24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

280


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-20 ta' Frar 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2003/71/KE sabiex testendi l-perjodu ta' l-applikazzjoni tagħha u sabiex tirrevoka d-Deċiżjoni 2003/70/KE

(notifikat bid-dokument numru C(2007) 492)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/130/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

L-okkorrenza ta' anemija infettuża tas-salmonide (ISA) fil-Gżejjer Faroe wasslet għall-addozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/71/KE tad-29 ta' Jannar 2003 dwar xi miżuri protettivi rigward anemija infettuża tas-salmonidi fil-Gżejjer Faroe (3). Dik id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2007.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt tal-KE u l-Gżejjer Faeroe tat-8 ta' Diċembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1/2001 li tistipula d-dispożizzjonijiet sabiex timplimenta l-Protokoll dwar kwistjonijiet veterinarji li jissuplimenta l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa waħda u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Reġjonali tal-Gżejjer Faeroe fuq in-naħa l-oħra (4), tapprova pjan ta' kontinġenza sottomess mill-Gżejjer Faeroe għal ċerti mard tal-ħut, li jinkludi ħut infettat bl-anemija infettuża tas-salmonide, b'konformità ma' l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1993 li tindroduċi miżuri Komunutarji minimi għall-kontroll ta' ċertu mard tal-ħut (5) (“il-pjan ta' kontinġenza”).

(3)

Il-pjan ta' kontinġenza jinkludi skema ta' rtirar skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/53/KEE u proċedura ta' tilqim. It-tilqim għadu jintuża bħala strateġija ta' kontroll. Biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda f'żoni mhux infettati, il-miżuri ta' protezzjoni provduti fid-Deċiżjoni 2003/71/KE għandhom jibqgħu applikabbli sakemm jibqa jiġi applikat it-tilqim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta' l-24 ta' Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali għall-annimali ta' l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (6) jipprovdi li l-miżuri ta' traspożizzjoni adottati mill-Istati Membri skond dik id-Direttiva għandhom japplikaw mill-1 ta' Awissu 2008. Id-Deċiżjoni 2003/71/KE għandha tkun riveduta qabel dik id-data kif xieraq.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2003/71/KE għandha tiġi emendata sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' l-applikazzjoni tagħha mill-31 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Lulju 2008.

(6)

L-okkorrenza ta' l-enemija infettuża tas-salmonidi (ISA) fin-Norveġja wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/70/KE tad-29 ta' Jannar 2003 dwar xi miżuri protettivi fir-rigward ta' l-enemija infettuża tas-salmonidi fin-Norveġja (7). Id-Deċiżjoni applikat sa l-1 ta' Frar 2004. Għal raġunijiet ta' ċarezza, dik id-Deċiżjoni għandha tkun espressament revokata.

(7)

Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2003/71/KE “31 ta' Jannar 2007” għandha tinbidel b' “31 ta' Lulju 2008”.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2003/70/KE hija revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(3)   ĠU L 26, 31.1.2003, p. 80. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/86/KE (ĠU L 30, 3.2.2005, p. 19).

(4)   ĠU L 8, 13.1.2006, p. 46.

(5)   ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(6)   ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(7)   ĠU L 26, 31.1.2003, p. 76. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/392/KE (ĠU L 135, 3.6.2003, p. 27).