24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

273


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-20 ta' Frar 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja, tas-subtip H5N1, fit-tjur ta' l-irziezet fl-Ungerija u fir-Renju Unit

(notifikat bid-dokument numru C(2007) 510)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/128/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsindrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 li għandha x'taqsam ma' ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 fit-tjur ta' l-irziezet fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistipula ċerti miżuri ta' ħarsien sabiex tipprevjeni l-firxa ta' l-influwenza tat-tjur fil-partijiet tal-Komunità ħielsa mill-marda permezz taċ-ċaqliq ta' għasafar kif ukoll ta' prodotti tagħhom.

(2)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/79/KE tal-31 ta' Jannar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE li għandha x'taqsam ma' ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 fit-tjur ta' l-irziezet fl-Ungerija u tikkonferma ż-żoni A u B fl-Ungerija (4) u t-tul ta' żmien ta' din ir-reġjonalizzazzjoni wara tifqigħa ta' din il-marda fl-Ungerija.

(3)

Il-qagħda epidemika tat-tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur ta' H5N1 fit-tjur ta' l-irziezet fl-Ungerija tirrikjedi modifika taż-żoni ristretti u tat-tul ta' żmien tal-miżuri.

(4)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/83/KE li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE li għandha x'taqsam ma' ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 fit-tjur ta' l-irziezet fir-Renju Unit wara tifqigħa ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 fir-Renju Unit.

(5)

Il-miżuri meħuda mir-Renju Unit fil-qafas tad-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż lit-twaqqif taż-Żoni A u B kif previst fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni ġew riveduti fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(6)

Għalhekk, jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2006/415/KE tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2006/415/KE jinbidel bit-test ta' l-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); kkoreġuta bil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/83/KE (ĠU L 33, 7.2.2007, p. 4).

(4)  ĠU L 26, 2.2.2007, p. 5.


ANNESS

“ANNESS

PARTI A

Iż-żona A kif stabbilita skond l-Artikolu 4 (2):

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

L-Istat Membru

Żona A

Data sa liema

l-Artikolu 4(4) (b)(iii) huwa applikabbli

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

HU

L-UNGERIJA

00006

Fil-kontea ta' Csongrád il-muniċipalitajiet ta':

12.3.2007

Żona ta' ħarsien

Derekegyház

Periferija (parzjalment) ta' Nagymágocs.

Parti żgħira mill-periferija fi ħdan ċirku ta' raġġ ta' 3 km mill-ewwel tifqigħa, fil-punent tal-lokalità.

Periferija ta' Szentes (Lapistó biss)

Żona ta' sorveljanza

Árpádhalom (parzjalment)

Il-lokalità u l-periferija tat-tramuntana, il-punent u n-nofsinhar.

Fábiánsebestyén

Periferija (parzjalment) ta' Hódmezővásárhely.

Parti żgħira mill-periferija fi ħdan ċirku ta' raġġ ta' 10 km mit-tieni tifqigħa, fit-tramuntana tal-lokalità.

Mártély (parzjalment).

Fil-grigal tal-lokalità interna.

Mindszent (parzjalment)

Fil-lvant tal-lokalità interna.

Nagymágocs (parzjalment).

Il-parti li fadal tal-lokalità.

Szegvár

Periferija ta' Székkutas (parzjalment) Periferija fil-majjistral tal-lokalità.

Periferija (parzjalment) ta' Szentes.

Il-lvant, ix-xlokk u n-nofsinhar tal-lokalità (minbarra Lapistó).

UK

IR-RENJU UNIT

 

 

12.3.2007

Żona ta' ħarsien

00154

Parti mill-kontea ta' Suffolk li qiegħda fi ħdan ċirku b'raġġ ta' 3 kilometri, iċċentrata fuq koordinati ta' referenza TM4009079918 (*).

Żona ta' sorveljanza

00154

Parti mill-kontea ta' Suffolk li qiegħda fi ħdan ċirku b'raġġ ta' 10 kilometri, iċċentrata fuq koordinati ta' referenza TM4009079918 (*)

PARTI B

Iż-żona B kif stabbilita skond l-Artikolu 4 (2):

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

L-Istat Membru

Żona B

Data sa liem

l-Artikolu 4(4) (b)(iii) huwa applikabbli

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

HU

L-UNGERIJA

00006

Fil-kontea ta' Csongrád il-muniċipalitajiet ta':

Árpádhalom (parzjalment).

Il-periferija fil-lvant tal-lokalità.

Baks

Balástya

Csanytelek

Csongrád

Dóc

Eperjes

Felgyő

Hódmezővásárhely (parzjalment).

Il-lokalità, periferija tal-punent, periferija tal-lvant u l-parti li tifdal tal-periferija tat-tramuntana.

Kistelek

Nagytőke

Mindszent (parzjalment).

Il-parti li tifdal.

Mártély (parzjalment).

Il-parti li tifdal.

Ópusztaszer

Pusztaszer

Székkutas (parzjalment).

Il-parti li tifdal.

Szentes (parzjalment).

Il-lokalità u l-periferija tal-punent u l-periferija tat-tramuntana.

Tömörkény

12.3.2007

UK

IR-RENJU UNIT

 

 

12.3.2007

00154

00162

Partijiet mill-konteja ta' Norfolk u dik ta' Suffolk li qiegħda fi ħdan il-konfini li ġejjin:

Mir-referenza tal-mappa TM357400 (**), segwi t-triq minuri lejn il-punent għal intersezzjoni tat-triq f'forma ta' T fir-referenza tal-mappa TM346400 (**). Ikser fuq il-lemin għal fuq B1083 u kompli għaddej fid-direzzjoni tat-tramuntana fil-B1083 sar-roundabout fir-referenza tal-mappa TM292500 (**). Ikser fuq ix-xellug għal fuq A1152 u kompli għaddej fid-direzzjoni tal-punent u mbagħad lejn in-nofsinhar sar-roundabout fir-referenza tal-mappa TM259493 (**). Ikser fuq il-lemin għal fuq B1079 u kompli għaddej fid-direzzjoni tal-punent u imbagħad lejn il-majjistral sal-konnessjoni tar-refernza tal-mappa TM214538 (**). Ikser fuq ix-xellug għal fuq B1078 u ibqa' sejjer lejn il-punent sal-konnessjoni ma' l-A140(t) fir-referenza tal-mappa TM111548 (**). Ikser fuq il-lemin u ibqa' sejjer lejn it-tramuntana fuq l-A140(T) sal-konnessjoni ma' l-A47(T) f'TG219038 (**). Ikser fuq il-lemin u ibqa' sejjer lejn il-grigal u mbagħad lejn il-lvant fuq l-A47(T) sar-roundabout fir-referenza tal-mappa TG518084 (**). Ikser għal fuq l-A149 u ibqa' sejjer fid-direzzjoni ta' lbiċ sa l-intersezzjoni TG521080 (**). Segwi l-B1141 fid-direzzjoni tax-xlokk sa konnessjoni ma' triq minuri fir-referenza tal-mappa TG525078 (**). Ikser fuq ix-xellug fit-triq minuri u ibqa' għaddej fid-direzzjoni tal-lvant għal intersezzjoni fil-forma ta' T ma' triq minuri oħra fil-kosta fir-referenza tal-mappa TG531079 (**) (il-konfini jestendi direttament mil-lvant għall-kosta f'TG532078 (**) u jsegwi l-kosta fid-direzzjoni tan-nofsinhar sar-referenza tal-mappa TM357400 (**).


(*)  Il-koordinati ta' referenza hija referenza tal-Koordinati Nazzjonali tar-Renju Unit.

(**)  Il-koordinati ta' referenza hija referenza tal-Koordinati Nazzjonali tar-Renju Unit.”