8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

239


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Marzu 2007

li tinnomina membru Taljan u żewġ membri supplenti Taljani fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/180/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li tinnomina l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010.

(2)

Sar vakanti post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Guido MILANA u saru vakanti żewġ postijiet ta' membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Salvatore CUFFARO u tas-Sur Giovanni MASTROCINQUE,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Huma b'dan nominati għall-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu tal-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:

a)

bħala membru:

Is-Sur Guido MILANA, Consigliere comunale di Olevano Romano, sabiex jissostitwixxi lis-Sur Guido MILANA, Consiglio provinciale di Roma;

b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Francesco SCOMA, Consigliere dell'Assemblea regionale siciliana, sabiex jissostitwixxi lis-Sur Salvatore CUFFARO,

Is-Sur Graziano Milia, Presidente della Provincia di Cagliari, sabiex jissostitwixxi lis-Sur Giovanni MASTROCINQUE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, fid-19 ta' Marzu 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

Horst SEEHOFER


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.