24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

269


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-20 ta' Frar 2007

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

(notifikat bid-dokument numru C(2007) 481)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/122/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet ta' saħħet l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (1) u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-Artikolu 8 (1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta' gruppi approvati għall-ġbir u l-produzzjoni ta' embrijuni f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni tal-bovini lejn il-Komunità (2) tistipula li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi biss minn fejn dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u nħażnu mill-gruppi għall-ġbir ta' l-embrijuni elenkati f'dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika talbet li għandha ssir emenda fil-lista f'dak li għandu x'jaqsam ma' referenzi għal dan il-pajjiż, b'mod speċjali l-emenda ta' l-indirizz ta' wieħed miċ-ċentri.

(3)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika pprovdiet garanziji fir-rigward tal-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-gruppi tal-ġbir ta' l-embrijuni involuti ġew approvati uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dan il-pajjiż.

(4)

Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

(2)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat kif ġej ir-ringiela ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għall-grupp ta' ġbir ta' embrijuni Nru 99MI105 E4 tinbidel b'dan li ġej:

“US

99MI105 E4

Northstar Select Sires

2471 4th ST

Shelbyville, MI 49344

Dr. Jeffrey Adams”