iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub tal-krustaċji, tajbin għall-konsum uman.

Kollha: Il-krustaċji ħajjin importati għall-konsum immedjat mill-bniedem jitqiesu u jiġu ttrattati, għal skopijiet ta’ verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti.

0307

Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura;

invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji u l-molluski, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati,

imnixxfin, immelħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji, tajbin għall-konsum uman.

Kollha:

Dan jinkludi: Bonamia Ostreae u Martelia refringens, kif ukoll molluski u invertebrati akkwatiċi li setgħu kienu msajra u li mbagħad ġew imkessħin jew iffriżati.

Il-molluski ħajjin importati għall-konsum immedjat mill-bniedem jitqiesu u jiġu ttrattati, għal skopijiet ta’ verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti.

Dan jinkludi l-laħam ta’ l-ispeċi tal-bebbux.

0307 60 00

Il-bebbux għajr il-bebbux tal-baħar.

Jinkludi l-gastropodi ta’ l-art ta’ l-ispeċi Helix pomatiaLinné, Helix aspersaMuller, Helix lucorum u l-ispeċijiet tal-familja Achatinidae.

Jinkludi l-bebbux ħaj għall-konsum immedjat mill-bniedem kif ukoll il-laħam tal-bebbux għall-konsum uman.

Jinkludi l-bebbux imsajjar ftit minn qabel jew ipproċessat minn qabel.

0307 91 00

Invertebrati akkwatiċi ħajjin għajr il-krustaċji u l-molluski, ħajjin, friski, jew imkessħin.

Kollha

0307 99 90

Oħrajn: Dan il-kodiċi jinkludi dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji, tajbin għall-konsum uman.

Kollha: Jinkludi l-pasti tal-ħut għall-konsum uman.

Kapitoli 4:   

Prodotti tal-ħalib; bajd tat-tjur; għasel naturali; prodotti li jittieklu li joriġinaw mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra

1.

L-espressjoni “ħalib” tfisser ħalib intier (mhux xkumat) jew ħalib parzjalment jew kompletament xkumat.

2.

Għall-finijiet tat-titolu 0405 :

(a)

it-terminu “butir” ifisser butir naturali, butir tax-xorrox jew butir rikostitwit (frisk, immellaħ jew misnieħ, inkluż butir fil-laned) derivat esklużivament mill-ħalib, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 80 % jew aktar iżda mhux iktar minn 95 % tal-piż, b’kontenut massimu ta’ solidi-mhux-xaħam ta’ 2 % tal-piż, u b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % tal-piż. Il-butir m’għandux ikollu emulsjonanti miżjuda, iżda jista’ jkun fih klorur tas-sodju, ilwien ta’ l-ikel, melħ newtralizzanti u kolturi ta’ batterji li jipproduċu l-aċidu lattiku li ma jagħmlux ħsara;

(b)

l-espressjoni “dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib” tfisser emulsjoni li tinfirex tat-tip ilma-fiż-żejt, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib bħala l-uniku xaħam fil-prodott, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 39 % jew iktar iżda inqas minn 80 % tal-piż.

3.

Il-prodotti miksuba bil-konċentrazzjoni tax-xorrox u biż-żjieda tal-ħalib jew tax-xaħam tal-ħalib għandhom jiġu kklassifikati bħala ġobon fit-titolu 0406 sakemm dawn ikollhom it-tliet karatteristiċi li ġejjin:

(a)

kontenut ta’ xaħam tal-ħalib, tal-piż ta’ materjal xott, ta’ 5 % jew aktar;

(b)

kontenut ta’ materja niexfa, bil-piż, ta’ mill-inqas 70 % iżda mhux iżjed minn 85 %; u

(c)

dawn ikunu ffurmati jew jistgħu jingħataw forma.

4.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a)

il-prodotti miksuba mix-xorrox, li fihom, bil-piż, aktar minn 95 % ta’ laktows, espress bħala laktows anidru li jiġi meqjus fuq il-materjal xott (it-titolu 1702 ); jew

(b)

l-albumini (inklużi l-konċentrati ta’ żewġ proteini tax-xorrox jew aktar li fihom, bil-piż, aktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, meqjusin fuq il-materjal xott) (it-titolu 3502 ) jew il-globulini (it-titolu 3504 ).

0401

Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr ma fihom zokkor miżjud jew xi materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa.

Kollha: Ħalib jinkludi l-ħalib li ma jkunx ipproċessat, li jkun pasturizzat, jew ipproċessat bis-sħana.

Jinkludi frazzjonjijiet tal-ħalib.

Ħalib għall-għalf ta’ l-annimali huwa inkluż taħt t-titolu 2309 .

0402

Ħalib u krema, konċentrati jew biz-zokkor miżjud jew xi materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa.

Kollha

0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati jew le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa jew imħawwrin jew bi frott, ġewż jew kawkaw miżjud.

Kollha

Jinkludi krema, butir, u ħalib imħawwar, magħmul ġelì, iffriżat u ffermentat, u l-ħalib ikkonċentrat għall-konsum uman.

Il-ġelat huwa inkluż taħt it-titolu 2105 .

0404

Xorrox, kemm jekk ikkonċentrat jew le jew biz-zokkor miżjud jew b’materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa; prodotti li jikkonsistu minn kostitwenti tal-ħalib naturali, kemm jekk biz-zokkor miżjud jew b’materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa jew le, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra.

Kollha

0405

Butir u xaħmijiet u żjut oħra derivati mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib.

Kollha: Jinkludi d-dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib

0406

Ġobon u baqta

Kollha

0407 00

Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar.

Kollha: Jinkludi l-bajd għat-tifqis u bajd Speċifikat Liberu mill-Patoġeni (SPF), kif ukoll bajd għall-konsum uman.

Jinkludi “bajd ta’ 100 sena”.

L-albumin tal-bajd li mhux tajjeb għall-konsum uman huwa inkluż taħt it-titolu 3502 .

0408

Il-bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħolija fl-ilma, iffurmati, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk biz-zokkor jew b’materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa miżjud jew le.

Kollha: Dan it-titolu jinkludi l-prodotti tal-bajd kemm jekk ikunu ġew trattati bis-sħana jew le.

Dan it-titolu jinkludi bajd sħiħ mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd ta’ l-għasafar kollha. Il-prodotti ta’ dan it-titolu jistgħu jkunu friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħolija fl-ilma, iffurmati (pereżempju “bajd twil” ċilindriku), iffriżat jew ippreservat mod ieħor. Dawn kollha jaqgħu fit-titolu kemm jekk miżjuda biz-zokkor jew b’materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa jew le u kemm jekk jintużaw bħala ikel jew għal skopijiet industrijali (pereżempju fl-ikkunzar).

Dan it-titolu ma jkoprix

(a)

Żejt ta’ l-isfar tal-bajd (it-titolu 15.06 ).

(b)

Preparazzjonijiet tal-bajd li fihom tħawwir, ħwawar jew additivi oħra (it-titolu 21.06 ).

(c)

Lekitina (it-titolu 29.23 ).

(d)

Abjad tal-bajd separat (l-albumin tal-bajd) (it-titolu 35.02 ).

0409 00 00

Għasel naturali

Kollha

Dan it-titolu jinkludi l-għasel prodott min-naħal (Apis Mellifera) jew minn insetti oħra, iċċentrifugat jew fix-xehda jew li jkun fih biċċiet ta’ xehda, sakemm ma jkunx ġie miżjud iz-zokkor jew sustanza oħra. Għasel bħal dan jista’ jiġi magħżul skond is-sors, l-oriġini jew il-kulur tal-fjuri.

It-titolu jeskludi l-għasel artifiċjali u taħlitiet ta’ għasel naturali u artifiċjali (it-titolu 17.02 ).

0410 00 00

Prodotti li jittieklu li joriġinaw mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra.

Kollha

Dan it-titolu jinkludi r-Royal Jelly u l-Propolis u jinkludi wkoll l-għadam jew materjal ieħor ġej mill-annimali għall-konsum uman.

Insetti jew bajd ta’ l-insetti għall-konsum uman huma inklużi taħt dan it-titolu.

Dan it-titolu 0410 00 00 ikopri prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum uman, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra fin-nomenklatura magħquda. Dan jinkludi:

(a)

Il-bajd tal-fkieren

(b)

il-bejtiet tas-salangani (“bejtiet ta’ l-għasafar”)

It-titolu 0410 00 00 jeskludi d-demm ta’ l-annimali, li jittiekel jew le, likwidu jew imnixxef (it-titolu 05.11 jew 30.02 )

Kapitolu 5:   

Prodotti li joriġinaw mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra

 

 

Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla għal ċerti prodotti f’dan il-kapitolu huma stabbiliti fil- Kapitolu VIII (suf, xagħar, lanżit tal-ħnieżer, rix u partijiet mir-rix) fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a)

prodotti li jittieklu (għajr imsaren, bżieżaq u stonku ta’ l-annimali, sħaħ u bċejjeċ minnhom, u demm ta’ l-annimali, likwidu jew niexef);

(b)

ġlud (inklużi l-ferijiet), għajr l-oġġetti tat-titolu 0505 u bċejjeċ u skart simili ta’ ġlud mhux maħduma tat-titolu 0511 (il-Kapitolu 41 jew 43);

(c)

materjali ta’ tessuti ta’ l-annimali, għajr il-krin u l-iskart tal-krin (it-Taqsima XI); jew

(d)

għoqiedi jew trofof lesti għall-manifattura ta’ xkupi jew xkupilji (it-titolu 9603 ).

2.

Matul in-nomenklatura kollha in-nejbiet ta’ l-iljunfanti, ta’ l-ippopotami, ta’ l-odobenu, tan-narwal u taċ-ċingjal, il-qrun tar-rinoċeronti u s-snien ta’ l-annimali kollha jitqiesu bħala “avorju”.

3.

Matul in-nomenklatura kollha, l-espressjoni “krin” tfisser ix-xagħar tal-krinieri jew tad-dnub ta’ annimali ekwini jew ta’ l-ifrat (bovini).

0502 10 00

Lanżit u xagħar tal-ħnieżer, jew tal-ħnieżer salvaġġi; skart ta’ lanżit jew xagħar bħal dan.

Il-lanżit tal-ħnieżer mhux ipproċessat ifisser il-lanżit tal-ħnieżer li ma jkunx għadda mill-ħasil tal-fabbrika, ma jkunx inkiseb mill-ikkunzar, jew ma jkunx ġie ttrattat b’xi metodu ieħor sabiex ikun żgurat li ma jibqa’ l-ebda patoġenu.

0503 00 00

Krin u skart tal-krin.

Ix-xagħar kollu taħt dan il-kodiċi jrid ikun innotifikat lill-awtorità veterinarja kompetenti. Il-prova ta’ l-istatus ta’ l-ispeċi u tat-trattament mogħti tista’ tkun meħtieġa.

It-titolu 0503 jeskludi x-xagħar li jkun għadda minn proċess ta’ għażil jew li jkun mgħaqqad tarf ma’ tarf. Dan il-kodiċi jinkludi mhux biss krin mhux maħdum iżda wkoll krin li jkun ġie maħsul, miżbugħ, ibbliċjat, mibrum jew ippreparat mod ieħor.

0504 00 00

Imsaren, bżieżaq u stonku ta’ l-annimali (għajr tal-ħut), sħaħ u bċejjeċ minnhom, friski, imkessħin, iffriżati, immellħin, fis-salmura, imnixxfin jew affumikati.

Kollha: Jinkludi stonku, bżieżaq u intestini mnaddfin, immellħin, imnixxfin jew imsaħħnin li joriġinaw minn annimali ta’ l-ifrat (bovini), porċini, ovini, kaprini jew minn tjur.

0505

Il-ġlud u partijiet oħra minn għasafar, bir-rix jew bl-ewwel rix tagħhom, rix u partijiet mir-rix (kemm bit-truf mirqumin jew le) u l-ewwel rix, mhux maħdumin aktar minn imnaddfin, iddiżinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni; trab u skart tar-rix jew ta’ partijiet tar-rix.

Kollha – għajr rix dekorattiv ittrattat, rix ittrattat li jinġarr minn vjaġġaturi għall-użu privat tagħhom jew kunsinni ta’ rix ittrattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali.

It-titolu 0505 jkopri dawk mhux ittrattati kif ukoll dawk ittrattati kif ġej: sempliċement imnaddfa, iddiżinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni iżda li ma ġewx maħduma jew immuntati mod ieħor.

 

 

Rix ta’ tip li jintuża għall-mili; u l-ewwel rix, mhux ipproċessat jew rix ieħor.

0506

Għadam u ċ-ċentri tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, sempliċement ippreparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), ittrattati bl-aċidu jew deġelatinizzati; trab u skart ta’ dawn il-prodotti.

Jinkludi l-għadam għall-produzzjoni tal-ġelatina, jew tal-collagen jekk ikunu derivati minn karkassi li jkunu nqatlu għall-konsum uman u dqiq ta’ l-għadam għall-konsum uman.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla huma stabbiliti fil-Kapitolu X (għadam u prodotti ta’ l-għadam, eċċ) ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

0507

Avorju, il-qoxra tal-fekruna, (l-għadma tal-) balieni u x-xagħar ta’ l-għadam tal-balieni, qrejjen, qran imsarrġa, qawqab, dwiefer, dwiefer ippuntati u mnaqar, li mhumiex maħduma jew sempliċement ippreparati iżda mhumiex maqtugħin għall-forma; trab u skart ta’ dawn il-prodotti.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fil-Kapitolu VII ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Jinkludi trofej tal-kaċċa trattati minn għasafar u minn annimali bid-dwiefer li jkunu biss għadam, qrejjen, qawqab, dwiefer ippuntati, qrun imsaġġra, snien, ġlud minn pajjiżi terzi.

Ex05100000

Ambra griża, kastorju, żibett u misk, kantaridi, bila, imnixxfa jew le;

Glandoli u prodotti oħrajn ta’ l-annimali użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, friski, imkessħa, iffriżati jew ippreservati proviżorjament mod ieħor.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla huma stabbiliti fil-Kapitolu XI; prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ għalf, inkluż ikel għall-annimali domestiċi, u ta’ prodotti farmaċewtiċi u ta’ prodotti tekniċi oħrajn ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Il-glandoli, prodotti oħra ta’ l-annimali u l-bila huma koperti minn dan il-kodiċi.

Il-glandoli mnixxfa u l-prodotti huma koperti mit-titolu 3501 .

0511

Prodotti ta’ l-annimali mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum uman.

Jinkludi materjal ġenetiku (semen u embrijuni li joriġinaw mill-annimali bħal speċijiet ta’ annimali ta’ l-ifrat (bovini), ovini, kaprini, ekwini u porċini).

Jinkludi wkoll il-prodotti sekondarji tal-kategoriji 1 u 2.

0511 10 00

Semen ta’ l-annimali ta’ l-ifrat (bovini)

 

0511 91

Il-prodotti tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 3.

Kollha: jinkludi l-bajd tal-ħut għat-tifqis: u annimali mejtin. Jinkludi l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ l-ikel għall-annimali domestiċi u għal prodotti farmaċewtiċi jew tekniċi oħra.

0511 99 (10 )

Muskoli jew għeruq (tendons); bċejjeċ u skart simili ta’ ġlud mhux maħdumin.

Kollha

0511 99 90

Oħrajn

Kollha: l-embrijuni, l-ova, is-semen u l-materjal ġenetiku mhux kopert fi 0511 10 u ta’ l-ispeċijiet għajr l-annimali ta’ l-ifrat (bovini) li jaqgħu taħt dan t-titolu.

Jinkludi l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel ta’ l-annimali domestiċi jew prodotti teknoloġiċi oħrajn.

Jinkludi l-prodotti tan-naħal għall-użu fl-apikultura.

Jinkludi wkoll l-annimali mejtin tal-Kapitolu I (klieb u qtates).

Jinkludi l-materjal fejn il-karatteristiċi essenzjali ma jkunux ġew imbiddla, u d-demm ta’ l-annimali li jittiekel li mhux derivat mill-ħut, għall-konsum uman.

Kapitolu 12:   

Żrieragħ u frott żejtnin, diversi qmuħ, żrieragħ u frott: pjanti industrijali jew mediċinali: tiben u magħlef

 

 

Ċerti prodotti tal-pjanti biss huma soġġetti għall-kontrolli veterinarji.

Ex12130000

Tiben u ħliefa taċ-ċereali, mhux ippreparati, kemm jekk imqattgħin bċejjeċ, mitħuna,

ippressati jew f’forma ta’ gerbub jew le.

Jinkludi biss ħuxlief u tiben.

Ex12 14 (90 )

Swedes, mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, xnien (alfalfa), silla, sainfoin, kaboċċi għall-magħlef, lupina, ġulbiena u prodotti simili għall-għalf kemm jekk f’forma ta’ gerbub jew le;

Oħrajn.

Jinkludi biss ħuxlief u tiben.

Kapitolu 15:   

Xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xamgħat ta’ annimali jew ħxejjex

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix

(a)

ix-xaħam tal-majjal jew ix-xaħam tat-tjur tat-titolu 0209 ;

(b)

il-butir, ix-xaħam u ż-żejt tal-kawkaw (it-titolu 1804 );

(c)

preparazzjonijiet li jittieklu li fihom aktar minn 15 % bil-piż tal-prodotti tat-titolu 0405 (ġeneralment il-Kapitolu 21);

(d)

fdal li ma dabx (it-titolu 2301 ) jew il-fdalijiet tat-titoli 2304 sa 2306 ;

2.

It-titolu 1518 ma jkoprix xaħmijiet jew żjut jew il-frazzjonijiet tagħhom, żnaturati biss, li jiġu klassifikati taħt it-titolu xieraq għax-xaħmijiet u għaż-żjut u għall-frazzjonijiet korrispondenti tagħhom mhux żnaturati.

3.

Sapun sempliċi, tartru u residwi taż-żejt, żift ta’ l-istearina, żift tal-gliċerol u residwi tax-xaħam tas-suf jaqgħu fit-titolu 1522 .

 

 

Iż-żjut kollha derivati mill-annimali.

Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 kif indikat hawn taħt:

Il-Kapitolu IV ta’ l-Anness VII; xaħmijiet mirduda u żejt tal-ħut;

Il-Kapitolu XII ta’ l-Anness VIII; Xaħmijiet mirduda mill-materjali tal-kategorija 2 għal għanijiet oleokimiċi;

Il-Kapitolu XIII ta’ l-Anness VIII; id-derivattivi tax-xaħam.

Id-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti ta’ l-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut meta jkunu fl-istat pur tagħhom li jiġu prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra mhumiex inklużi.

1501 00

Xaħam tal-majjal (inkluż il-lardu) u xaħam tat-tjur, għajr dak tat-titolu 0209 jew 2.

Kollha

1502 00

Xaħmijiet ta’ annimali ta’ l-ifrat (bovini), tan-naħaġ jew tal-mogħoż, għajr dawk tat-titolu 1503 .

Kollha

1503 00

Stearina tal-lardu, żejt tal-lardu, oleostearina, oleo-oil u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħallta jew ippreparati mod ieħor.

Kollha

1504

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut jew tal-mammiferi marini, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament.

Iż-żjut tal-ħut – u ż-żjut minn mammiferi marini.

Il-preparazzjonijiet li jittieklu mħallta huma koperti mill-Kapitolu 21.

1506 00 00

Xaħmijiet u żjut oħra ta’ l-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament.

Xaħmijiet jew żjut mhux maqsuma, kif ukoll il-frazzjonijiet inizjali tagħhom prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra mhumiex inklużi.

It-titolu 1516 ikopri x-xaħmijiet u ż-żjut ta’ l-annimali u veġetali, li jkunu għaddew minn trasformazzjoni kimikali speċifika ta’ tip imsemmi hawn taħt, iżda li ma jkunux ġew ippreparati aktar.

It-titolu jkopri wkoll frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali jew veġetali li ġew ittrattati b’mod simili.

L-idroġenizzazzjoni, li tiġi affettwata billi l-prodotti jiġu f’kuntatt ma’ idroġenu pur f’temperatura u taħt pressjoni adattati fil-preżenza ta’ katalista (ġeneralment nikil imfarrak b’mod fin), tgħolli l-punti tat-tidwib tax-xaħmijiet u żżid il-konsistenza taż-żjut billi tittrasforma l-gliċeridi mhux saturati fi gliċeridi saturati b’punti ogħla ta’ tidwib.

1516 10

Xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali u veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew kompletament idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew eladinizzati, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux ippreparati aktar.

Ix-xaħmijiet u ż-żjut ta’ l-annimali biss. Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra mhumiex inklużi fil-verifiki veterinarji.

Għal finijiet veterinarji, id-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti ta’ l-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali meta jkunu fl-istat pur tagħhom li jiġu prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness VI għar-Regolament 1774/2002.

Ex15 18 00

Xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali u l-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollija, ossidati, deidrati, mogħtija l-kubrit, minfuħa, polimerizzati bis-sħana f’vakwu jew f’gass inerti jew li jkunu modifikati kimikament mod ieħor, għajr dawk tat-titolu 1516 ; taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux minn xaħmijiet jew żjut ta’ l-annimali jew veġetali jew minn frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti f’dan il-Kapitolu, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra.

Ix-xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali biss.

Ix-xaħmijiet mirduda biss.

Id-derivattivi tax-xaħam prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra mhumiex inklużi.

1518 00 (91 )

Xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali u l-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollija, ossidati, deidrati, mogħtija l-kubrit, minfuħa, polimerizzati bis-sħana f’vakwu jew f’gass inerti jew li jkunu modifikati kimikament mod ieħor, għajr dawk tat-titolu 1516 .

Ix-xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali biss.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla huma stabbiliti fil-Kapitolu XIII ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (għad-derivattivi tax-xaħam), u fil-Kapitolu XII ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal xaħmijiet mirduda mill-materjali tal-kategorija 2 għal għanijiet oleokimiċi.

1518 00 (95 )

Taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta’ xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali u veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom.

Xaħmijiet u preparazzjonijiet ta’ żejt derivati mill-annimali.

1521 90 (91 )

Xema’ tan-naħal mhux maħduma u xamgħat oħrajn ta’ l-insetti kemm jekk irfinuti jew le.

Xema’ tan-naħal għal finijiet tekniċi.

Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla huma stabbiliti fil-Kapitolu IX ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 – il-Prodotti ta’ l-Apikultura.

1521 90 (99 )

Oħrajn.

Il-prodotti tan-naħal għal finijiet ta’ apikultura.

Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla huma stabbiliti fil-Kapitolu IX ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 – il-prodotti ta’ l-apikultura. Il-prodotti ta’ l-apikultura għajr il-prodotti tan-naħal għall-apikultura jridu jiġu sottomessi taħt il-kodiċi 0511 99 “Oħrajn”.

Kapitolu 16:   

Preparazzjonijiet ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn:

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix il-laħam, il-fdal tal-laħam, il-ħut, il-krustaċji, il-molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn li jiġu ppreparati jew ippreservati bil-proċess speċifikat fil-Kapitolu 2 jew 3 jew fit-titolu 0504 .

2.

Il-preparazzjonijiet ta’ l-ikel jaqgħu taħt dan il-kapitolu sakemm dawn ikollhom aktar minn 20 % tal-piż f’zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom. Meta l-preparazzjoni jkun fiha tnejn jew aktar mill-prodotti msemmija aktar ’il fuq, din tiġi klassifikata fit-titolu tal-Kapitolu 16 li jikkorrispondi għall-komponent jew għall-komponenti li jippredominaw fil-piż. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-prodotti mimlija tat-titolu 1902 jew għall-preparazzjonijiet tat-titolu 2103 jew 2104 .

 

 

Dan il-kapitolu jinkludi l-prodotti komposti li fihom prodott ipproċessat ta’ l-annimali.

1601 00

Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet ta’ l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti.

Jinkludi laħam ippreservat f’forom differenti.

1602

Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn ippreparati jew ippreservati.

Jinkludi laħam ippreservat f’forom differenti.

1603 00

Estratti u sugu tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn.

Kollha: jinkludi s-surimi, il-proteini tal-ħut f’forma ta’ ġel kemm jekk imkessħin jew iffriżati.

1604

Ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut; ħut sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkappuljat.

Kollha: preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li fihom il-molluski jew il-ħut.

Jinkludi l-ħut fil-laned, u l-kavjar fil-laned f’kontenituri bla arja.

Il-prodotti tal-ħut imħallta bl-għaġin huma inklużi taħt it-titolu 1902 .

1605

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati.

Kollha. Il-bebbux ippreparat b’mod sħiħ jew ippreparat minn qabel jaqa’ taħt dan it-titolu.

Jinkludi l-krustaċji, jew invertebrati akkwatiċi oħrajn fil-laned.

Kapitolu 17:   

Zokkor u ħelu taz-zokkor

 

Dan il-kapitolu ma jkoprix zokkrijiet kimikament puri għajr is-sukrows, il-laktows, il-maltosju, il-glukows u l-fruktows.

 

1702 11 00

Il-laktows u l-ġulepp tal-laktows, li fihom, bil-piż, 99 % jew aktar ta’ laktows, espress bħala laktows anidru, meqjus fuq il-materjal xott.

 

Kapitolu 19:   

Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; il-prodotti ta’ koki ta’ l-għaġina

Dan il-kapitolu ma jkoprix, għajr fil-każ tal-prodotti mimlija tat-titolu 1902 , preparazzjonijiet ta’ l-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħm, demm, ħut, jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16).

 

 

Dan il-kapitolu jinkludi l-prodotti komposti li fihom prodotti ta’ l-annimali pproċessati.

1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ ikel mid-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet ta’ l-ikel mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas min 5 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra.

Il-preparazzjonijiet kulinari huma inklużi taħt il-Kapitoli 16 u 21.

Ex19 02

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew b’sustanzi oħra) u jew

ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini, lażanja, injokki,

ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le.

Jinkludi preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li fihom prodotti ta’ l-annimali.

1902 20 (10 )

Li fihom iktar minn 20 %, bil-piż, ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra.

Kollha

1902 20 (30 )

Li fihom iktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett u simili, ta’ laħam u ta’ fdal tal-laħam ta’ kwalunkwe tip, inklużi xaħmijiet ta’ kwalunkwe tip jew oriġini.

Kollha

1902 20 (91 )

Imsajra

Kollha

1902 20 (99 )

Oħrajn [għaġin mimli ieħor, mhux imsajjar].

Kollha

Ex19 05

Prodotti ta’ l-għaġina

Tinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam.

Kapitolu 20:   

Preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott, ġewż, jew ta’ partijiet oħra ta’ pjanti

Dan il-kapitolu ma jkoprix il-preparazzjonijiet ta’ l-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16).

Ex20 04

Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 .

Dan il-kapitolu jinkludi l-prodotti komposti li fihom prodotti ta’ l-annimali pproċessati.

Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam.

Ex20 05

Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 .

Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam.

Kapitolu 21:   

Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix il-preparazzjonijiet ta’ l-ikel, għajr il-prodotti deskritti fit-titoli 2103 jew 2104 , li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, jew kwalunkwe taħlita oħra tagħhom (il-Kapitolu 16).

2.

Għall-għanijiet tat-titolu 2104 , l-espressjoni “preparazzjonijiet komposti ta’ l-ikel omoġenizzati” tfisser preparazzjonijiet magħmulin minn taħlita omoġenizzata fina ta’ żewġ ingredjenti bażiċi jew aktar bħal ħut, laħam, ħxejjex jew frott, ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut bħala ikel għat-trabi jew għal għanijiet dietetiċi, f’kontenituri ta’ kontenut ta’ piż nett li ma jaqbiżx il-250 g. Għall-applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni, m’għandhomx jitqiesu l-kwantitajiet żgħar ta’ kwalunkwe ingredjent li jista’ jiġi miżjud mat-taħlita għat-taħwir, għall-preservazzjoni jew għal għanijiet oħrajn. Dawn il-preparazzjonijiet jista’ jkun fihom kwantità żgħira ta’ bċejjeċ viżibbli ta’ ingredjenti.

 

 

Dan il-kapitolu jinkludi l-prodotti komposti li fihom prodott ipproċessat ta’ l-annimali.

Ex21 03 (90 90 )

Zlazi u preparazzjoni tagħhom; kondimenti mħallta u ħwawar imħallta; dqiq u pasta tal-mustarda, u mustarda ppreparata.

Oħrajn

Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam.

Ex21 04

Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet ta’ l-ikel komposti omoġenizzati.

Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam jew prodotti li joriġinaw mill-annimali skond din id-Deċiżjoni.

Ex21 05 00

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le.

Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-ħalib ipproċessat skond din id-Deċiżjoni.

Ex21 06

Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra.

Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam jew prodotti li joriġinaw mill-annimali skond din id-Deċiżjoni.

Ex21 06 10

Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa.

Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali skond din id-Deċiżjoni.

2106 90 (10 )

Fondues tal-ġobon

Kollha

2106 90 (98 )

Oħrajn

Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam jew prodotti li joriġinaw mill-annimali skond din id-Deċiżjoni.

Kapitolu 23:   

Fdal u skart mill-industrija ta’ l-ikel; għalf ta’ l-annimali ppreparat

It-titolu 2309 jinkludi l-prodotti ta’ kwalità li jintużaw għall-għalf ta’ l-annimali, li mhumiex speċifikati jew imsemmijin band’oħra, magħmulin permezz ta’ l-ipproċessar ta’ materjali veġetali jew ta’ l-annimali f’tali stat li jkunu jitilfu l-karatteristiċi essenzjali tal-materjal oriġinali, għajr l-iskart veġetali, il-fdal veġetali u l-prodotti sekondarji ta’ pproċessar bħal dan.

2301

Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew ta’ fdal tal-laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, ta’ molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħra, li mhumiex tajbin għall-konsum uman; fdal li ma dabx.

Jinkludi: proteina pproċessata ta’ l-annimali mhux għall-konsum uman.

Pasta tal-laħam u ta’ l-għadam, pasta tar-rix, fdal li ma dabx imnixxef, kollha mhux għall-konsum uman.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-proteina pproċessata ta’ l-annimali huma kif stabbilit fil-Kapitolu II ta’ l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Ex23 09

Preparazzjonijiet ta’ tip li jintużaw għall-għalf ta’ l-annimali.

Jinkludi ikel ta’ l-annimali domestiċi, mgħid tal-klieb (dog chews) u taħlitiet ta’ pasta.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-ikel ta’ l-annimali domestiċi u għall-mgħid tal-klieb (dog chews) huma kif stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

2309 10

Ikel tal-klieb u l-qtates, ippreżentat għall-bejgħ bl-imnut.

Kollha

2309 90

Oħrajn

Dan it-titolu jinkludi prodotti li fihom materjali li jinħallu tal-ħut jew tal-mammiferi marini, prodotti tal-ħalib jew karboidrati oħra.

Jinkludi l-colostrum u l-ħalib likwidu mhux għall-konsum uman, u l-prodotti li fihom il-ħalib li mhumiex għall-konsum uman.

2309 90 (99 )

Oħrajn

Jinkludi prodotti tal-bajd mhux għall-konsum uman u prodotti pproċessati oħra li joriġinaw mill-annimali mhux għall-konsum uman.

Il-prodotti għal finijiet ta’ għalf ta’ l-annimali, inklużi taħlitiet ta’ pasti (bħal qawqab u qrun eċċ).

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-prodotti tal-bajd huma kif stabbiliti fil-Kapitolu X ta’ l-l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

Kapitolu 28:   

Il-prodotti ta’ l-industrija kimikali jew dawk relatati magħha

Ex28 35

Fosfinati (ippofosfiti), fosfonati (fosfiti) u fosfati; polifosfati kemm jekk definiti kimikament jew le.

Ċerti fosfati tal-kalċju biss huma soġġetti għall-verifiki.

2835 (25 )

Ortofosfat ta’ idroġenu tal-kalċju (fosfat tal-kalċju) (‘fosfat dikalkariku’).

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-fosfat dikalkariku huma stabbiliti fil-Kapitolu VII ta’ l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

2835 (26 )

Fosfati oħra tal-kalċju.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-fosfat trikalkariku huma kif stabbiliti fil-Kapitolu VIII ta’ l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Kapitoli 30:   

Prodotti farmaċewtiċi

 

 

Il-prodotti mediċinali lesti mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni veterinarja għall-importazzjoni. Il-prodotti intermedji derivati mill-materjal tal-kategorija 3 u li huma maħsuba għall-użi tekniċi f’tagħmir mediku, f’dijanjożi in vitro, f’reaġenti tal-laboratorju u fil-kożmetiċi huma inklużi.

3001

Glandoli u organi oħra għal użi organo-terapewtiċi, imnixxfa, magħmulin trab jew le; estratti ta’ glandoli jew ta’ organi oħra jew tat-tnixxijiet tagħhom għal użi organo-terapewtiċi; ħeparina u l-melħ tagħha; sustanzi tal-bniedem jew ta’ l-annimali oħra li jiġu ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra.

Jinkludi: Materjal derivat mill-annimali biss.

Irreferi għar-rekwiżiti ta’ l-għażla fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002:

Il-Kapitolu IV ta’ l-Anness VIII: id-demm u l-prodotti mid-demm għall-prodotti tekniċi għajr is-serum ta’ l-equidae, u l-Kapitolu XI ta’ l-Anness VIII, il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ l-għalf, inkluż l-ikel għall-annimali domestiċi, u ta’ prodotti tekniċi esklużi l-prodotti intermedjarji kif imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni 2007/2006/KE (4).

3001 (10 )

Glandoli u organi oħrajn, imnixxfa, magħmulin trab jew le.

Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss.

3001 (20 90 )

Estratti ta’ glandoli jew ta’ organi oħra jew tat-tnixxijiet tagħhom, oħrajn.

Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss.

Ex30 02

Demm tal-bniedem; demm ta’ l-annimali li jiġi ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi; antisera u frazzjonijiet oħra tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksuba permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi jew le; vaċċini, tossini, kolturi ta’ mikro-organiżmi (għajr ħmira) u prodotti simili.

Prodotti li joriġinaw mill-annimali biss.

3002 (10 10 )

Antisera u frazzjonijiet oħra tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksuba permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi jew le.

Antisera li joriġinaw mill-annimali biss.

Jeskludi l-prodotti mediċinali ppreparati u lesti għall-konsumatur finali.

Taħt it-titolu 3002 ir-rekwiżiti ta’ l-għażla huma bħalma huma għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 9 fi:

il-Kapitolu III ta’ l-Anness VII, (il-prodotti tad-demm);

il-Kapitolu IV ta’ l-Anness VIII, (demm u prodotti tad-demm għall-prodotti tekniċi);

il-Kapitolu V ta’ l-Anness VIII (is-serum ta’ l-equidae).

3002 (10 99 )

Emoglobina, globulini tad-demm u globulini tas-serum. Oħrajn.

Materjal derivat mill-annimali biss.

3002 (90 30 )

Demm ta’ l-annimali ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi.

 

Ex30 02 (90 50 )

Kolturi ta’ mikro-organiżmi.

Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni.

Ex30 02 (90 90 )

Oħrajn

Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni.

Kapitolu 31:   

Fertilizzanti

 

 

Dan il-kapitolu ma jkoprix id-demm ta’ l-annimali tat-titolu 0511 .

Ex31010000

Fertilizzanti ta’ l-annimali, imħallta flimkien jew ittrattati kimikament jew le; fertilizzanti prodotti bit-taħlit jew bi trattament kimiku ta’ prodotti ta’ l-annimali jew veġetali.

Prodotti derivati mill-annimali biss f’forma mhux adulterata. Jinkludi d-demel, iżda taħlitiet ta’ demel u kimiċi, u fertilizzanti huma esklużi.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għad-demel, għad-demel ipproċessat jew għall-prodotti mid-demel ipproċessat huma stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Kapitolu 35:   

Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enżimi

Ex35 01

Kaseina, kaseinati u derivattivi oħra tal-kaseina; kolol tal-kaseina.

Kaseina għall-konsum uman jew għal finijiet ta’ għalf ta’ l-annimali.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-ħalib, għall-prodotti bbażati fuq il-ħalib u għall-colostrum mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Ex35 02

Albumini (inklużi l-konċentrati ta’ żewġ proteini tax-xorrox jew aktar, li fihom, bil-piż, aktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, meqjusa fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħra ta’ l-albumin.

Jinkludi l-prodotti derivati mill-bajd u derivati mill-ħalib kemm jekk għall-konsum uman jew mhux għall-konsum uman (inkluż għal finijiet ta’ l-għalf ta’ l-annimali) kif speċifikat aktar ‘l isfel.

Il-prodotti tal-bajd u l-prodotti tal-ħalib, u l-prodotti pproċessati għall-konsum uman huma kif iddefiniti fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-prodotti tal-bajd mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002: il-Kapitolu X ta’ l-Anness VII; u għall-ħalib, il-prodotti bbażati fuq il-ħalib u l-colostrums mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002: il-Kapitolu V ta’ l-Anness VII.

Ex35 03 00

Ġelatina (inkluża l-ġelatina f’folji rettangolari [inklużi dawk kwadri], bil-wiċċ maħdum jew ikkuluriti jew le) u d-derivattivi tal-ġelatina; ġelì ċar; kolol oħra li joriġinaw mill-annimali, għajr il-kolol tal-kaseina tat-titolu 3501 .

Il-ġelatina għall-konsum uman u għall-industrija ta’ l-ikel.

Il-ġelatina taħt it-titolu 9602 , (kapsuli vojta) huma esklużi mill-verifiki veterinarji.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-ġelatina u għall-proteina idrolizzata mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fil-Kapitolu VI ta’ l-Anness VII għar-Regolament 1774/2002.

Ex35040000

Peptuni u d-derivattivi tagħhom; sustanzi oħra ta’ proteini u d-derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; trab għall-ġilda (hide powder) ikkromat jew le.

Collagen u proteini idrolizzati.

Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-ġelatina u għall-proteina idrolizzata huma stabbiliti fil-Kapitolu VI ta’ l-Anness VII għar-Regolament 1774/2002

Jinkludi l-prodotti tal-collagen ibbażati fuq il-proteini derivati mill-ġlud u mill-għeruq (tendons) ta’ l-annimali, inkluż l-għadam fil-każ tal-ħnieżer, tat-tjur u tal-ħut.

Jinkludi l-proteini idrolizzati li jikkonsistu minn polipeptidi, peptidi jew aċti amminiċi, u taħlitiet tagħhom, miksuba bl-idroliżi tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali.

Jinkludi kwalunkwe prodotti sekondarji tal-ħalib għall-konsum uman.

Ex35 07

Enżimi; enżimi ppreparati li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra.

Rennet u konċentrati għall-konsum uman

3507 10 00

Rennet u konċentrati tagħha.

 

Kapitolu 41:   

Ġlud mhux maħdumin (għajr ferijiet) u ġilda

 

 

Ġlud ta’ annimali bid-dwiefer u ta’ l-għasafar biss taħt it-titoli 4101 , 4102 , 4103 .

Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla għall-ġlud ta’ annimali bid-dwiefer huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 l-Anness VIII Kapitolu VI.

4101

Ġlud mhux maħdumin ta’ bhejjem ta’ l-ifrat (bovini) (inkluż il-buflu) jew ta’ annimali ekwini (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċtu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar) bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le.

Il-verifiki veterinarji japplikaw biss għall-ġlud friski, imkessħa jew ittrattati.

Jinkludi ġlud imnixxfa, immelħin fix-xott, immelħin fin-niedi, jew ippreservati bi proċess għajr l-ikkunzar.

4102

Ġlud mhux maħdumin tan-nagħaġ jew tal-ħrief (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċtu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar) bis-suf jew maqsumin jew le, għajr dawk esklużi bin-Nota 1 (c) għal dan il-Kapitolu.

Japplika biss għal ġlud friski, imkessħa jew ittrattati.

Jinkludi ġlud imnixxfa, immelħin fix-xott, immelħin fin-niedi, jew ippreservati bi proċess għajr l-ikkunzar.

4103

Ġlud mhux maħdumin oħra (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċitu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar, bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le, għajr dawk esklużi bin-Nota 1 (b) jew 1 (c) għal dan il-Kapitolu.

Jinkludi biss ġlud friski, imkessħa jew ittrattati.

Jinkludi ġlud ta’ għasafar jew ħut u possibilment trofej tal-kaċċa.

Kapitolu 42:   

Oġġetti tal-ġilda; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż ta’ l-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-musrana ta’ l-annimali (għajr il-musrana tad-dudu tal-ħarir)

1.

Dan il-kapitolu ma jkoprix (fost prodotti oħra) dawn li ġejjin ta’ interess veterinarju:

(a)

korda tal-musrana kirurġika sterili jew materjali għas-sutura sterili simili (it-titolu 3006 );

(b)

kordi, ġlud għat-tnabar jew bħalhom, jew bċejjeċ oħra ta’ strumenti mużikali (it-titolu 9209 ).

4205 00 00

Oġġetti oħra tal-ġilda jew tal-ġilda artifiċjali.

Jinkludi materjali għall-manifattura ta’ mgħid għall-klieb (dog chews).

Ex42 06

Oġġetti mill-imsaren (għajr il-musrana tad-dudu tal-ħarir) tal-goldbeater’s skin, mill-bżieżaq jew mill-għeruq.

Jinkludi wkoll materjal għall-manifattura ta’ mgħid għall-klieb (dog chews).

Kapitolu 43:   

Ġild tal-fer u fer artifiċjali; manifatturi tagħhom

1.

Matul in-nomenklatura magħquda, ir-referenzi għal “ferijiet”, għajr għal ferijiet mhux maħduma tat-titolu 4301 , japplikaw għall-ġlud ta’ l-annimali kollha li ġew ikkunzati jew ippreparati bix-xagħar jew bis-suf mhux imneħħi.

2.

Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a)

il-ġlud ta’ l-għasafar jew bċejjeċ ta’ ġlud ta’ l-għasafar, bir-rix jew bl-ewwel rix tagħhom (it-titolu 0505 jew 6701 );

(b)

il-ġlud mhux maħdumin, bix-xagħar jew bis-suf mhux imneħħi, tal-Kapitolu 41 (ara n-nota 1(c) għal dak il-kapitolu).

Ex43 01

Ferijiet mhux maħduma (bl-irjus, bid-dnub, bis-saqajn u b’biċċiet jew qatgħat oħra, tajbin għall-użu ta’ min jaħdem il-fer), għajr il-ġlud mhux maħdumin tat-titoli 4101 , 4102 jew 4103 .

Ta’ l-għasafar jew ta’ l-annimali bid-dwiefer biss.

4301 (30 00 )

Tal-ħrief, li ġejjin: ta’ l-Astrakan, Broadtail, tal-Karakul, il-Persjani u ħrief simili, jew ta’ ħrief Indjani, Ċiniżi, Mongoli jew Tibetani, sħaħ, bir-ras, bid-denb jew bis-saqajn jew le.

Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla għall-ġlud ta’ l-annimali bid-dwiefer huma stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

4301 (80 80 )

Oħrajn

Ta’ l-għasafar jew ta’ l-annimali bid-dwiefer biss.

4301 (90 00 )

Irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħra tajbin għall-użu ta’ min jaħdem il-fer.

 

Kapitolu 51:   

Suf, xagħar fin jew aħrax ta’ l-annimali; ħjut u drapp minsuġ minn krin

(a)

“Suf” tfisser il-fibra fina imkabbra min-nagħaġ jew mill-ħrief.

(b)

“Xagħar fin ta’ l-annimali” tfisser ix-xagħar ta’ l-alpaka, tal-ljama, tal-vikunja, tal-ġemel, tal-jak, tal-mogħoż ta’ Angora, Tibetani, Kaxmer jew bħalhom (iżda mhux mogħoż komuni), tal-fenek, (inkluż il-fenek ta’ Angora), tal-liebru, tal-kastur, tan-nutria jew tal-far tal-misk ta’ l-ilma.

(c)

“Xagħar aħrax ta’ l-annimali” tfisser ix-xagħar ta’ l-annimali mhux imsemmija hawn fuq, għajr ix-xagħar u l-lanżit għall-manifattura ta’ l-ixkupilji (it-titolu 0502 ) u l-krin (it-titolu 0503 ).

 

 

Għat-titoli 5101 -5103 . Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-għażla għas-suf, għal-lanżit tal-ħnieżer, għar-rix u għal partijiet mir-rix huma stabbiliti fil-Kapitolu VIII ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

“Mhux ipproċessat” hija kif ġiet iddefinita għall-prodott rilevanti fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 ta’ hawn fuq.

5101

Suf, mhux imqardex jew mimxut.

Suf mhux ipproċessat

5102

Xagħar fin jew aħrax ta’ l-annimali, mhux imqardex jew mimxut.

Xagħar mhux ipproċessat

Ex51 03

Skart tas-suf jew ta’ xagħar fin jew aħrax ta’ l-annimali, inkluż skart tal-ħjut iżda eskluż materjal garnetted.

Suf mhux ipproċessat

5103 (10 10 )

Suf li jibqa’ fil-moxt tat-trixtil mhux karbonizzat.

Suf mhux ipproċessat

Kapitolu 95:   

Ġugarelli, logħob u rekwiżiti ta’ l-isports; bċejjeċ u aċċessorji tagħhom

Ex95 08

Karużelli, bandli, postijiet għall-isparar fuq il-bersalji (shooting galleries) u logħob ieħor tal-luna park; ċirkli li jivvjaġġaw; postijiet mhux fissi fejn jitqiegħdu annimali taċ-ċirkli jew tal-wirjiet (travelling menageries); teatri li jivvjaġġaw.

Ċirkli u postijiet fejn jitqiegħdu annimali taċ-ċirkli jew tal-wirjiet (menageries) b’annimali ħajjin.

9508 10

Ċirkli li jivvjaġġaw u postijiet mhux fissi fejn jitqiegħdu annimali taċ-ċirkli jew tal-wirjiet (travelling menageries).

Ċirkli u postijiet fejn jitqiegħdu annimali taċ-ċirkli jew tal-wirjiet (menageries) b’annimali ħajjin.

Kapitolu 97:   

Xogħlijiet ta’ l-arti, bċejjeċ tal-kollezzjoni u antikitajiet

Ex97050000

Kollezzjonijiet u biċċiet tal-kollezzjonisti ta’ interess żoologiku, botaniku, mineraloġiku, anatomiku, storiku, arkeoloġiku, paleontoloġiku, etnolografiku jew numiżmatiku.

Prodotti derivati mill-annimali biss.

Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fil-Kapitolu VII ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Jeskludi t-trofej tal-kaċċa minn annimali bid-dwiefer jew minn għasafar li jkunu għaddew minn trattament komplut ta’ tassidermija sabiex tiġi żgurata l-preservazzjoni tagħhom f’temperaturi ambjentali, u trofej tal-kaċċa minn speċijiet oħra għajr l-annimali bid-dwiefer u l-għasafar (ittrattati jew mhux ittrattati).


(1)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(3)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98.


ANNESS II

L-oġġetti ta’ l-ikel li mhumiex soġġetti għal verifiki veterinarji skond id-Direttiva 97/78/KE skond l-Artikolu 6.1. (b) ta’ din id-Deċiżjoni

 

Gallettini

 

Ħobż

 

Kejkijiet

 

Ċikkulata

 

Ħlewwiet (inkluż il-ħelu)

 

Kapsuli tal-ġelatina mhux mimlija

 

Supplimenti ta’ l-ikel ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom ammonti żgħar ta’ prodott ta’ l-annimali, u dawk li jinkludu l-glucosamine, il-chondroitin, jew il-chitosan.

 

Estratti tal-laħam u konċentrati tal-laħam.

 

Żebbuġ mimli bil-ħut.

 

Għaġin u taljarini mhux imħallta jew mimlija bi prodott tal-laħam.

 

Stokk tas-sopop u ħwawar ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom estratti tal-laħam, konċentrati tal-laħam, xaħmijiet ta’ l-annimali, jew żjut, trabijiet jew estratti tal-ħut.