|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
486 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' April 2007
dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali marbuta ma' l-attivitajiet tat-trasport bit-triq
(notifikat bid-dokument numru C(2007) 1470)
(2007/230/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' l-attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 2006/22/KE, il-Kummissjoni għandha tfassal formola elettronika u li tista' tiġi stampata biex tintuża meta sewwieq kien b'liv tal-mard jew b'liv annwali, jew meta s-sewwieq ikun saq karozza oħra eżentata mill-ambitu tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 561/2006 tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (2). |
|
(2) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (3), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-formola msemmija fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2006/22/KEE għandha tkun kif stipulata fl-Anness ta' din-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 12 ta' April 2007.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.
(2) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.
(3) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TA' L-ATTIVITAJIET TAĦT IR_REGOLAMENT (KE) Nru 561/2006 JEW IL-FTEHIM EWROPEW DWAR IX-XOGĦOL TA' ĦADDIEMA TAL-VETTURI LI JOPERAW FIT-TRASPORT INTERNAZZJONI BIT-TRIQ (AETR) (*)