31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1045


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ April 2007

li taħtar erba' membri Ċeki u erba' membri supplenti Ċeki fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/261/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ċek,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal- 25 ta' Jannar 2010.

(2)

Saru vakanti erba' postijiet ta' membri tal-Kumitat tar-Reġjuni mat-tmiem tal-mandati tas-Sur GANDALOVIČ, is-Sur HANÁK, is-Sinjura LANGŠÁDLOVÁ u s-Sur ÚHLELA. Saru vakanti erba' postijiet ta' membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni mat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura HALANOVÁ, is-Sur PRŮŠA, is-Sur TESAŘÍK, u s-Sur BYTEL.

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Huma maħtura bħala membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:

a)

bħala membri:

Is-Sur Jan KUBATA,

Sindku tal-Belt ta' Ústí n. Labem,

Is-Sur Juraj THOMA,

Sindku tal-Belt ta' České Budějovice,

s-Sinjura Helena LANGŠÁDLOVÁ, Viċi-sindku tal-Muniċipalità ta' Černošice,

Středočeský kraj (bidla fil-mandat),

Is-Sur Jiří BYTEL, Sindku tal-muniċipalità ta' Velká Hleďsebe,

Karlovarský kraj (konferma tal-mandat),

u

b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Tomáš ÚLEHLA, Membru tal-Kunsill tal-Belt ta' Zlín

(konferma tal-mandat),

Is-Sinjura Jana ČERMÁKOVÁ,

Viċi-Sindku tal-Muniċipalità ta' Proboštov,

Is-Sinjura Ivana STRÁSKÁ,

Viċi-Sindku tal-Belt ta' Milevsko,

Is-Sinjura Sylva KOVÁČIKOVÁ,

Sindku tal-belt ta' Bílovec,

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ April 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.