24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

253


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Frar 2007

li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/731/KE u 2005/734/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħhom

(notifikat bid-dokument numru C(2007) 420)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/105/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2005/731/KE tas-17 ta' Ottubru 2005 li tistipula ħtiġijiet supplimentari għas-sorveljanza ta' l-influwenza tat-tjur fl-għasafar selvaġġi (2) u 2005/734/KE tad-19 ta' Ottubru li tistipula l-miżuri ta' biosigurtà biex inaqqsu r-riskju ta' trasmissjoni ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkaġunata mill-vajrus ta' l-Influwenza A tas-sottotip H5N1 minn għasafar li jgħixu fil-libertà għat-tjur u għasafar maqbudin oħrajn u li tipprovdi għal sistema ta' detezzjoni bikrija fiż-żoni ta' riskju partikolari (3) jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2006.

(2)

Madankollu, peress li tifqigħat tal-vajrus ta' l-influenza tat-tjur ta' nisel Ażjatiku għadhom jiġru f'pajjiżi terzi u t-theddida lill-Komunità għalhekk ma naqsitx, huwa xieraq li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk id-Deċiżjonijiet.

(3)

Id-Deċiżjonijiet 2005/731/KE u 2005/734/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/731/KE, id-data “il-31 ta' Diċembru 2006” hija ssostitwita bid-data “il-31 ta' Diċembru 2007”.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/734/KE, id-data “il-31 ta' Diċembru 2006” hija ssostitwita bid-data “il-31 ta' Diċembru 2007”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(2)  ĠU L 274, , 20.10.2005, p. 93. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/52/KE (ĠU L 27, 1.2.2006, p. 17).

(3)  ĠU L 274, 20.10.2005, p. 105. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/574/KE (ĠU L 228, 22.8.2006, p. 24).