24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

258


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Frar 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikat bid-dokument numru C(2007) 403)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/115/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 29(1) l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ ta' sustanzi u gruppi ta' residwi mniżżla fl-Anness I. Skond id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u ż-żamma fuq il-lista tal-pajjiżi terzi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti ta' l-annimali koperti minn dik id-Direttiva għandhom ikunu soġġetti għal sottomissjoni mill-pajjiżi terzi kkonċernati ta' pjan li jistabbilixxi l-garanziji li joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta' residwi u sustanzi msemmija f'dik id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (2) telenka dawk il-pajjiżi terzi li ssottomettew pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi skond ir-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva.

(3)

Ċerti pajjiżi terzi lill-Kummissjoni ppreżentawlha pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi għal annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li bħalissa mhumiex elenkati fid-Deċiżjoni 2004/432/KE. L-evalwazzjoni ta' dawk il-pjanijiet u l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji fuq il-monitoraġġ tar-residwi f'dawk il-pajjiżi terzi għall-annimali u l-prodotti kkonċernati. L-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali rilevanti għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista għal dawk il-pajjiżi terzi f'dik id-Deċiżjoni.

(4)

Ċerti pajjiżi terzi talbu volontarjament biex ma jkunux inklużi fil-lista fid-Deċiżjoni 2004/432/KE għal xi kategoriji ta' annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali. L-annotazzjonijiet li jikkonċernaw dawk l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali rilevanti b'hekk għandhom jitneħħew mil-lista għal dawk il-pajjiżi terzi.

(5)

Ċerti pajjiżi terzi li bħalissa huma elenkati għal ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skond id-Deċiżjoni 2004/432/KE ma ssottomettewx lill-Kummissjoni l-garanziji mitluba għal xi wħud minn dawn l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Fin-nuqqas ta' tali garanziji, l-annotazzjonijiet għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom b'hekk jitneħħew mil-lista għal dawk il-pajjiżi terzi. Il-pajjiżi terzi konċernati kienu infurmati dwar dan.

(6)

Barra dan, ċerti pajjiżi terzi huma msemmija fl-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE għall-bovini, ovini/kaprini, majjali u ekwini bil-limitu “għall-ġlud biss”. Dak il-limitu kien imdaħħal f'dak l-Anness bħala informazzjoni dwar pajjiżi terzi li minnhom għandhom jitħallew jiġu importati l-ġlud. Madankollu, dawk il-pajjiżi terzi ma jridux jissottomettu għall-approvazzjoni pjan tar-residwi speċifiku għall-ġlud, ladarba mhux meqjus li hemm bżonn ta' pjan tal-monitoraġġ tar-residwi għal dawn il-prodotti. Għaldaqstant, fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-annotazzjonijiet bil-limitu “għall-ġlud biss” għandhom jitneħħew mil-lista fl-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE, mingħajr l-ebda preġudizzju għall-importazzjonijiet ta' tali prodotti.

(7)

Ir-responsabbiltà biex ikunu evalwati l-pjanijiet dwar il-kontrolli tar-residwi għall-kategoriji kollha ta' l-annimali u prodotti li joriġinaw min-Norveġja hija ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA. Għalhekk, l-annotazjonijiet għal dak il-pajjiż għandhom jitneħħew mil-lista fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(8)

L-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro ġiet xolta. Għalhekk in-nota ta' qiegħ il-paġna li tirreferi għad-denominazzjoni ta' qabel għandha titneħħa mil-lista f'dak l-Anness.

(9)

Id-Deċiżjoni 2004/432/KE għandha għalhekk tkun emendata.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE huwa sostitwit bit-test ta' l-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni tibda tapplika mis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 43; verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 189, 27.5.2004, p. 33. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Majjali

Ekwini

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fenek

Tjur selvaġġ

Tjur domestiku

Għasel

AD

Andorra (1)

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AN

L-Antilli Olandiżi:

 

 

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bożnja u Ħerzegovina

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarus

 

 

 

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

 

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X (4)

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

 

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

CR

Il-Kosta Rika

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ER

L-Eritrea

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

X (3)

 

 

 

 

 

X

X

 

GM

Il-Gambja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HK

Ħong Kong

 

 

 

 

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

 

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

X

X

X

X

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

X

IS

L-Iżlanda

X

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X (2)

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KG

Il-Kirgistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LK

Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MK

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (5)

X

X

 

X (3)

 

 

X

 

 

 

 

 

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malażja

 

 

 

 

X (6)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

X

 

 

 

X

X

 

NC

Il-Kaledonja l-Ġdida,

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

 

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

In-New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

OM

L-Oman

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

X (3)

X

 

X

X

 

 

X (7)

X

SA

L-Għarabja Sawdita

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SC

Is-Seychelles

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (2)

X (2)

X (2)

 

X (2)

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

SM

Is-San Marino (8)

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

X

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanżanija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

X (3)

 

 

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

X

X

X

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

XM

Il-Montenegro (9)

X

X

X

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

X

XS

Is-Serbja (10)

X

X

X

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

X

YT

Il- Mayotte

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

X

X

X

 

X

 

X

 

 

X

X

X

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Il-pjan inizjali ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat mis-sub-grupp veterinarju KE/Andorra (skond id-Deċiżjoni Nru 2/1999 tal-Kumitat Konġunt KE/Andorra tat-22 ta’ Diċembru 1999 – (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 84)).

(2)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-produzzjoni ta’ l-ikel.

(3)  Esportazzjonijiet ta’ ekwini ħajjin għat-tbiċċir (annimali għall-produzzjoni ta’ l-ikel biss).

(4)  Nagħaġ biss.

(5)  L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorja li bl-ebda mod ma tippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li bħalissa qed tiġi diskussa min-Nazzjonijiet Uniti.

(6)  Il-Malażja Peninżulari (tal-Punent) biss.

(7)  Għar-renniet mir-reġjuni ta’ Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(8)  Il-Pjan ta’ Monitoraġġ approvat skond id-Deċiżjoni Nru 1/94 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni KE-San Marino tat-28 ta’ Ġunju 1994 (ĠU L 238, 13.9.1994, p. 25).

(9)  Sitwazzjoni provviżorja bi stennija għal aktar informazzjoni dwar ir-residwi.

(10)  Ma tinkludix il-Kosovo kif iddefinit mir-Reżoluzzjoni 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.”