|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
498 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta' April 2007
li tistabbilixxi ċ-ċertifikati veterinarji l-ġodda għall-introduzzjoni ta' annimali ħajjin, tas-semen, ta' l-embrijuni, ta' l-ova u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali fil-Komunità fil-qafas tad-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE, 95/328/KE, 96/333/KE, 96/539/KE, 96/540/KE, 2000/572/KE, 2000/585/KE, 2000/666/KE, 2002/613/KE, 2003/56/KE, 2003/779/KE, 2003/804/KE, 2003/858/KE, 2003/863/KE, 2003/881/KE, 2004/407/KE, 2004/438/KE, 2004/595/KE, 2004/639/KE u 2006/168/KE
(notifikat bid-dokument numru C(2007) 1622)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/240/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae (razza taż-żwiemel) (3), partikolarment l-Artikolu 16(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kundizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta' l-annimali u prodotti ta' l-akkwakultura (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ, u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa ta' l-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) ta' Direttiva 90/425/KEE (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(2)(b) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardjaw prodotti sekondarji ta' l-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum uman (8), u partikolarment l-Artikolu 29(6) u l-Artikolu 32 tiegħu,
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-tranżitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (9), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1), punt e tiegħu),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (10), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
billi:
|
(1) |
Iċ-ċertifikati veterinarji, sanitarji u tas-saħħa meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-introduzzjoni ta' l-annimali ħajjin, tas-semen, ta' l-embrijuni, ta' l-ova u tal-prodotti li ġejjin mill-annimali fil-Komunità, huma bħalissa ppreżentati skond għadd kbir ta' mudelli grafiċi differenti, stabbiliti f'numru ta' dispożizzjonijiet frammentarji. Minkejja d-differenzi ta' preżentazzjoni grafika, il-kontenut taċ-ċertifikati hu bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak li għandu x'jaqsam mat-tagħrif li għandu jiġu pprovdut. L-użu taċ-ċertifikati mill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi se jiġi ssimplifikat fil-biċċa l-kbira bl-istandardizzazzjoni tal-mudelli eżistenti. |
|
(2) |
Barra minn hekk din l-istandardizzazzjoni deher li kienet indispensabbli għal trattament informatiku effiċjenti taċ-ċertifikati fil-qafas tas-sistema stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE tad-19 ta' Awwissu 2003 rigward l-iżvilupp ta' sistema informatika veterinarja integrata msemmija TRACES (11). |
|
(3) |
Din l-istandardizzazzjoni se tħaffef u tgħaġġel il-proċeduri amministrattivi fil-fruntiera billi tippermetti transfer awtomatiku tat-tagħrif li jinsab f'dawn iċ-ċertifikati lejn id-dokumenti veterinarji komuni ta' dħul imponuti mir-Regolament (KE) Nru 136/2004 tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (12) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 tat-18 ta' Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità (13). |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
1. Il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati veterinarji, sanitarji u tas-saħħa differenti meħtieġa għall-introduzzjoni ta' l-annimali ħajjin, tas-semen, ta' l-embrijuni, ta' l-ova u tal-prodotti li ġejjin mill-annimali fil-Komunità kif ukoll iċ-ċertifikati għat-tranżitu mill-Komunità tal-prodotti li joriġinaw mill-animali hi magħmula fuq bażi ta' mudelli uniċi ta' ċertifikat veterinarju li jidher fl-Anness I.
2. L-ewwel parti tal-mudelli uniċi msemmija fil-paragrafu 1, rigward it-tagħrif dwar il-lott mibgħut, tieħu post il-partijiet korrispondenti tal-mudelli ta' ċertifikat stabbiliti fid-dispożizzjonijiet Komunitarji msemmija fl-Anness II.
3. Fil-parti II tal-mudelli uniċi msemmija fil-paragrafu 1, rigward iċ-ċertifikazzjoni mill-awtorità kompetenti, jissemmew iċ-ċertifikati ta' saħħa pubblika, iċ-ċertifikati tas-saħħa, iċ-ċertifikati ta' saħħa ta' l-annimali, iċ-ċertifikati jew id-dikjarazzjonijiet tal-benessri ta' l-annimali, iċ-ċertifikati, tagħrif, informazzjoni jew data sanitarja, iċ-ċertifikati jew ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mat-trasport ta' l-annimali, il-ħtiġijiet partikolari u l-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali bħal ma huma msemmija fiċ-ċertifikati, stipulati mid-dispożizzjonijiet Komunitarji msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Iċ-ċertifikati veterinarji, sanitarji jew tas-saħħa konformi mal-mudelli stabbiliti mid-dispożizzjonijiet Komunitarji msemmija fl-Anness II jistgħu jkunu, mingħajr aktar emendi, użati mill-pajjiżi terzi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta' April 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/16/KE (ĠU L 11, 17.1.2006, p. 21).
(2) ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).
(3) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352.
(4) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(5) ĠU L 46 tad-19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.
(6) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 319); korrett bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 128.
(8) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98).
(9) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320.
(10) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).
(11) ĠU L 216, 28.8.2003, p. 58.
(12) ĠU L 21, tat-28.1.2004, p. 11.
(13) ĠU L 49, tad-19.2.2004, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 585/2004 (ĠU L 91, tat-30.3.2004, p. 17).
ANNESS I
Parti I: mudell għall-annimali
Parti I: mudell għall-prodotti
Parti I: mudell għall-prodotti fi tranżitu/stokkjar
Parti I: mudell għas-semen, embrijuni u ova
Parti II
NOTI TA' SPJEGAZZJONI DWAR IĊ-ĊERTIFIKAT VETERINARJU TA' INTRODUZZJONI TA' L-ANNIMALI ĦAJJIN, TAS-SEMEN, TA' L-EMBRIJUNI, TA' L-OVA U TAL-PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI FIL-KOMUNITÀ EWROPEA
Ġeneralitajiet: Jekk jogħġbok imla d-dokument b'ittri kbar: Biex tikkonferma għażla, jekk jogħġbok immarka il- Kaxxa jew ikteb l-ittra X.
Meta jissemmew, il-kodiċi ISO jagħmlu referenza għall-kodiċi tal-pajjiż b'żewġ ittri, Skond in-norma internazzjonali ISO 3166 alpha-2.
L-ewwel Parti – Tagħrif rigward il-lott mibgħut
Pajjiż: Jekk jogħġbok indika l-isem tal-pajjiż terz li joħroġ iċ-ċertifikat
Kaxxa I.1.
Mingħand: Jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u r-reġjun/provinċja/stat skond il-każ) tal-persuna fiżika jew morali li tibgħat il-lott. Hu rrakkomandat li jingħata n-numru tat-telefown, tal-fax jew l-email.
Kaxxa I.2:
In-Nru ta' referenza taċ-ċertifikat hu numru li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz għandu jagħti skond il-klassifikazzjoni tiegħu stess.
Kaxxa I.2.a
Irriżervat għall-avviż TRACES. In-Nru TRACES taċ-ċertifikat hu numru ta' referenza uniku mogħti mis-sistema TRACES.
Kaxxa I.3:
Awtorità ċentrali kompetenti: Isem ta' l-awtorità ċentrali tal-pajjiz li qed jibgħat responsabbli għaċ- ċertifikazzjoni.
Kaxxa I.4:
Awtorità lokali kompetenti: fejn meħtieġ, isem l-awtorità lokali responsabbli tal-post ta' oriġini jew il-post tal-pajjiz li jibgħat, responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni.
Kaxxa I.5:
Destinatarju: jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u kodiċi postali) tal-persuna fiżika jew morali lil min hu indirizzat il-lott fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.
F'każ ta' tranżitu tal-merkanzija fi ħdan l-UE, dan it-tagħrif mhux obbligatorju.
Kaxxa I.6:
Responsabbli mit-tagħbija fi ħdan l-UE:
|
1: |
f'każ ta' tranżitu tal-prodotti fi ħdan l-UE: jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u l-kodiċi postali). Hu rrakkomandat li jingħataw in-numri tat-telefown tal-fax jew l-email. Din il-persuna hi responsabbli mil-lott waqt il-preżentazzjoni tiegħu fil-post ta' spezzjoni bejn il-fruntieri u tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti f'isem l-importatur: |
|
2: |
f'każ ta' importazzjoni tal-prodotti, l-annimali jew is-semen, l-embrijuni, l-ova fl-UE: Irriżervat għall-avviż TRACES, jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u l-kodiċi postali). Hu rrakkomandat li jingħataw in-numri tat-telefown il-fax .jew l-email. |
Dan it-tagħrif jista' jiġi emendat sat-twaqqif ta' dokument veterinarju komuni ta' dħul.
Kaxxa I.7:
Il-pajjiż ta' l-oriġini: Jekk jogħġbok indika l-isem tal-pajjiż terz fejn il-prodotti finali ġew prodotti, magħmula jew imballatti jew fejn l-annimali qagħdu tul il-perjodu legali meħtieġ.
Kaxxa I.8:
Reġjun ta' l-oriġini: Jekk hemm bżonn: Tikkonċerna biss l-ispeċi jew il-prodotti miltquta minn miżuri ta' reġjonalizzazzjoni jew mit-twaqqif ta' żoni miftehma skond Deċiżjoni tal-Komunità Ewropea. Ir-reġjuni jew iż-żoni miftehma għandhom jiġu indikati kif inhuma deskritti fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-UE.
Kodiċi: kif indikat fir-regolamentazzjoni rilevanti.
Kaxxa I.9:
Pajjiż ta' destinazzjoni: Jekk jogħġbok indika l-isem ta' l-Istat Membru fejn huma ddestinati l-annimali jew il-prodotti.
F'każ ta' prodotti f'tranżitu, jekk jogħġbok indika l-isem tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni.
Kaxxa I.10:
Reġjun ta' destinazzjoni: Cf Kaxxa I.8.
Kaxxa I.11:
Post ta' l-oriġini: Post minn fejn jiġu l-annimali jew il-prodotti
Għall-annimali: razzett jew kull impriża agrikola, industrijali jew kummerċjali oħra kkontrollata b'mod uffiċjali, kif ukoll iż-zoos, il-parkijiet tad-divertiment, riservi naturali u r-riservi għall-kaċċa fejn jinżammu l-annimali jew jitrabbew bħas- soltu.
Għas-semen, l-embrijuni u l-ova: Ċentri ta' ġabra jew ta' ħażna tas-semen. Kif ukoll it-timijiet ta' ġabra jew ta' produzzjoni ta' l-embrijuni u l-ova.
Għall-prodotti jew sottoprodotti li joriġinaw mill-animali, kull unità ta' impriża tas-settur ta' l-ikel jew tas-settur ta' l-għalf għall-annimali. Jeħtieġ li jiġu mmarkati biss l-istabbilimenti li jibagħtu l-prodotti jew sottoprodotti u li jissemma l-isem tal-pajjiż li jibgħat jekk ikun differenti mill-pajjiż ta' oriġini,
Jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u r-reġjun/provinċja/stat skond il-każ) u n-numru ta' ftehim jew ta' reġistrazzjoni ta' dawn l-istrutturi meta dan ta' l-aħħar jinħtieġ mir- Regolamentazzjoni.
Kaxxa I.12:
Post tad-destinazzjoni: F'każ ta' ħażna tal-prodotti fi tranżitu: Jekk jogħġbok indika l-isem, l-indirizz (it-triq, il-belt u l-kodiċi postali) u n-numru ta' ftehim jew ta' reġistrazzjoni tal-maħżen f' żona ħielsa, tal-maħżen ħieles, tal-maħżen doganali jew tal-fornitur tal-bastimenti.
Post tad-destinazzjoni: F'każ ta' importazzjoni fl-UE: Irriżervat għall-avviż TRACES. Post lejn fejn jitmexxew l-annimali jew il-prodotti sabiex jinħattu definittivament. Jekk jogħġbok indika l-isem, l-indirizz (it-tirq, il-belt u l-kodiċi postali) ara n-numru tal-ftehim jew ta' reġistrazzjoni ta' l-istrutturi tal-post ta' destinazzjoni fejn meħtieġ. Hu rrakkomandat li jingħataw in-numri tat-telefown, tal-fax jew l-email.
Kaxxa I.13:
Il-post tat-tagħbija: Għall-annimali: Jekk jogħġbok indika il-post fejn huma mgħobbija l-annimali, ub'mod partikolari f'każ ta' ġbir minn qabel, l-informazzjoni dwar iċ-ċentri ta' ġbir: Jikkonċerna ċ-ċentri uffiċjali ta' ġbir ta' l-annimali qabel ma jintbagħtu. Huma għandhom jiġu miftiehma mill-awtorità uffiċjali u jkunu taħt il-kontroll tagħha.
Għall-prodotti, is-semen u l-embrijuni, jekk jogħġbok indika l-post tat-tagħbija jew il-post ta' imbarkazzjoni.
Kaxxa I.14:
Data u ħin ta' tluq:
Għall-annimali: Jekk jogħġbok indika d-data u l-ħin stipulati meta l-annimali għandhom jitilqu.
Għall-prodotti, is-semen, l-embrijuni u l-ova: Jekk jogħġbok indika d-data ta' tluq.
Kaxxa I.15:
Mezzi tat-trasport: jekk jogħġbok indika d-dettalji kollha relatati mal-mezzi tat-trasport.
Il-mezz tat-trasport (bl-ajru, bl-ilma, bil-ferrovija, bit-triq, oħrajn).
L-identifikazzjoni tal-mezz ta' trasport: bl-ajru, in-numru tat-titjira, bil-baħar, l-isem tal-bastiment, bil-ferrovija, l-isem tal-ferrovija u tal-vaguni u bit-triq, in-numru tal-pjanċa tal-karozza u n-numru tat-trejler fejn meħtieġ. Oħrajn: Mezzi ta' trasport mhux imniżżla mid-Direttiva 91/628/KEE rigward il-benessri ta' l-annimali tul it-trasport. F'każ ta' modifika tal-mezz tat-trasport wara ħarġa taċ- ċertifikat, il-persuna li tibgħat hi responsabbli sabiex tavża il-FIP bid-dħul fl-UE.
Referenza tad-dokument: mhux obbligatorja: jekk jogħġbok indika n-numru tal-kont tat-trasport bl-ajru, in-numru tal-polza tat-tagħbija marittima jew in-numru kummerjċlai tal-ferrovija jew tat-triq.
Kaxxa I.16:
FIP ta' dħul fl-UE: Jekk jogħġbok indika l-isem u n-numru ta' l-FIP kif jidhru fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-UE. Din l-informazzjoni tista' tiġi emendata sakemm jitwaqqaf dokument veterinarju komuni ta' dħul.
Kaxxa I.17:
Numru tal-liċenzja CITES: Ma tikkonċernax l-annimali u l-prodotti mniżżla fil-Konvenzjoni ta' Washington dwar l-ispeċi protetti.
Kaxxa I.18:
Deskrizzjoni ta' l-oġġetti: Agħti deskrizzjoni veterinarja tal-merkanzija jew uża l-intestaturi hekk kif jidhru fis-Sistema Armonizzata ta' l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, imniżżla fir-Regolament emendat (KEE) Nru 2658/87. Din id-deskrizzjoni doganali se titlesta, fejn meħtieġ, minn kull informazzjoni meħtieġa għall-kategorizzazzjoni veterinarja ta' l-oġġetti (speċi, trattament...).
Kaxxa I.19:
Kodiċi ta' l-oġġetti (kodiċi SH): Agħti l-kodiċi hekk kif jidher fis-Sistema Armonizzata ta' l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, imniżżla fir-Regolament emendat (KEE) Nru 2658/87.
Kaxxa I.20:
Kwantità: Rigward l-annimali u l-prodotti li ġejjin mill-annimali (is-semen, l-ova, l-embrijuni) jekk jogħġbokindika l-ammont totali ta' l-irjus jew ta' l-istros espressi f'unità.
Rigward l-annimali ta' l-akkwakultura u għall-prodotti jekk jogħġbok indika l-piż gross totali u l-piż nett totali f'kg.
Kaxxa I.21:
Temperatura tal-prodott: Jikkonċerna biss il-prodotti li ġejjin mill-annimali: Jekk jogħġbok immarka l-mezzxieraq tat-temperatura tat-trasport/tal-ħażna tal-prodotti.
Kaxxa I.22:
Numru ta' pakketti Jekk jogħġbok indika l-ammont totali tal-kaxxi, tal-gaġeġ u ta' l-istalel li fihom jinġarru l-annimali, in-numru tal-kontenituri krijoġeniċi għas-semen, l-ova u l-embrijuni u l-għadd ta' pakketti għall-prodotti.
Kaxxa I.23:
Nru tas-siġilli u nru tal-kontenituri: In-numru tas-siġilli jista' jinħtieġ mir- regolamentazzjoni. Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok indika n-numri ta' identifikazzjoni kollha tas-siġilli u tal-kontenituri. Meta ma jkun hemm l-ebda ħtieġa regolamentari, din l-informazzjoni mhix obbligatorja.
Kaxxa I.24:
Tip ta' pakketti: ma jikkonċernax il-prodotti.
Kaxxa I.25:
Oġġetti ċċertifikati sabiex: jekk jogħġbok indika l-għan ta' l-importazzjoni ta' l-annimali jew l-użu previst tal-prodotti. (Huma biss l-għażliet possibbli li se jidhru fuq kull ċertifikat speċifiku)
Trobbija: għall-annimali ta' trobbija u għall-produzzjoni.
Tismin: jikkonċerna biss lin-ngħaġ, lill-mogħoż, lill-baqar u lill-ħnieżer.
Il-qtil: għall-annimali destinati għall-biċċerija.
Kwarantina: tirreferi għad-Deċiżjoni 2000/666/KE għall-għasafar, għad-Direttiva 92/65/KEE għall-karnivori, il-primati u l-friefet-il lejl u għad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE għall-annimali ta' l-akkwakoltura.
Organizzazzjoni rikonoxxuta: entità, istitut jew ċentru rikonoxxut uffiċjalment skond id-Direttiva 92/65/KEE
Riproduzzjoni artifiċjali: ma jikkonċernax is-semen, l-ova u l-embrijuni.
Equidae reġistrati: skond id-Direttiva 90/426/KEE.
Rikonstituzzjoni ta' l-annimali tal-kaċċa: tikkonċerna biss l-annimali tal-kaċċa għar-rikostituzzjoni tal-ħażniet u l-ħut għall-finijiet tar-rikostituzzjoni tal-ħażniet tas-sajd għat-tkabbir organizzat.
Annimali domestiċi: Annimali li l-ispeċi tagħhom tidher fl-Anness I tar-Regolament (KE) 998/2003 u li huma suġġetti għal tranżazzjonijiet kummerċjali.
Ċirku/eżibizzjoni: jikkonċerna biss iċ-ċirki u l-annimali ta' kompetizzjoni kif ukoll l-annimaliakkwatiċi destinati għall-akwarjum.
Stokkjar mill-ġdid: Jikkonċerna biss il-prodotti ta' l-akkwakoltura
Konsum mill-bniedem: Jikkonċerna biss il-prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li għalihom jinħtieġ ċertifikat sanitarji mir-regolamentazzjoni.
Għalf: jikkonċerna biss il-prodotti maħsuba għall-għalf li huma stipulati mir-Regolament 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Proċessar: jikkonċerna biss il-prodotti jew l-annimali li għandhom jiġu pproċessati qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq:
Użu tekniku: prodotti li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem u mill-annimali, bħal dawk definiti mir-Regolament 1774/2002 emendat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Oħrajn: Maħsuba għal finijiet mhux imsemmija f'din il-klassifikazzjoni.
Kaxxa I.26:
Tranżitu mill-UE lejn pajjiż terz: jikkonċerna biss tranżiti ta' prodotti li ġejjin mill-annimali fi ħdan l-UE/ŻEE li ġejjin minn pajjiżi terzi lejn pajjiż terz ieħor: jekk jogħġbok indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni. (Kaxxa speċifika għaċ-ċertifikati għat-tranżitu u l-ħażna kif ukoll għall-ħażna mill-fornituri tal-bastimenti.).
Kaxxa I.27:
Għall-importazzjoni jew id-dħul temporanju fl-UE: (Kaxxa speċifika għaċ-ċertifikati ta' importazzjoni u ta' dħul).
Importazzjoni definittiva: Din l-għażla ma tidhirx fil-qafas ta' l-introduzzjoni ta' l-ispeċi ta' l-annimali awtorizzati wkoll għal dħul mill-ġdid jew dħul temporanju (eż. iż-żwiemel reġistrati).
Dħul mill-ġdid: din l-għażla tidhir biss fil-qafas ta' l-introduzzjoni ta' l-ispeċi ta' l-annimali awtorizzati għal dħul mill-ġdid (eż iż-żwiemel reġistrati maħsuba għat-tiġrijiet, għall-kompetizzjoni u wirjiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE)).
Dħul temporanja: din l-għażla tidhir biss fil-qafas ta' l-introduzzjoni ta' l-ispeċi ta' l-annimali awtorizzati għal dħul temporanju (eż iż-żwiemel reġistrati għal perjodu massimu ta' 90 ġurnata).
Kaxxa I.28:
Identifikazzjoni ta' l-oġġetti: jekk jogħġbok semmi l-eżiġenzi speċifiċi għall-ispeċi ta' l-annimali u t-tip tal-prodotti. L-informazzjoni meħtieġa, imnizzla hawn taħt b'mod eżawrjenti, hija ddeterminati f'kull ċertifikat speċifiku.
Għall-annimali ħajjin: Speċi (Isem speċifiku), Razza/kategorija, Metodu ta' identifikazzjoni, Numru ta' identifikazzjoni, Età, Sess, Kwantità, Test.
Għas-semen, l-embrijuni, l-ova: Speċi (Isem speċifiku), Razza/kategorija, Marka ta' identifikazzjoni, Data tal-ġabra, Numru ta' approvazzjoni taċ-ċentru/tim, Identifikazzjoni tad-donatur, Kwantità.
Għall-prodotti: Speċi (Isem xjentifiku), Tip ta' oġġetti, Tip ta' trattament, Numru ta' approvazzjoni ta' l-istabbilimenti (Biċċerija; post fejn jaqtgħu l-laħam/post fejn isir il-proċessar, Il-maħżen tal-friża), Numru tal-lott, Numru ta' kundizzjonijiet, Piż nett.
Il-Parti II – Ċertifikazzjoni
Kaxxa II.
Tagħrif sanitarju: Jekk jogħġbok imla din il-parti skond Ir-regolamentazzjoni rilevanti.
Kaxxa II.a.
Nru ta' referenza: Cf il-Kaxxa I.2.
Kaxxa II.b.
Nru ta' referenza TRACES: Cf il-Kaxxa I.2.a.
Veterinarju uffiċjali: Jekk jogħġbok indika l-isem tiegħu, il-kwalifika tiegħu u t-titlu tiegħu kif ukoll id-data tal-firma. Fil-każijiet stipulati mil-leġiżlazzjoni rilevanti, il-veterinarji li jagħmel l-ispezzjoni jista' jinbidel minn spettur uffiċjali.
ANNESS II
Lista ta' referenzi leġiżlattivi taċ-ċertifikati veterinarji u sanitarji
|
|
L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976, li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi u tniżżel il-kondizzjonijiet għall-politika tas-saħħa, il-kondizzjonijiet sanitarji u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja meħtieġa għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam il-frisk tagħhom (1), |
|
|
l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE ta' l-10 ta' April 1992 dwar il-kondizzjonijiet sanitarji u ċ-ċertifikazzjoni sanitarja meħtieġa għad-dħul temporanju ta' żwiemel irreġistrati (2), |
|
|
l-Annessi II, IV sa IX tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (3), |
|
|
l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE tal-5 ta' Frar 1993 dwar il-kondizzjonijiet sanitarji u ċ-ċertifikazzjoni sanitarja meħtieġa għad-dħul temporanju ta' żwiemel irreġistrati (4), |
|
|
l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE tal-5 ta' Frar 1993, dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni sanitarja meħtieġa għall-importazzjoni ta' equidae rreġistrati u equidae għat-trobbija u l-produzzjoni (5), |
|
|
l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/238/KE, tal-25 ta' Lulju 1995, li tistabbilixxi ċ-ċertifikazzjoni sanitarja tal-prodotti tas-sajd minn pajjiżi terzi li għad m'humiex koperti b'deċiżjoni speċifika (6), |
|
|
l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/333/KE tat-3 ta' Mejju 1996, li tistabbilixxi ċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini ħajjin minn pajjiżi terzi li huma koperti minn deċiżjoni speċifika (7), |
|
|
l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/539/KE ta' l-4 ta' Settembru 1996 dwar ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta' sperma ta' l-ispeċi ekwina (8), |
|
|
l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/540/KE ta' l-4 ta' Settembru 1996 dwar ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali u Ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet fil-Komunità ta' ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina (9), |
|
|
l-Annessi II u III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE tat-8 ta' Settembru 2000 li tfassal kondizzjonijiet dwar annimali u saħħa pubblika u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' preparazzjonijiet ta' laħam minn pajjiżi terzi (10), |
|
|
l-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE tas-7 ta' Settembru 2000 li tħejji lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' laħam tal-fenek u ċertu laħam ta' annimali tal-kaċċa slavaġġ u tar-razzett u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika u għaċ-Ċertifikazzjoni veterinarja għat-tali importazzjonijet (11), |
|
|
l-Anness A tad-Decizjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE tas-16 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimal u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta' għasafar, barra minn tjur u l-kondizzjonijiet għal kwarantina (12), |
|
|
l-Annessi III u IV tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/613/KE tad-19 ta' Lulju 2002 dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni tas-semen ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-porċini (13), |
|
|
l-Annessi II sa V tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/56/KE ta' l-24 ta' Jannar 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali minn New Zealand (14), |
|
|
l-Annessi IA u IB tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE tal-31 ta' Ottubru 2003 tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta' l-imsaren ta' l-annimali mill-pajjiżi terzi (15), |
|
|
l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/804/KE ta' l-14 ta' Novembru 2003 li tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati meħtieġa għall-importazzjoni ta' mollusk, il-bajd tagħhom u l-gameti għal tkabbir, smin, biex jissostitwixxu oħrajn jew konsum uman (16), |
|
|
l-Annessi II, IV u V tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/858/KE tal-21 ta' Novembru 2003 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali u l-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni għal importazzjonijiet ta' ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tagħhom maħsuba għall-biedja, u ħut ħaj ta' li joriġina mill-akkwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum uman (17), |
|
|
l-Annessi A u B tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/863/KE tat-2 ta' Diċembru 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-annimali mill-Istati Uniti ta' l-Amerika (18), |
|
|
l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/881/KE tal-11 ta' Diċembru 2003 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u taċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjoni tan-naħal (Apis mellifera u Bombus spp.) minn ċerti pajjiżi terżi u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/462/KE (19), |
|
|
l-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE tas-26 ta' April 2004 rigward miżuri sanitarji u ċertifikati proviżorji, skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika li ġejja minn ċerti pajjiżi terzi (20), |
|
|
l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE tad-29 ta' April 2004 li tippreskrivi kondizzjonijiet sanitarji u tas-saħħa ta' l-annimali kif ukoll iċ-ċerifikazzjoni veterinarja għad-dħul fil-Komunità ta' ħalib trattat bis-sħana, prodotti bbażati fuq il-ħalib u ħalib mhux maħdum maħsuba għall-konsum mill-bniedem (21), |
|
|
l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/595/KE tad-29 ta' Lulju 2004 li tistabbilixxi mudell ta' ċertifikat sanitarji għall-importazzjonijiet għal fini kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa fil-Komunità (22), |
|
|
l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/639/KE tas-6 ta' Settembru 2004 li tniżżel il-kondizzjonijiet ta' importazzjoni tas-semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (23), |
|
|
l-Annessi II sa V tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE ta' l-4 ta' Jannar 2006 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarji rigward l-importazzjoni fil-Komunità ta' embrijuni ta' l-ifrat u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/217/KE (24). |
(1) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/463/KE (ĠU L 183, 5.7.2006, p. 20).
(2) ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2004/241/KE (ĠU L 74, 12.3.2004, p. 19).
(3) ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2006/542/KE (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 59).
(4) ĠU L 86, 6.4.1993, p. 7. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(5) ĠU L 86, 6.4.1993, p. 16. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/241/KE.
(6) ĠU L 191, 12.8.1995, p. 32. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2004/109/KE (ĠU L 32, 5.2.2004, p. 17).
(7) ĠU L 127, 25.5.1996, p. 33. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2004/119/KE (ĠU L 36, 7.2.2004, p. 56).
(8) ĠU L 230, 11.9.1996, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/284/KE (ĠU L 94, 14.4.2000, p. 35).
(9) ĠU L 230, 11.9.1996, p. 28. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/284/KE.
(10) ĠU L 240, 23.9.2000, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2004/437/KE (ĠU L 154, 30.4.2004, p. 65). verżjoni kkoreġuta (ĠU L 189, 27.5.2004, p. 52).
(11) ĠU L 251, 6.10.2000, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2006/696/KE (ĠU L 295, 25.10.2006, p. 1).
(12) ĠU L 278, 31.10.2003, p. 26. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2002/279/KE (ĠU L 99, 16.4.2002, p. 17).
(13) ĠU L 196, 25.7.2002, p. 45. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/271/KE (ĠU L 99, 7.4.2006, p. 29).
(14) ĠU L 22, 25.1.2003, p. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2004/784/KE (ĠU L 346, 23.11.2004, p. 11).
(15) ĠU L 285, 1.11.2003, p. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/414/KE (ĠU L 151, 30.4.2004, p. 65). verżjoni kkoreġuta (ĠU L 208, 10.6.2004, p. 56).
(16) ĠU L 302, 20.11.2003, p. 22. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/767/KE (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 58).
(17) ĠU L 324, 11.12.2003, p. 37. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/767/KE (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 58).
(18) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 46.
(19) ĠU L 328, 17.12.2003, p. 26. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2005/60/KE (ĠU L 25, 28.1.2005, p. 64).
(20) ĠU L 151, 30.4.2004, p. 11. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2006/311/KE (ĠU L 115, 28.4.2006, p. 40).
(21) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 73; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 189, 27.5.2004, p. 57.
(22) ĠU L 266, 13.8.2004, p. 11.
(23) ĠU L 292, 15.9.2004, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċizjoni 2006/292/KE (ĠU L 107 20.4.2006, p. 42).