24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

410


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Marzu 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/769/KE li tfassal il-lista ta' reġjuni u żoni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-fergħat transkonfinali u transnazzjonali ta' l-objettiv tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2007-2013 fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija

(notifikat bid-dokument numru C(2007) 1284)

(2007/190/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2006/769/KE tal-31 ta' Ottubru 2006 (2), il-Kummissjoni stabbiliet lista ta' reġjuni u żoni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-fergħat transkonfinali u transnazzjonali ta' l-objettiv tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2007-2013.

(2)

Wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-reġjuni u ż-żoni minn dawk l-Istati Membri għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta' reġjuni u żoni eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-fergħat transkonfinali u transnazzjonali ta' l-objettiv tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea.

(3)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinament tal-Fondi.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/769/KE għandha għalhekk tiġi emendata.

(5)

F'ġieh iċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/769/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Anness I huwa emendat hekk:

(a)

għandhom isiru dawn iż-żidiet li jmiss wara “BE353 Arr. Philippeville”.

“BG311

Vidin

BG312

Montana

BG313

Vratsa

BG314

Pleven

BG321

Veliko Tarnovo

BG323

Ruse

BG325

Silistra

BG332

Dobrich

BG413

Blagoevgrad

BG422

Haskovo

BG424

Smolyan

BG425

Kardzhali”;

(b)

għandhom isiru dawn iż-żidiet li jmiss wara “PT184 Baixo Alentejo”.

“RO111

Bihor

RO115

Satu Mare

RO223

Constanţa

RO312

Călăraşi

RO314

Giurgiu

RO317

Teleorman

RO411

Dolj

RO413

Mehedinţi

RO414

Olt

RO421

Arad

RO424

Timiş”.

2.

Fl-Anness II, il-lista ta' żoni taħt it-titolu “IX-XLOKK TA' L-EWROPA” tiġi emendata kif ġej:

(a)

iż-żidiet li jmiss jiddaħħlu qabel “GR11 Anatoliki Makedonia, Thraki”

“BG31

Severozapaden

BG32

Severen tsentralen

BG33

Severoiztochen

BG34

Yugoiztochen

BG41

Yugozapaden

BG42

Yuzhen tsentralen”

(b)

għandhom isiru dawn iż-żidiet li jmiss wara “AT34 Vorarlberg”:

“RO11

Nord-Vest

RO12

Centru

RO21

Nord-Est

RO22

Sud-Est

RO31

Sud-Muntenia

RO32

Bucureşti-Ilfov

RO41

Sud-Vest Oltenia

RO42

Vest”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Danuta HÜBNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6).

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 47.