24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

308


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Frar 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-projbizzjoni ta' spedizzjoni għal kummerċ intrakomunitarju u fir-rigward tad-demarkazzjoni ta' żoni ristritti fil-Bulgarija, Franza, il-Ġermanja, u l-Italja

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 597)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/146/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-qerda tal-bluetongue (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 11 u 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/75/KE tistipula regoli u miżuri ta' kontroll għall-ġlieda kontra l-blutongue fil-Komunità, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' ħarsien u ta' sorveljanza u projbizzjoni fuq annimali milli joħorġu minn dawn iż-żoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta' Mejju 2005 dwar żoni ta' ħarsien u sorveljanza fir-rigward tal-bluetongue u kondizzjonijiet li japplikaw għal movimenti li jitilqu minn dawn iż-żoni jew jgħaddu minn ġewwa fihom (2) tipprevedi demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi globali fejn żoni ta' ħarsien u sorveljanza (“iż-żoni restritti”) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fir-rigward tal-bluetongue.

(3)

Kummerċ intrakomunitarju fl-ova u l-embrijuni li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II.C.1 għad-Deċiżjoni 2005/593/KE ma għandux jirrikjedi approvazzjoni preċedenti tal-moviment ta' l-Istat Membru destinatarju, minħabba li ma huwa rikjest l-ebda ttestjar ta' wara l-ġbir għal blutongue, skond il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mis-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferimenti ta' l-Embrijun (SITE) u skond ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Office International des Epizooties (OIE) f'dak li għandu x'jaqsam mal-marda.

(4)

Kummerċ intrakomunitarju fl-ova u l-embrijuni li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II.C.2 għad-Deċiżjoni 2005/393/KE ma għandux jirrikjedi l-approvazzjoni minn qabel tal-moviment ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni, minħabba li l-ittestjar ta' wara l-ġbir jivverifika mingħajr ebda dubju n-nuqqas tal-marda fl-annimal donatur.

(5)

Fl-20 ta' Diċembru 2006 Franza talbet lill-Kummissjoni sabiex tadatta d-demarkazzjoni taż-żona ristretta fi Franza minħabba l-waqfien ta' l-attività tas-sors ta' infezzjoni fiż-żona affetwata.

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni 2006/762/KE (3), il-Kummissjoni adottat ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-bluetongue fil-Bulgarija sabiex jipprevjenu l-firxa tal-marda miż-żona affetwata tad-distrett amministrattiv ta' Burgas fir-rigward ta' l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali suxxettibbli.

(7)

Konsegwentament, il-Bulgarija minħabba li hija Stat Membru sa mill-1 ta' Jannar 2007, iż-żona affetwata għandha issa tiżdied fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2005/393/KE.

(8)

Fil-9 ta' Jannar 2007 il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ġodda tal-bluetongue f'Hessen u fis-Sassonja t'Isfel. Fid-dawl ta' dawn is-sejbiet, huwa xieraq li tiġi emendata d-demarkazzjoni taż-żoni ristretti fil-Ġermanja.

(9)

Fl-10 ta' Jannar 2007, l-Italja ppreżentat rapport lill-Kumitat Permanenti għal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali li jikkonkludi li s-sistema ta' sorveljanza stabbilita fl-Italja tat prova li ma seħħet l-ebda serokonverżjoni fir-Reġjun ta' Marche, sa minn April 2005.

(10)

Konsegwentament, dan ir-reġjun għandu jitqies bħala ħieles mill-bluetongue u, fuq il-bażi tat-talba sussegwenti ppreżentata mill-Italja, jitħassar mir-reġjuni Taljani elenkati taħt iż-Żona B fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2005/393/KE.

(11)

Id-Deċiżjoni 2005/393/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/393/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artiklu 5(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

minbarra fil-każ ta' semen iffriżat, l-Istat Membru destinatarju jagħti l-approvazzjoni minn qabel għall-moviment.”

(2)

L-Anness I huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)   ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/101/KE (ĠU L 43, 15.2.2007, p. 40).

(3)   ĠU L 311, 10. 11.2006, p. 56.


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2005/393/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Tiżdied iż-Żona H li ġejja:

“Żona H

Il-Bulgarija:

Id-distrett amministrattiv ta' Burgas”

(2)

Il-lista ta' żoni ristretti fiż-Żona F (serotip 8) li għandha x'taqsam ma' Franza hija mibdula b'dan li ġej:

“Franza:

Département de l’Aube: arrondissement de Bar-sur-Aube et cantons de Arcis-sur-Aube, de Chapelle-Saint-Luc, de Mery-sur-Seine, de Piney, de Ramerupt, de Troyes (1er, 2ème, 3ème,, 4ème,, 5ème et 7ème cantons)

Département des Ardennes

Département de l’Aisne

Département de la Marne

Département de la Haute-Marne: arrondissement de Saint-Dizier et cantons de Andelot-Blancheville, de Bourmont, de Chaumont-Nord, de Chaumont-Sud, de Clefmont, de Juzennecourt, de Saint-Blin, de Vignory

Département de la Meurthe-et-Moselle

Département de la Meuse

Département de la Moselle

Département du Nord

Département de l’Oise: arrondissements de Clermont, de Compiègne et cantons de Beauvais-Nord-Est, de Beauvais-Nord-Ouest, de Beauvais-Sud-Ouest, de Betz, de Crépy-en-Valois, de Crèvecoeur-le-Grand, de Formerie, de Grandvilliers, de Marseille-en-Beauvaisis, de Nanteuil-le-Haudouin, de Nivillers, de Pont Sainte Maxence

Département du Pas-de-Calais

Département du Bas-Rhin: arrondissements de Haguenau, de Molsheim, de Saverne, de Strasbourg-campagne, de Strasbourg-ville, de Wissembourg et canton de Obernai

Département de Seine-Maritime: cantons de Aumale, de Blangy-sur-Bresle, de Eu

Département de Seine-et-Marne: cantons de Ferté-sous-Jouarre, de Lizy-sur-Ourcq, de Rebais

Département de la Somme

Département des Vosges: cantons de Bulgnéville, de Charmes, de Châtenois, de Coussey, de Mirecourt, de Neufchâteau, de Raon-l’étape, de Senones, de Vittel.”

(3)

Il-lista ta' żoni ristretti fiż-Żona F (serotip 8) li għandha x'taqsam mal-Ġermanja hija mibdula b'dan li ġej:

“Il-Ġermanja:

Baden-Württemberg

Stadtkreis Baden-Baden

Im Landkreis Enzkreis: Birkenfeld, Eisingen, Illingen, Ispringen, Kämpfelbach, Keltern, Kieselbronn, Knittlingen, Königsbach-Stein, Maulbronn, Mühlacker, Neuenbürg, Neulingen, Ölbronn-Dürrn, Ötisheim, Remchingen, Sternenfels, Straubenhardt

Stadtkreis Heidelberg

Stadtkreis Heilbronn

Im Landkreis Heilbronn: Bad Friedrichshall, Bad Rappenau, Bad Wimpfen, Brackenheim, Cleebronn, Eberstadt, Eppingen, Erlenbach, Gemmingen, Güglingen, Gundelsheim, Hardthausen am Kocher, Ittlingen, Jagsthausen, Kirchardt, Langenbrettach, Leingarten, Möckmühl, Massenbachhausen, Neckarsulm, Neudenau, Neuenstadt am Kocher, Nordheim, Oedheim, Offenau, Pfaffenhofen, Roigheim, Schwaigern, Siegelsbach, Untereisesheim, Widdern, Zaberfeld

Im Hohenlohekreis: Dörzbach, Forchtenberg, Ingelfingen, Krautheim, Öhringen, Schöntal, Weißbach, Zweiflingen

Landkreis Karlsruhe

Stadtkreis Karlsruhe

Im Landkreis Ludwigsburg: Sachsenheim

Stadtkreis Mannheim

Im Main-Tauber-Kreis: Ahorn, Assamstadt, Bad Mergentheim, Boxberg, Freudenberg, Großrinderfeld, Grünsfeld, Igersheim, Königheim, Külsheim, Lauda-Königshofen, Tauberbischofsheim, Weikersheim, Werbach, Wertheim, Wittighausen

Neckar-Odenwald-Kreis

Im Ortenaukreis: Achern, Appenweier, Kappelrodeck, Kehl, Lauf, Neuried, Oberkirch, Offenburg, Renchen, Rheinau, Sasbach, Sasbachwalden, Schutterwald, Willstätt

Stadtkreis Pforzheim

Landkreis Rastatt

Rhein-Neckar-Kreis

Bayern

Landkreis und Stadt Aschaffenburg

Landkreis Bad Kissingen

Im Landkreis Kitzingen: Albertshofen, Biebelried, Bruchbrunn, Dettelbach, Kitzingen, Mainstockheim, Marktsteft, Nordheim am Main, Schwarzach am Main, Sommerach, Sulzfeld am Main, Volkach

Landkreis Main-Spessart

Landkreis Miltenberg

Landkreis Rhön-Grabfeld

Im Landkreis Schweinfurt: Bergrheinfeld, Dittelbrunn, Euerbach, Frankenwinheim, Geldersheim, Gochsheim, Grafenrheinfeld, Grettstadt, Kolitzheim, Niederwerrn, Poppenhausen, Röthlein, Schonungen, Schwanfeld, Schwebheim, Sennfeld, Stadtlauringen, Sulzheim, Üchtelhausen, Waigolshausen, Wasserlosen, Werneck, Wipfeld

Stadt Schweinfurt

Landkreis Würzburg ohne die Gemeinden Aub und Bieberehren

Stadt Würzburg

Brandenburg

Im Landkreis Prignitz: Besandten, Eldenburg, Wootz

Freie Hansestadt Bremen

Gesamtes Landesgebiet

Freie und Hansestadt Hamburg

Gesamtes Landesgebiet

Hessen

Gesamtes Landesgebiet

Mecklenburg-Vorpommen

Im Landkreis Ludwigslust: Belsch, Bengerstorf, Besitz, Stadt Boizenburg, Brahlstorf, Dersenow, Stadt Dömitz, Gresse, Greven, Gallin, Grebs-Niendorf, Karenz, Leussow, Stadt Lübtheen, Malk Göhren, Malliß, Neu Gülze, Neu Kaliß, Nostorf, Pritzier, Redefin, Schwanheide, Teldau, Tessin/Bzbg., Vellahn, Vielank, Warlitz

Niedersachsen

Gesamtes Landesgebiet

Nordrhein-Westfalen

Gesamtes Landesgebiet

Rheinland-Pfalz

Gesamtes Landesgebiet

Saarland

Gesamtes Landesgebiet

Sachsen-Anhalt

Landkreis Altmarkkreis Salzwedel

Landkreis Aschersleben-Staßfurt

Im Landkreis Bernburg: Güsten

Landkreis Bördekreis

Landkreis Halberstadt

Im Landkreis Jerichower Land: Hohenwarte, Lostau

Landeshauptstadt Magdeburg

Im Kreis Mansfelder Land: Abberode, Ahlsdorf, Alterode, Annarode, Arnstedt, Benndorf, Biesenrode, Bräunrode, Braunschwende, Friesdorf, Gorenzen, Greifenhagen, Großörner, Harkerode, Hergisdorf, Hermerode, Hettstedt, Klostermansfeld, Mansfeld, Möllendorf, Molmerswende, Piskaborn, Quenstedt, Ritterode, Ritzgerode, Siebigerode, Stangerode, Sylda, Ulzigerode, Vatterode, Walbeck, Welbsleben, Wiederstedt, Wippra

Landkreis Ohre-Kreis

Landkreis Quedlinburg

Im Landkreis Sangerhausen: Bennungen, Berga, Beyernaumburg, Blankenheim, Breitenbach, Breitenstein, Breitungen, Brücken (Helme), Dietersdorf, Drebsdorf, Edersleben, Emseloh, Gonna, Grillenberg, Großleinungen, Hackpfüffel, Hainrode, Hayn (Harz), Horla, Kelbra (Kyffhäuser), Kleinleinungen, Lengefeld, Martinsrieth, Morungen, Niederröblingen (Helme), Nienstedt, Oberröblingen, Obersdorf, Pölsfeld, Questenberg, Riestedt, Riethnordhausen, Roßla, Rotha, Rottleberode, Sangerhausen, Schwenda, Stolberg (Harz), Tilleda (Kyffhäuser), Uftrungen, Wallhausen, Wettelrode, Wickerode, Wolfsberg

Im Landkreis Schönebeck: Atzendorf, Biere, Eickendorf, Förderstedt, Löbnitz(Bode), Schönebeck(Elbe), Welsleben

Im Landkreis Stendal: Aulosen, Badingen, Ballerstedt, Berkau, Bismark(Altmark), Boock, Bretsch, Büste, Dobberkau, Flessau, Gagel, Garlipp, Gladigau, Gollensdorf, Grassau, Groß Garz, Heiligenfelde, Hohenwulsch, Holzhausen, Insel, Käthen, Kläden, Könnigde, Kossebau, Kremkau, Krevese, Lückstedt, Lüderitz, Meßdorf, Möringen, Nahrstedt, Pollitz, Querstedt, Rochau, Rossau, Schäplitz, Schernebeck, Schinne, Schorstedt, Staats, Steinfeld, Tangerhütte, Uchtdorf, Uchtspringe, Vinzelberg, Volgfelde, Wanzer, Windberge, Wittenmoor

Landkreis Wernigerode

Schleswig-Holstein

Im Kreis Herzogtum Lauenburg: Alt Mölln, Aumühle, Bälau, Basedow, Basthorst, Besenthal, Börnsen, Borstorf, Breitenfelde, Bröthen, Brunstorf, Buchhorst, Büchen, Dahmker, Dalldorf, Dassendorf, Elmenhorst, Escheburg, Fitzen, Fuhlenhagen, Geesthacht, Göttin, Grabau, Grambek, Groß Pampau, Grove, Gudow, Gülzow, Güster, Hamfelde, Hamwarde, Havekost, Hohenhorn, Hornbek, Juliusburg, Kankelau, Kasseburg, Klein Pampau, Koberg, Köthel, Kollow, Kröppelshagen-Fahrendorf, Krüzen, Krukow, Kuddewörde, Langenlehsten, Lanze, Lauenburg/Elbe, Lehmrade, Linau, Lütau, Möhnsen, Mölln, Mühlenrade, Müssen, Niendorf/Stecknitz, Poggensee, Roseburg, Forstgutsbezirk Sachsenwald, Sahms, Schnakenbek, Schönberg, Schretstaken, Schulendorf, Schwarzenbek, Siebeneichen, Sirksfelde, Talkau, Tramm, Walksfelde, Wangelau, Wentorf bei Hamburg, Wentorf (Amt Sandesneben), Wiershop, Witzeeze, Wohltorf, Woltersdorf, Worth

Im Kreis Pinneberg: Appen, Barmstedt, Bevern, Bilsen, Bönningstedt, Bokholt-Hanredder, Borstel-Hohenraden, Bullenkuhlen, Ellerbek, Ellerhoop, Elmshorn, Groß Nordende, Halstenbek, Haselau, Haseldorf, Hasloh, Heede, Heidgraben, Heist, Hemdingen, Hetlingen, Holm, Klein Nordende, Klein Offenseth-Sparrieshoop, Kölln-Reisiek, Kummerfeld, Seester, Moorrege, Neuendeich, Pinneberg, Prisdorf, Quickborn, Raa-Besenbek, Rellingen, Schenefeld, Seester, Seestermühe, Seeth-Ekholt, Tangstedt, Tornesch, Uetersen, Wedel

Im Kreis Segeberg: Alveslohe, Ellerau, Henstedt-Ulzburg, Norderstedt

Im Kreis Steinburg: Altenmoor, Borsfleth, Engelbrechtsche Wildnis, Glückstadt, Herzhorn, Horst (Holstein), Kiebitzreihe, Kollmar, Neuendorf b. Elmshorn, Sommerland

Im Kreis Stormarn: Ahrensburg, Ammersbek, Bargteheide, Barsbuettel, Braak, Brunsbek, Delingsdorf, Glinde, Grande, Groenwohld, Grossensee, Grosshansdorf, Hamfelde, Hammoor, Hohenfelde, Hoisdorf, Jersbek, Koethel, Luetjensee, Oststeinbek, Rausdorf, Reinbek, Siek, Stapelfeld, Steinburg, Tangstedt, Todendorf, Trittau, Witzhave

Thüringen

Landkreis Eichsfeld

Stadt Eisenach

Stadt Erfurt

Landkreis Gotha

Im Landkreis Hildburghausen: Eichenberg, Grub, Haina, Henfstedt, Marisfeld, Mendhausen, Oberstadt, Schmeheim, Themar, Westenfeld

Im Ilmkreis: Angelroda, Arnstadt, Elgersburg, Frankenhain, Gehlberg, Geraberg, Geschwenda, Gossel, Graefenroda, Ichtershausen, Liebenstein, Plaue, Wachsenburggemeinde

Im Kyffhäuserkreis: Abtsbessingen, Artern/Unstrut, Bad Frankenhausen/Kyffhäuser, Badra, Bellstedt, Bendeleben, Borxleben, Bretleben, Clingen, Ebeleben, Esperstedt, Etzleben, Freienbessingen, Göllingen, Gorsleben, Greußen, Großenehrich, Günserode, Hachelbich, Helbedündorf, Heldrungen, Holzsußra, Ichstedt, Niederbösa, Oberbösa, Oldisleben, Ringleben, Rockstedt, Rottleben, Schernberg, Seega, Sondershausen, Steinthaleben, Thüringenhausen, Topfstedt, Trebra, Voigtstedt, Wasserthaleben, Westgreußen, Wolferschwenda

Landkreis Nordhausen

Im Landkreis Schmalkalden-Meiningen: Altersbach, Aschenhausen, Bauerbach, Behrungen, Belrieth, Benshausen, Berkach, Bermbach, Bibra, Birx, Breitungen/Werra, Brotterode, Christes, Dillstädt, Einhausen, Ellingshausen, Erbenhausen, Fambach, Floh-Seligenthal, Frankenheim/Rhön, Friedelshausen, Henneberg, Herpf, Heßles, Hümpfershausen, Jüchsen, Kaltensundheim, Kaltenwestheim, Kleinschmalkalden, Kühndorf, Leutersdorf, Mehmels, Meiningen, Melpers, Metzels, Neubrunn, Nordheim, Oberhof, Oberkatz, Obermaßfeld-Grimmenthal, Oberschönau, Oberweid, Oepfershausen, Queienfeld, Rentwertshausen, Rhönblick, Rippershausen, Ritschenhausen, Rohr, Rosa, Roßdorf, Rotterode, Schmalkalden, Schwallungen, Schwarza, Schwickershausen, Springstille, Steinbach-Hallenberg, Stepfershausen, Sülzfeld, Trusetal, Unterkatz, Untermaßfeld, Unterschönau, Unterweid, Utendorf, Vachdorf, Viernau, Wahns, Wallbach, Walldorf, Wasungen, Wernshausen, Wölfershausen, Wolfmannshausen, Zella-Mehlis

Im Landkreis Sömmerda: Alperstedt, Andisleben, Bilzingsleben, Büchel, Elxleben, Frömmstedt, Gangloffsömmern, Gebesee, Griefstedt, Großrudestedt, Günstedt, Haßleben, Henschleben, Herrnschwende, Kannawurf, Kindelbrück, Nöda, Riethgen, Riethnordhausen, Ringleben, Schloßvippach, Schwerstedt, Sömmerda, Straußfurt, Udestedt, Walschleben, Weißensee, Werningshausen, Witterda, Wundersleben

Stadt Suhl

Unstrut-Hainich-Kreis

Wartburgkreis”

(4)

Il-lista ta' żoni ristretti fiż-Żona B (serotip 2) hija mibdula b'dan li ġej:

“Żona B (serotip 2)

L-Italja:

Abruzzo:

L’Aquila bl-eċċezzjoni tal-muniċipalitajiet kollha li jappartjentu lill-unità lokali tas-saħħa ta' Avezzano-Sulmona

Lazio:

Rieti, Roma, Viterbo

Toscana:

Grosseto

Umbria:

Terni and Perugia”